|
12.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/1 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2021 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE
tad-29 ta’ Ġunju 2021
biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE dwar iċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi [2021/1330]
IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 15(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2) (il-“Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) jiddikjara li l-Kunsill tal-Ministri AKP-UE jista’ jiddelega setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE. |
|
(2) |
Fid-39 sessjoni tiegħu li saret fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2014 f’Nairobi, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE qabel, f’Dikjarazzjoni Konġunta, li jipproċedi bl-għeluq ordnat taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI). Għal dak il-għan, il-Kunsill tal-Ministri AKP-UE iddeċieda li jagħti delega ta’ setgħat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE biex imexxi l-kwistjoni ’l quddiem bil-ħsieb li jadotta d-deċiżjonijiet neċessarji. |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Lulju 2016, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE adotta d-Deċiżjoni Nru 3/2016 (3) li temenda l-Anness III għall-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, sabiex isir it-tibdil neċessarju, jiġi stabbilit il-qafas legali l-ġdid taċ-ĊŻI mill-1 ta’ Jannar 2017, u tinżamm il-personalità ġuridika taċ-ĊŻI, biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu, minn dik id-data. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/2016, Kuratur għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-fażi passiva, li matula ċ-ĊŻI għandu jeżisti biss għall-finijiet tal-likwidazzjoni tiegħu, mill-1 ta’ Jannar 2017 għal perijodu ta’ 4 snin jew sakemm iċ-ĊŻI jkun salda l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu u rrealizza l-assi kollha tiegħu, skont liema jseħħ l-ewwel. |
|
(5) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, iċ-ĊŻI kien għadu ma saldax l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu u ma rrealizzax l-assi kollha tiegħu. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 3/2016 biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-fażi passiva taħt il-ġestjoni tal-Kuratur u biex dik il-fażi tingħalaq. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-fażi passiva, l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 3/2016 jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 3/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkuntratta Kuratur biex jiżgura l-implimentazzjoni tal-fażi passiva mill-1 ta’ Jannar 2017 sakemm iċ-ĊŻI ikun salda l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu u rrealizza l-assi kollha tiegħu.”.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-UE
Mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE
Il-President
Moses Kouni MOSE
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 3/2016 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-12 ta’ Lulju 2016 rigward ir-reviżjoni tal-Anness III tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE [2016/1163] (ĠU L 192, 16.7.2016 p. 77).