Official Journal L 071 , 31/03/1995 P. 0025 - 0046
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 690/95 tat-30 ta’ Marzu 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1091/94 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra t-tniġġiż atmosferiku IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 tas-17 ta’ Novembru 1986 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Komunità kontra t-tniġġiż atmosferiku [1] , kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2157/92 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu, Billi, skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3528/86, l-iskop tal-iskema Komunitarja huwa li jgħin lill-Istati Membri jagħmlu sorveljanza intensiva u kontinwa ta’ l-ekosistemi tal-foresti fuq is-siti permanenti ta’ l-osservazzjoni; Billi, skond l-Artikolu 2(2) tar- Regolament (KEE) Nru 3528/86 l-Istati Membri huma meħtieġa li jibagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif miġbur min-network tas-siti permanenti ta’ l-osservazzjoni sabiex jissorveljaw b’mod intensiv u kontinwu; Billi dan in-network iddaħħal mill-Istati Membri skond l-Anness I mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1091/94 [3]; billi l-metodoloġija u l-format komuni għas-sottomissjoni ta’ l-informazzjoni għall-inventarju kontinwu tal-kondizzjoni tal-qċaċet, l-inventarju tal-kondizzjoni tal-ħamrija u tal-weraq u l-qisien taż-żieda ġew stabbiliti fl-Annessi minn III sa IV mar-Regolament (KE) Nru 1091/94; Billi l-kejlijiet tar-rati tad-depożitu u l-monitoraġġ tal-parametri metereoloġiċi huma diġà rreġistrati u l-metodoloġija u l-format komuni għas-sottomissjoni ta’ l-informazzjoni għandhom jiġu miżjuda mar-Regolament (KE) Nru 1091/94; Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Forestrija, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) No 1091/94 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Fl-Anness II, wara 2a jiġu miżjuda l-miżuri li ġejjin: "Għalbiex jiġu stabbiliti u jitwettqu l-kejlijiet tar-rati tad-depożitu Għalbiex jiġu stabbiliti u jiġu mmonintorjati l-parametri meteoroloġiċi". 2. Il-paragrafu II.5 fl-Anness III, jiġi mibdul b’dan li ġej: "II.5. It-trasferiment ta’ l-informazzjoni L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni għal kull sit, din l-informazzjoni fil-formoli standardizzati (ara l-Formola 3a u 3b fl-Anness VII)." 3. L-Anness VIIa jiġi emendat skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament. 4. L-Annessi II u III ma’ dan ir-Regolament jiġu miżjuda bħala l-Annessi VIII u IX. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-30 ta’ Marzu 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Nru L 326, tal-21.11.1986, p. 2. [2] ĠU Nru L 217, tal-31.7.1992, p. 1. [3] ĠU Nru L 125, tat-18.5.1994, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Ma’ l-Anness VIIa tar-Regolament KE) Nru 1091/94 tiżdied il-parti li ġejja: — mal-paragrafu I (Reviżjoni ta’ ismijiet ta’ Fajls kull survey ), jiżdiedu l-kliem li ġejjin: "Stima | Anness | Frekwenza | Isem il-falj(s) | Deposizzjoni | VIII | tissokta | XX1995.PLD, XX1995.DEM, XX1995.DEO, XX1995.DEA | Meteoroloġija | IX | tissokta | XX1995.PLM, XX1995.MEM, XX1995.MEC, form 8d, XX1995.MEO, XX1995.MED" | — u l-aħħar subparagrafu jkun issostitwit bi: "’Kull isem tal-fajl jikkonsisti miż-żewġ ittri tal-kodiċi tal-pajjiż (irrappreżentati mill-XX fil-lista ta’ ismijiet), segwiti mis-sena ta’ stima (fl-eżempju 1995) jew GENER meta l-informazzjoni tingħata darba, il-punt (.) u fl-estensjoni kodiċi ta’ tliet ittri. Dan il-kodiċi ta’ tliet ittri għall-fajls tal-plottijiet jikkonsisti fl-ittri PL u l-ewwel ittra ta’ stima Soil, Foliage, Increment, Deposition u Meteorology. Dan il-kodiċi ta’ tliet ittri għall-fajls tad-data jikkonsisti minn żewġ (jew waħda) ittra(i) għal SOil, FOliage, INcrement, DEposition jew MEteorology u waħda (jew tnejn) ittra(i) biex jindikaw Mandatory, Optional jew il-partijiet differenti ta’ l-istima ta’ inkrement (EValuation), stima ta’ deposizzjoni (Air) jew Meteorology (Climate jew Damage). Fil-każ li l-ittrattar ta’ data għal plottijiet tal-gradilja 16 x 16 km jintgħamel fl-istess post, dan jista’ joħloq konfużjoni minħabba li ismijiet ta’ fajls simili kultant jintużaw. F’dan il-każ il-kodiċijiet tas-sena fl-ismijiet tal-fajls imsemmija hawn iktar ’il fuq jistgħu jinżdiedu b’1000 (e.g.XX2995.SOM).ċ" — L-għaxar formuli li ġejjin (XX1995.PLD, XX1995.DEM, XX1995.DEO, XX1995.DEA, XX1995.PLM, XX1995.MEM, XX1995.MEC, Form 8d, XX1995.MEO, XX1995.MED) għandhom jiżdiedu: Formola 7a XXI 99S.PLD Kontenut tal-fajl ta’ plot imċekken biex jintuża flimkien mal-kejl (qisien) tad-deposizzjoni +++++ TIFF +++++ Formola 7b XX1 995.DEM Kontenut ta’ fajl ta’ data b’kejl ta’ deposizzjoni (parametri mandatorji) +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Formola 7c XXI 995.DEO +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Formola 7d XXI 995.DEA Kontenut tal-fajl tad-data b’kejl ta’ arja konċentrata (Mhux obbligatorju) +++++ TIFF +++++ Formola 8a XX1995.PLM Kontenut ta’ fajl ta’ plott imnaqqas biex jintuża flimkien mal-kejl meteoroloġiku Kolonna Ara l-punt ta’ spjegazzjoni +++++ TIFF +++++ Formola 8b XX1 995.MEM Kontenut tal-fajl ta’ data b’kejl meteoroloġiku +++++ TIFF +++++ Formola 8c XXI 995.MEC Kontenut ta’ fajl ta’ data bi stimi klimatologiċi +++++ TIFF +++++ Formola 8d +++++ TIFF +++++ Formola 8e XX1995.MEO Kontenut ta’ fajl ta’ data b’okkorrenzi ta’ avvenimenti/fenomeni identifikati +++++ TIFF +++++ Formola 8f XX1995.MED Kontenut tal-fajl tal-plott bi ħsara osservata kkawżata minn eventi/fenomeni meteoroloġiċi +++++ TIFF +++++ — Il-punti li ġejjin jinżdiedu mal-lista: "Informazzjoni rigward il-kodiċi bħala Kampjun ta’ l-imonitoraġġ tad-deposizzjoni (37) Il-kodiċijiet li ġejjin għandhom jintużaw bħala kampjuni għad-deposizzjoni. 1 : throughfall 2 : deposizzjoni bulk 3 : deposizzjoni wet-biss 4 : stemflow 5 : ċpar 6 : ċpar iffriżat (rime) 7 : konċentrazzjoni ta’ arja 9 : oħrajn Dettalji dwar it-tagħmir użat għandhom ikunu ddikjarati f’Anness mad-dokument bl-informazzjoni ta’ sfond. (37a) Kwantità ta’ kampjuni Il-kwantità totali miġbura tal-kampjun(i) għandha tkun imqassma skond iż-żona ta’ ġbir tal-kollettur(i) u għandha tkun irrapportata f’mm. (38) Id-dati tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ monitoraġġ Id-dati tal-bidu u t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ monitoraġġ għandhom ikunu ddikjarati fuq il-formoli, filwaqt li jintuża l-istess format bħal tad-data ta’ osservazzjoni, stima u analiżi (ara l-punt 3). Perjodu ta’ monitoraġġ għandu jikkonsisti minn wieħed jew iktar ta’ perjodi ta’ kejl. Il-perjodi ta’ kejl ġewwa perjodu wieħed ta’ monitoraġġ għandu jkollhom l-istess tul. It-tul minimu ta’ perjodu ta’ kejl ikun ta’ ġimgħa waħda, il-massimu ta’ xahar wieħed. Meta huwa meħtieġ li jintużaw perjodi ta’ kejl differenti matul is-sena (e.g. kull ġimgħa fis-sajf u kull xahar fix-xitwa), żewġ perjodi ta’ monitoraġġ separati għandhom ikunu identifikati u r-riżultati għandhom ikunu rrapportati separatament fuq il-formoli. (39) Numru ta’ perjodi ta’ kejl In-numru ta’ perjodi ta’ kejl f’kull perjodu ta’ monitoraġġ għandu jkun indikat fil-formoli. (40) Perjodu In-numru tal-perjodu ta’ kejl li fih il-kampjun ikun inġabar għandu jkun iddikjarat. Kull sena (fi jew madwar l-1 ta’ Jannar) sett ġdid ta’ perjodi ta’ kejl għandu jibda. Meta kampjuni minn perjodi ta’ kejl diversi jinġiebu flimkien qabel analiżi, id-dettalji eżatti tat-taħlita għandhom ikunu ddikjarati fl-anness mad-dokument b’informazzjoni ta’ sfond. In-numru ta’ l-ewwel perjodu ta’ kejl għandu jintuża biex jindika l-perjodu għal analiżi (e.g. meta l-kampjuni mill-perjodu 9, 10, 11 u 12 jinġiebu flimkien f’kampjun wieħed għall-analiżi, dan il-kampjun għandu jingħata n-numru ta’ perjodu 9). Informazzjoni dwar imonitoraġġ meteoroloġiku (41) Kodiċi tal-post Fi jew ħdejn il-plott numru ta’ postijiet jistgħu jkunu identifikati. Billi strumenti meteoroloġiċi jistgħu jkunu istallati f’postijiet differenti, kull post għandu jkun identifikjat. Id-dettalji eżatti tal-post għandhom ikunu inklużi f’anness mad-dokument b’valutazzjoni meteoroloġika. Eżempji ta’ kodiċijiet possibbli huma: Fil-plott 1 : taħt kanupew f’għoli meteoroloġiku standard (1,50 m) 2 : taħt kanupew f’għoli ta’ 2 m (2,00 m) 3 : taħt kanupew f’livell ma’ l-art (0,10 m) 4 : f’għoli tal-kanupew 5 : ogħla mill-kanupew 6 : taħt il-kanupew f’fond ta’ 20 cm (—0,20 m) Barra l-plott 7 : għalqa miftuħa (spazju miftuħ), f’għoli meteoroloġiku standard (1,50 m) 8 : għalqa miftuħa, f’livell ta’ l-art (0,10 m) 9 : għalqa miftuħa, f’għoli ta’ 10,00 m —eċċ. (42) Kodiċi ta’ strument Il-kodiċijiet li ġejjin għandhom jintużaw għall-kampjuni għal meteoroloġija: 10 : qari manwali 20 : irrekordjar mekkaniku 30 : irrekordjar fuq il-karta 40 : irrekordjar diġitali (wieqaf waħdu) SO : irrekordjar diġitali (datalogger integrat) Meta iktar strumenti ta’ tipi, marki eċċ. differenti, jintużaw, in-numri singoli jistgħu jintużaw (e.g. 11; igrometru tax-xagħar, 12 bozza wet/dry). Dettalji dwar it-tagħmir użat għandhom ikunu ddikjarati f’anness mad-dokument bil-valutazzjoni meteoroloġika. (43) Temperaturi It-temperaturi għandhom ikunu ddikjarati f’ °C, billi jintuża l-format ta’ plus/minus u żewġ numri sempliċi plus deċimali wieħed (e.g. P12,5). (44) Umdità Relattiva L-Umdità relattiva għandha tkun iddikjarata bħala l-medja tal-perjodu, billi jintuża l-format ta’ żewġ numri sempliċi u deċimali wieħed (e.g. 62,5). (45) Veloċita tar-riħ Il-veloċita tar-riħ għandha tkun iddikjarata bħala l-medja tal-veloċita tar-riħ f’metri kull sekonda (m/s), billi jintuża l-format ta’ massimu ta’ tliet numri sempliċi (e.g. 25). (46) Direzzjoni tar-riħ Id-direzzjoni predominanti tar-riħ għandha tkun iddikjarata fi o tal-warda tar-riħ (Tramuntana = 0o, Lvant = 90o, Nofsinhar = 180o u Punent = 270o). (47) Radjazzjoni solari (tax-xemx) Ir-radjazzjoni solari globali matul il-perjodu għandha tkun iddikjarata f’Watts kull metru kwadru (W/m2). (48) Ġimgħat ta’ okkorrenza L-okkorrenzi għandhom ikunu ddikjarati f’ġimgħat billi jintuża nnumerar tal-ġimgħa standard. Ġimgħa 1 tibda minn jew madwar l-1 ta’ Jannar. Għall-okkorrenza ta’ avveniment f’jum wieħed, in-numri tal-ġimgħa "minn" u "sa" jkunu l-istess. (49) Estremita L-estremita ta’ okkorrenza għandha tingħata kodiċi: 1 : Qrib (ħafna) skond id-definizzjoni ta’ l-avveniment/fenomenu 2 : Estremament twil fiż-żmien (ħin) 3 : Estremament intensiv. 4 : Estremament twil u estremament intensiv. (50) Ħsara osservata In-numru u l-isem li taħthom il-ħsara tissemma’ fil-Formola 8d (jekk applikabbli) jew indikazzjoni qasira u referenza għal spjegazzjoni iktar estensiva fir-rapport ta’ studju (survey) u valutazzjoni (ara l-Anness IX, paragrafu II.8) għandhom ikunu ddikjarati. L-istess rapport għandu wkoll jinkludi dettalji dwar l-estremita, sintomi u firxa tal-ħsara.ċ" -------------------------------------------------- ANNESS II ANNESS VIII METODI KOMUNI GĦAL KEJL TA’ DEPOSIZZJONI FUQ PLOTTIJIET TA’ OSSERVAZZJONI PERMANENTI I. Osservazzjonijiet ġenerali Il-kejl għandu jsir fuq għażla tal-plottijiet permanenti ta’ osservazzjoni b’mod kontinwu. Mill-anqas 10 % tal-plott ta’ osservazzjoni permanenti għandu jintgħażel għall-monitoraġġ tad-deposizzjoni mill-Istati Membri. Għandu jkun obbligatorju l-kejl fuq il-preċipitazzjoni (kanupew), fluss taz-zokk (taħt il-kanupew, fil-fagu) u mxarrab biss jew deposizzjoni fil-massa (f’żona miftuħa fil-foresta). L-istallazzjoni tat-tagħmir għall-oġġetti obbligatorji għandha titlesta sa Diċembru 1995. Huwa fakoltattivi l-kejl l-ieħor kollu bħal-fluss taz-zokk (fi speċi oħra li m’humiex tal-fagu), ċpar u konċentrazzjonijiet ta’ l-arja. Il-monitoraġġ tad-deposizzjonijiet isir fuq bażi ta’ perjodu fiss (per eżempju kull xahar jew ġimgħa). Biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ l-analiżi jistgħu jitgħaqqdu min-numru ta’ perjodi konsekuttivi. Id-dettalji tekniċi li ġejjin huma bbażati fuq ir-riżultati tal-Panel ta’ Esperti fuq id-Deposizzjoni tal-Foresti ICP. Issir riferenza għall-manwal ippreparat minn dan il-Panel ta’ Esperti speċjalment dwar dettalji speċifiċi ta’ tagħmir ta’ kampjunatura, tekniċi ta’ kampjunatura, assigurazzjoni ta’ kwalità u ġestjoni tad-data II. Metodoloġija ta’ monitoraġġ II.1. Monitoraġġ taħt il-kanupew tal-foresta Kull meta possibbli t-tagħmir tal-kejl tal-preċipitazzjoni għandu jkun istallat fil-plott attwali. Biex tkun evitata l-ħsara lis-sistemi ta’ l-għeruq, il-partijiet li għandhom ikunu istallati fil-ħofor (kolletturi, rekorders, eċċ) jistgħu jkunu barra l-plott attwali fiż-żona buffer. Fil-foresta tal-fagu għandu jkun istallat ukoll għall-ġbir tal-fluss taz-zokk. Billi dawn il-kolletturi għandhom jinħażnu wkoll f’ħofra (jew fl-istess waħda), huwa rakommandat li jintgħażlu siġar ’il barra mill-plott attwali, per eżempju fiż-żona tal-buffer. Il-kejl tal-preċipitazzjoni u l-fluss taz-zokk għandu jsir b’tali mod li r-riżultati huma rappreżentattivi taż-żona tal-plott. Dan ifisser li għandhom jintużaw numru biżżejjed ta’ kampjuni. II.2 Monitoraġġ f’żona miftuħa fil-foresta Għandhom ikunu stallati f’post qrib il-plott attwali (ġewwa distanza ta’ 2 km), kolletturi ta’ deposizzjoni imxarba biss/fil-massa. Il-post għandu jintgħażel b’tali mod li l-oġġetti tal-madwar m’humiex eqreb minn darbtejn l-għoli tagħhom II.3. Perjodu tal-kejl Il-kejl għandu jsir kull xahar, kull ġimgħa jew f’intervall ta’ żmien bejn it-tnejn, per eżempju kull ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, jiddependi l-aktar fuq il-kondizzjonijiet ġenerali tat-temp fil-plott speċifiku (għandhom ikunu evitati l-evaporazzjoni u li tikber l-alga fil-kontenituri tal-kampjuni). Meta jkun metħtieġ li jintużaw perjodi differenti ta’ kejl matul is-sena (eż kull ġimgħa fis-sajf u kull xahar fix-xitwa), għandhom ikunu identifikati żewġ perjodi ta’ monitoraġġ u r-riżultati għandhom ikunu reġistrati separatament fuq il-formuli. F’perjodu wieħed ta’ monitoraġġ it-tul tal-perjodu tal-kejl għandu jkun kostanti. L-istess perjodu ta’ kejl għandu jintuża għall-monitoraġġ taħt il-kanupew tal-foresta u l-mononitoraġġ fiż-żona miftuħa. II.4 Kampjunatura, ġestjoni tal-kampjuni Għandhom jintużaw gauges tal-ġbir u kontenituri nodfa għall-ġbir tal-kampjuni. Għandu jintuża ilma deonizzat għat-tlaħliħ tat-tagħmir. Huwa importanti li l-kontenituri jinżammu ’il bogħod mid-dawl u jinżammu friski matul il-kampjunatura u t-trasport. Meta jkun xemxi u sħun jistgħu jiżdiedu preservattivi biex ma tikbirx l-alga. F’dan il-każ għandhom jintużaw biss dawk il-preservattivi li ma jtellfux l-analiżi ta’ xi jonu ta’ interess. II.5. Pretrattament ta’ kampjuni, trasport u ħażna Għandu jkun stabbilit il-volum ta’ kull kampjun miġbur minn kull preċipitazzjoni, fluss taz-zokk jew kollettur fil-beraħ individwali. Il-kampjuni jistgħu jkunu analizzati separatament jew mħallta ma’ kampjuni minn tagħmir istallat b’mod parallel ta’ l-istess tip. Għandhom ikunu analizzati b’mod separat il-preċipitazzjoni, il-fluss taz-zokk jew il-kampjunu fil-beraħ. Il-kampjuni mill-kejl tal-fluss taz-zokk jistgħu jkunu mgħaqqda biss għal siġar ta’ l-istess speċi u daqs simili u dominanza. Jistgħu jkunu analizzati kampjuni minn perjodi qosra kif inhuma, jew jistgħu jistgħu jitħalltu mal-kampjuni ta’ kull xahar qabel l-analiżi. Jekk il-kampjuni jitħalltu għandhom jitħalltu fi proporzjon mal-volum totali tal-kampjuni. Il-kampjuni għandhom ikunu ttrasportati lejn il-laboratorju kemm jista’ jkun malajr (l-aħjar f’kaxxi għat-tkessiħ) u jinżammu f’maħżen kiesaħ (4oĊ) sakemm ikunu analizzati. II.6. Informazzjoni ġenerali ta’ sfond L-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar: - numru tal-plott, - kodiċi bħala kampjun, - l-ewwel data tal-perjodu ta’ monitoraġġ, - l-aħħar data tal-perjodu ta’ monitoraġġ, - numru ta’ (ugwali) perjodi ta’ kejl fil-perjodu ta’ kejl. Informazzjoni mhix obbligatorja addizzjonali tista’ tinġabar, li tkun utili għall-interpretazzjoni tar-riżultati, bħal ħruxija tal-kanupew, indiċi taż-żona tal-weraq eċċ. II.7. Analiżi kimika F’kull kampjun il-parametri li ġejjin għandhom ikunu deċiżi mandatorji (Man) jew mhux obbligatorji (Mhux obb.): Parametru | Throughfall | Bulk/Wet-Biss | Stemfiow | Ċpar | Arja | Fagu | speċ.oħra | PH | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | Konduttivitay | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | | K | Man | Man | Man | hux obbt. | Mhux obb. | Mhux obb. | Ca | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mg | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Na | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | N-NH4 | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | | Cl | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | | N-NO3 | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | | S-SO4 | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Alkalinita | Man | Man | Man | Mhux obb. | Mhux obb. | | Ntotal | Man | Mhux obb. | Man | Mhux obb. | Opt. | | Al3+ | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | hux obb. | Mhux obb. | | Mn2+ | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | Fe3+ | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | PO43- | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | Cu | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Zn | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | Hg | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Pb | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | Co | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Mo | Mhux obb. | Mhux obb. | Ohux obb. | Mhux obb. | | | Cd | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Stotal | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Norg. | Opt. | Opt. | Opt. | Opt. | | | CTOC | Mhux obb. | | Mhux obb. | Mhux obb. | | | CDOC | Mhux obbt. | | Mhux obb. | Mhux obb. | | | Ptotal | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | Mhux obb. | | | O3 | | | | | | Mhux obb. | SO2 | | | | | | Mhux obb. | SO4 | | | | | | Mhux obb. | NO2 | | | | | | Mhux obb. | NO | | | | | | Mhux obb. | HNO2 | | | | | | Mhux obb. | HNO3 | | | | | | Mhux obb. | NH4NO3 | | | | | | Mhux obb. | NH3 | | | | | | Mhux obb. | V.O.C. | | | | | | Mhux obb. | II.8. Trasferiment ta’ data L-Istati Membri għandhom jibagħtu din l-informazzjoni fuq formola standardizzata lill-Kummissjoni għal kull plott fejn deposizzjoni kienet imminotorjata (ara l-Anness VII, Formoli 7a, 7b, 7c u 7d).ċ -------------------------------------------------- ANNESS III ANNESS IX METODI KOMUNI GĦAL KEJL TA' METEOROLOĠIJA FUQ IL-PLOTTIJIET TA' OSSERVAZZJONI PERMANENTI I. Osservazzjonijiet ġenerali Fil-perjodu sa nofs l-1996 perjodu ta' test huwa previst li matulu, fuq bażi volontarja, f'numru ta' plottijiet permanenti (10 %) kejl meteoroloġiku għandu jitwettaq. Fit-tieni nofs ta' l-1996 tiġri evoluzzjoni u tittieħed deċiżjoni dwar id-dettalji u l-intensita tal-kontinwazzjoni tal-kejl meteoroloġiku. Barraminhekk l-osservazzjonijiet fuq numru limitat ta' plottijiet, l-irrekordjar tal-ħsara osservata kkawżata minn fenomeni meteoroloġiċi għandu jkun eżegwit fuq il-plottijiet ta' osservazzjoni permanenti kollha. L-osservazzjonijiet meteoroloġiċi jinqasmu fi tliet partijiet: A. eżekuzzjoni ta' kejl ta' sitwazzjoni meteoroloġika attwali fuq jew qrib il-plott (numru limitat ta' plottijiet) B. determinazzjoni ta' sitwazzjoni klimatika fit-tul (il-plottijiet kollha) u avvenimenti/fenomeni ta' ħsara potenzali (numru limitat ta' plottijiet) C. osservazzjoni ta' ħsara lis-siġar fil-plott ikkawżata minn sitwazzjonijiet estremi tat-temp (il-plottijiet kollha) Il-kejl attwali (A) għandu jitwettaq fuq għażla ta' plottijiet, preferibilment plottijiet li jkunu wkoll użati għall-imonitoraġġ tad-deposizzjoni (Ara l-Anness VIII). L-Istati Membri hum liberi fil-għażla tal-metodi, tagħmir u frekwenza tal-kejl matul il-perjodu tat-test. Huwa previst li fil-proċess ta' valutazzjoni jkunu fformolati rakkomandazzjonijiet għal metodi, tagħmir u frekwenza. II. Metodoloġija ta' inventarju II.1. Lok tat-tagħmir għat-teħid ta' kampjuni It-tagħmir ta' kejl għall-imonitoraġġ kollu tal-parametri meteoroloġiċi (A) għandu jkun illokat fi jew qrib il-plott. Ċerti parametri (xita, riħ, radjazzjoni, eċċ.) għandhom jitkejlu f'żona miftuħa fil-foresta. Parametri oħra (e.g. temperatura tal-ħamrija) jistgħu jkunu mmonitorjati aħjar taħt kopertura koppla(?). Fil-perjodu tat-test ebda restrizzjonijiet anqas proċeduri espliċiti ta' stallazzjoni m'għandhom jingħataw. Meta parametri bħal radjazzjoni solari (tax-xemx), xita, eċċ. jkunu mmonitorjati, "żona miftuħa fil-forest" kbira biżżejjed barra l-istand għandha tingħażel. Dan il-lok għandu jkun kemm jista' jkun qrib, ikun f'sitwazzjoni simili (żurżieqa, elevazzjoni, eċċ.) u preferibilment ġewwa distanza ta' 2 km mill-plott. Kull meta possibbli użu flimkien mat-tagħmir għal deposizzjoni għandu jsir. Biex ikunu evitati disturbi lis-sitwazzjoni ta' l-għeruq u l-ħamrija, it-tagħmir għandhu jitqiegħed b'tali mod li t-tagħmir ikun jista' jintlaħaq u miżmum mingħajr ma wieħed attwalment jgħaddi min-nofs il-plott. II.2. Metodi biex titkejjel is-sitwazzjoni meteoroloġika attwali fi jew ħdejn il-plott (A) Għall-perjodu tat-test l-Istati Membri jkunu liberi fil-għażla tal-metodi, tagħmir jew frekwenza ta' kejl. Fuq numru limitat ta' plottijiet is-sitwazzjoni meteoroloġika għandha tkun immonitorjata. - Jekk possibbli stazzjon għal kejl meteoroloġiku intensiv kontinwu għandu jkun istallat fin-numru limitat ta' plottijiet. Il-parametri li ġejjin huma mbagħad irrakkomandati li jitkejlu b'mod kontinwu: Parametru | Metodu | Xita | gauge/datalogger | Temperatura ta' l-arja | datalogger | Temperatura tal-ħamrija (e.g. f'0,20 m fond) | datalogger | Umdità relattiva | datalogger | Veloċita tar-riħ | datalogger | Direzzjoni tar-riħ | datalogger | Radjazzjoni solari (tax-xemx) | datalogger | F'postijiet fejn il-borra hi komuni kolletturi speċjali għal borra għandhom ikunu stallati. - Bħala alternattiva għal sitwazzjonjijiet fejn ebda stazzjonijiet meteoroloġiċi intensivi kontinwi tali ma jistgħu jkunu stallati huwa rrakkomandat li jkun stallat, fin-numru limitat ta' plottijiet, tagħmir biex ikunu mmonitorjati l-parametri li ġejjin mal-frekwenza: Parametru | frekwenza | Xita | kuljum | Temperatura (massima u | kuljum | minima) | kuljum | Temperatura tal-ħamrija | għażla libera | Umdità relattiva | għażla libera | Riħ (direzzjoni u veloċita) | għażla libera | F'xi każijiet informazzjoni dwar ir-riħ u radjazzjoni solari tista' tinkiseb minn stazzjonijiet-meteo fil-qrib. II.3. Ġbir, ħażna u sottomissjoni ta' informazzjoni L-informazzjoni li ġejja għandha tinġabar: - numru tal-plott, - dettalji eżatti tat-tagħmir użat, - lok tal-plottijiet (lonġitudini, latitudini, altitudini) u ta' tagħmir (konness mal-plott), - dati tal-bidu u tmiem tal-kejl, - frekwenza (numru ta' perjodi). Id-data tal-kejl iddettaljat (temperaturi, xita, riħ eċċ.) m'għandhiex tkun irrapportata lill-Kummissjoni, imma tinżamm f'ħażna żgura mill-Istati Membri. Għal kull plott fejn il-kejl ikun ġie eżegwit sommarju tal-kejl miġbur għandu jkun ikkompilat u ssottomess lill-Kummissjoni sa nofs l-1996. Dan is-sommarju għandu jkun fih informazzjoni fuq bażi ta' kull xahar jew kull erba' ġimgħat, billi jintużaw il-forom XX1993.PLM (8a) u XX1993.MEM (8b). II.4. Determinazzjoni tas-sitwazzjoni klimatika fit-tul (B) Għal kull plott is-sitwazzjoni klimatika fit-tul għandha tkun iddeterminata bl-aktar mod tajjeb. Billi ebda data attwali dwar plottijiet m'hija disponibbli, id-data eżistenti għandha tintuża biex tkun stmata s-sitwazzjoni klimatika fit-tul (żona miftuħa fil-foresta) tal-plott. Dan għandu jsir darba biss. Ir-riżultati għandhom ikunu ppreżentati lill-Kummissjoni billi tintuża l-formola XX1995.MEC (8c). II.5. Determinazzjoni ta' l-avvenimenti u fenomeni potenzali ta' ħsara (B) Għal kull plott fejn jittieħed kejl meteoroloġiku bidu għandu jsir bil-preparazzjoni ta' lista ta' avenimenti u fenomeni ta' ħsara potenzali. Kull avveniment jew fenomenu għandu jkun iddefinit f'termini meteoroloġiċi, billi jintużaw il-parametri disponibbli għall-plott. Din il-lista ta' avvenimenti u fenomeni ta' ħsara potenzali għandu tkun kontinwament aġġornata mill-Istat Membru, kull darba meta iktar informazzjoni ssir diponibbli. L-informazzjoni dwar avvenimenti u fenomeni għandha tkun irrapportata lill-Kummissjoni billi tintuża l-formola XX1995.MEL (8d). II.6. Irrapportar ta' avveniment u fenomeni pre-ddefiniti u l-okkorrenzi/estretmita tagħhom (A and B) Għan-numru limitat ta' plottijiet fejn informazzjoni ddettaljata kienet saret disponibbli l-okkorrenza u estreminta ta' avvenimenti/fenomeni pre-ddefiniti (II.5) għandhom ikunu ddeterminati. Għandhom ikunu indikati n-numru ta' okkorrenzi u l-estreminta relattiva ta' kull avveniment/fenomenu elenkat. L-okkorrenzi u estremitajiet għandhom ikunu ssottomessi lill-Kummissjoni billi tintuża l-formola XX1995.MEO (8e). Fil-każ li avvenimetni/fenomeni żdiedu jew inbidlu, l-okkorrenzi u l-estremitajiet tas-snin li għaddew għandhom ikunu aġġornati wkoll. II.7. Irraportar ta' ħsara attwalment osservata (C) Kull meta waqt iż-żjarat fil-plott tkun ġiet osservata ħsara li għandha kawża meteoroloġika ċara, dan għandu jkun irrapportat lill-Kummissjoni sa' nofs l-1996 billi tintuża l-formola XX1995.MED (8f). Ir-rapportar għandu jinkludi l-kawża (nixfa, maltempata, ġlata, silġ, eċċ.) il-ħsara osservata (telf ta' weraq, friegħi miksura jew qed imutu jew rimjiet ġodda, eċċ.) u stima tal-perjodu li fih l-avveniment ikun sar. II.8. Rapport ta' valutazzjoni dwar il-meteoroloġija L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni flimkien ma' l-informazzjoni fil-formoli standardizzati (f'format diġitali) kif deskritt fil-paragrafi II.3, II.4, II.6 u II.7 rapport ta' valutazzjoni bl-informazzjoni ta' sfond dwar il-metodi, mudelli użati u l-interpretazzjonijiet tar-riżultati. Għall-irrapportar tal-lista ta' l-avvenimenti/fenomeni pre-ddefiniti (II.5) huwa rrakkomandat li tintuża formola simili għall-formola 8d ta' l-eżempju. Dawn il-formoli jistgħu jintehmżu ma' l-anness mar-rapport ta' valutazzjoni meteoroloġika.' --------------------------------------------------