|
14.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1017
tat-13 ta’ Lulju 2020
li jistabbilixxi l-limiti massimi tal-baġit għall-2020 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament bażiku stipulata fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, trid tiqies kwalunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għal kull Stat Membru li jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 36(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni billi jitnaqqsu l-limiti massimi ffissati f’konformità mal-Artikoli 42, 47, 49, 51 u 53 ta’ dak ir-Regolament, mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, meta l-Kummissjoni tiffissa l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, din trid tqis kwlunkwe żieda applikata mill-Istati Membri skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(3) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-pagament ridistributtiv previst fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limitu massimu nazzjonali annwali msemmi fl-Artikolu 42(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 irid jiġi ffissat mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat minn dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent previst fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 47(3) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 47(1) ta’ dak ir-Regolament u jammontaw għal 30 % tal-limitu massimu nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti kif stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Għal Stati Membri li jagħtu l-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali previst fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri rilevanti skont l-Artikolu 49(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ previst fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 51(4) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 iridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament u ma jridux ikunu iżjed minn 2 % tal-limitu massimu annwali ffissat fl-Anness II. |
|
(7) |
Meta l-ammont total tal-pagament għall-bdiewa żgħażagħ li saret applikazzjoni għalih fl-2020 fi Stat Membru jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal dak l-Istat Membru, id-differenza trid tiġi ffinanzjata mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 51(2) ta’ dak ir-Regolament filwaqt li jiġi rrispettat l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbilit dan l-ammont massimu għal kull Stat Membru. |
|
(8) |
Għal kull Stat Membru li jagħti l-appoġġ akkoppjat volontarju previst fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fl-2020, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-limiti massimi nazzjonali annwali msemmija fl-Artikolu 53(7) ta’ dak ir-Regolament għall-2020 abbażi tal-perċentwal innotifikat mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(9) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif applikabbli fis-sena 2020 ma japplikax fir-Renju Unit għas-sena tat-talba 2020. Għal dik ir-raġuni, ma hemmx bżonn li jiġu stabbiliti l-limiti massimi rilevanti għall-2020 għar-Renju Unit f’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Fir-rigward tas-sena 2020, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta’ Jannar 2020. Għal raġunijiet ta’ konsistenza bejn l-applikabbiltà ta’ dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2020 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-istess data. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt I tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt II tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament ridistributtiv imsemmi fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament(UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt III tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt IV tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmi fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
6. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VI tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
7. L-ammonti massimi għall-2020 għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmi fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
8. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2020 għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmi fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma stabbiliti fil-punt VIII tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
I. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
211 289 |
|
Id-Danimarka |
530 782 |
|
Il-Ġermanja |
2 941 232 |
|
L-Irlanda |
825 611 |
|
Il-Greċja |
1 091 170 |
|
Spanja |
2 845 377 |
|
Franza |
3 025 958 |
|
Il-Kroazja |
149 768 |
|
L-Italja |
2 118 140 |
|
Il-Lussemburgu |
22 741 |
|
Malta |
650 |
|
In-Netherlands |
459 920 |
|
L-Awstrija |
470 383 |
|
Il-Portugall |
279 562 |
|
Is-Slovenja |
75 223 |
|
Il-Finlandja |
262 840 |
|
L-Iżvezja |
399 568 |
II. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Bulgarija |
379 289 |
|
Iċ-Ċekja |
478 299 |
|
L-Estonja |
110 920 |
|
Ċipru |
29 643 |
|
Il-Latvja |
160 460 |
|
Il-Litwanja |
200 349 |
|
L-Ungerija |
727 048 |
|
Il-Polonja |
1 553 589 |
|
Ir-Rumanija |
974 939 |
|
Is-Slovakkja |
221 593 |
III. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament ridistributtiv imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
46 100 |
|
Il-Bulgarija |
55 900 |
|
Il-Ġermanja |
330 210 |
|
Franza |
687 718 |
|
Il-Kroazja |
33 208 |
|
Il-Litwanja |
77 554 |
|
Il-Polonja |
281 452 |
|
Il-Portugall |
23 050 |
|
Ir-Rumanija |
104 163 |
IV. Il-limiti massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmija fl-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
144 557 |
|
Il-Bulgarija |
238 888 |
|
Iċ-Ċekja |
261 843 |
|
Id-Danimarka |
245 627 |
|
Il-Ġermanja |
1 415 187 |
|
L-Estonja |
50 810 |
|
L-Irlanda |
363 320 |
|
Il-Greċja |
550 385 |
|
Spanja |
1 468 030 |
|
Franza |
2 063 154 |
|
Il-Kroazja |
99 624 |
|
L-Italja |
1 111 301 |
|
Ċipru |
14 593 |
|
Il-Latvja |
90 826 |
|
Il-Litwanja |
155 108 |
|
Il-Lussemburgu |
10 030 |
|
L-Ungerija |
399 476 |
|
Malta |
1 573 |
|
In-Netherlands |
198 261 |
|
L-Awstrija |
207 521 |
|
Il-Polonja |
1 017 297 |
|
Il-Portugall |
179 807 |
|
Ir-Rumanija |
570 959 |
|
Is-Slovenja |
40 283 |
|
Is-Slovakkja |
118 316 |
|
Il-Finlandja |
157 389 |
|
L-Iżvezja |
209 930 |
V. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għal erjas b’restrizzjonijiet naturali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Id-Danimarka |
2 657 |
|
Is-Slovenja |
2 122 |
VI. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-pagament għall-bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(4) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
9 095 |
|
Il-Bulgarija |
2 771 |
|
Iċ-Ċekja |
1 746 |
|
Id-Danimarka |
15 556 |
|
Il-Ġermanja |
47 173 |
|
L-Estonja |
1 321 |
|
L-Irlanda |
24 221 |
|
Il-Greċja |
36 692 |
|
Spanja |
97 869 |
|
Franza |
68 772 |
|
Il-Kroazja |
6 642 |
|
L-Italja |
74 087 |
|
Ċipru |
686 |
|
Il-Latvja |
6 055 |
|
Il-Litwanja |
6 463 |
|
Il-Lussemburgu |
501 |
|
L-Ungerija |
5 326 |
|
Malta |
21 |
|
In-Netherlands |
13 217 |
|
L-Awstrija |
13 835 |
|
Il-Polonja |
33 910 |
|
Il-Portugall |
11 987 |
|
Ir-Rumanija |
20 547 |
|
Is-Slovenja |
2 014 |
|
Is-Slovakkja |
1 706 |
|
Il-Finlandja |
5 246 |
|
L-Iżvezja |
13 995 |
VII. L-ammonti massimi għall-pagament għall bdiewa żgħażagħ imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
9 637 |
|
Il-Bulgarija |
15 926 |
|
Iċ-Ċekja |
17 456 |
|
Id-Danimarka |
16 375 |
|
Il-Ġermanja |
94 346 |
|
L-Estonja |
3 387 |
|
L-Irlanda |
24 221 |
|
Il-Greċja |
36 692 |
|
Spanja |
97 869 |
|
Franza |
137 544 |
|
Il-Kroazja |
6 642 |
|
L-Italja |
74 087 |
|
Ċipru |
973 |
|
Il-Latvja |
6 055 |
|
Il-Litwanja |
10 341 |
|
Il-Lussemburgu |
669 |
|
L-Ungerija |
26 632 |
|
Malta |
105 |
|
In-Netherlands |
13 217 |
|
L-Awstrija |
13 835 |
|
Il-Polonja |
67 820 |
|
Il-Portugall |
11 987 |
|
Ir-Rumanija |
38 064 |
|
Is-Slovenja |
2 686 |
|
Is-Slovakkja |
7 888 |
|
Il-Finlandja |
10 493 |
|
L-Iżvezja |
13 995 |
VIII. Il-livelli massimi nazzjonali annwali għall-appoġġ akkoppjat volontarju msemmija fl-Artikolu 53(7) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013
|
(f’eluf ta’ EUR) |
|
|
Sena kalendarja |
2020 |
|
Il-Belġju |
80 935 |
|
Il-Bulgarija |
119 444 |
|
Iċ-Ċekja |
130 921 |
|
Id-Danimarka |
24 135 |
|
L-Estonja |
6 315 |
|
L-Irlanda |
3 000 |
|
Il-Greċja |
182 056 |
|
Spanja |
584 919 |
|
Franza |
1 031 577 |
|
Il-Kroazja |
49 812 |
|
L-Italja |
478 600 |
|
Ċipru |
3 891 |
|
Il-Latvja |
45 413 |
|
Il-Litwanja |
77 554 |
|
Il-Lussemburgu |
160 |
|
L-Ungerija |
199 738 |
|
Malta |
3 000 |
|
In-Netherlands |
3 350 |
|
L-Awstrija |
14 526 |
|
Il-Polonja |
504 743 |
|
Il-Portugall |
117 535 |
|
Ir-Rumanija |
272 554 |
|
Is-Slovenja |
17 456 |
|
Is-Slovakkja |
59 120 |
|
Il-Finlandja |
102 828 |
|
L-Iżvezja |
90 970 |