<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑65/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0065</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2289">EU:C:2014:2289</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141015">15.10.2014</DATE> — KAWŻA C‑65/13</P><P>IL-PARLAMENT vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 492/2011</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Netwerk EURES</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 291(1) TFUE</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑65/13,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fis-<DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn A. Tamás u J. Rodrigues, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn J. Enegren u C. Zadra, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts (Relatur), viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev u J. L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/733/UE tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="20121126">26 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="328" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU L 328, p. 21</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 492/2011</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessi 8 u 9 tar-Regolament Nru 492/2011 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(8)</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu għall-ikklerjar ta’ postijiet vakanti, [għat-tqegħid f’kuntatt u għall-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti] partikolarment permezz tal-kooperazzjoni diretta bejn is-servizzi ċentrali tal-impjieg u wkoll bejn is-servizzi reġjonali, kif ukoll permezz tal-koordinazzjoni ta l-iskambju tal-informazzjoni jiżgura b’mod ġenerali stampa ċara tas-suq tax-xogħol. Il-ħaddiema li jkunu jixtiequ jispostaw ruħhom iridu wkoll ikunu regolarment infurmati dwar kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Rabtiet mill-qrib jeżistu bejn il-moviment liberu tal-ħaddiema, l-impjieg u t-taħriġ professjonali, partikolarment fejn tal-aħħar jimmira li jqiegħed lill-ħaddiema f’qagħda li jkunu jistgħu jilqgħu offerti tal-impjieg minn reġjuni oħra tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Is-servizzi ċentrali tal-impjieg tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-Kummissjoni bil-għan li jaġixxu flimkien fir-rigward ta’ kklerjar ta’ postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan l-Unjoni u l-ippustjar riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru servizzi speċjalizzati li għandhom ikunu fdati bl-organizzazzjoni ta’ xogħol fl-oqsma li saret referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u jikkooperaw ma’ xulxin u mad-dipartimenti tal-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar problemi li jinħolqu inkonnessjoni mal-moviment liberu u l-impjieg tal-ħaddiema, kif ukoll informazzjoni dwar l-istat u l-iżvilupp tal-impjieg.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkonsiderazzjoni bl-aħjar mod possibbli l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku msemmi fl-Artikolu 29 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kumitat Tekniku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>), għandha tistabbilixxi l-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi mħejjija.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Skont il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni bl-aħjar mod possibbli l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku, is-servizz speċjalizzat ta’ kull Stat Membru għandu jibgħat lis-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 18, l-informazzjoni li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-istat tas-suq tax-xogħol li tista’ tkun ta’ gwida għall-ħaddiema mill-Istati Membri l-oħra. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 492/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-servizz speċjalizzat ta’ kull Stat Membru għandu regolarment jibgħat lis-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri l-oħra u lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 18:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dettalji tal-postijiet vakanti li jistgħu jimtlew minn persuni ta’ nazzjonalità ta’ Stati Membri oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dettalji tal-postijiet vakanti indirizzati lil pajjiżi terzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dettalji ta’ l-applikazzjonijiet għal xogħol ta’ dawk li esprimew formalment ix-xewqa li jaħdmu fi Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>informazzjoni, skont ir-reġjun u l-fergħa tal-attività, dwar applikanti li ddikjaraw lilhom infushom lesti jaċċettaw xogħol f’pajjiż ieħor.</TXT><P>Is-servizz speċjalizzat ta’ kull Stat Membru għandu jgħaddi din l-informazzjoni lis-servizzi u l-aġenziji ta’ xogħol xierqa kemm jista’ jkun malajr.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dettalji ta’ postijiet vakanti u applikazzjonijiet li għalihom saret referenza f’paragrafu 1 għandhom jiġu ċċirkolati skont sistema uniformi li għandha titwaqqaf mill-Uffiċċju Ewropew għall-Ko-ordinazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Tekniku.</ALINEA><ALINEA>Din is-sistema tista’ tigi adattata jekk ikun meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 492/2011, li huwa l-uniku artikolu fit-Taqsima 3 ta’ dan ir-regolament intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Miżuri biex jiġi kkontrollat il-bilanċ tas-suq tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni ppreparat a bażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni għandhom mill-inqas darba fis-sena janalizzaw flimkien ir-riżultati ta’ l-arranġamenti tal-Komunità dwar il-postijiet vakanti u l-applikazzjonijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mal-Kummissjoni l-possibbiltajiet kollha biex tingħata prijorità lil ċittadini ta’ Stati Membri meta jimtlew postijiet vakanti għall-impjieg sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg fi ħdan l-Unjoni. Huma għandhom jadottaw kull miżura neċessarja għal dan il-għan.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 492/2011 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni [...], stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni għandu jkollu l-kompitu ġenerali li jippromwovi kklerjar ta’ postijiet vakanti fuq il-livell tal-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli, partikolarment, għad-doveri tekniċi kollha f’dan il-qasam li, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huma assenjati lill-Kummissjoni, u speċjalment sabiex jgħin is-servizzi tal-impjieg nazzjonali.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Huwa għandu jagħti fil-qosor l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 13 u d-data li toħroġ mill-istudji u riċerka mwettqa b’konformità mal-Artikolu 11, sabiex joħroġ fid-deher kwalunkwe fatt utli dwar żviluppi mbassra fuq is-suq tax-xogħol tal-Unjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(1) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni għandu jkun responsabbli, partikolarment:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>biex jikkoordina l-mizuri prattiċi neċessarji għall-ikklerjar ta’ postijiet vakanti [kumpens ta’ pożizzjonijiet vakanti] fuq il-livell tal-Unjoni u biex janalizza l-movimenti riżultanti tal-ħaddiema;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-istess regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-Kummissjoni tista’, bi ftehim mal-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru, u skont il-kondizzjonijiet u proċeduri li hija għandha tiddetermina fuq il-bażi tal-Opinjoni tal-Kumitat Tekniku, torganizza żjarat u inkarigi għall-uffiċjali ta’ Stati Membri oħra u wkoll programmi avvanzati għall-persunal speċjalizzat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 492/2011 jistabbilixxi Kumitat Konsultattiv li huwa responsabbli biex jassisti lill-Kummissjoni fl-eżami ta’ kwistjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għall-implementazzjoni tiegħu, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-impjieg tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi Kumitat Tekniku li għandu jkun responsabbli għall-assistenza lill-Kummissjoni biex tħejji, tippromwovi u ssegwi x-xogħol u l-miżuri tekniċi kollha sabiex jingħata effett lil dan ir-regolament u kwalunkwe miżura supplimentari.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tal-istess regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri b’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, hija għandha taġixxi b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi ċentrali tal-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 7 tad-deċiżjoni kkontestata jistabilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(4)</NO.P><TXT>Il-EURES għandu jippromwovi t-tħaddim aħjar tas-swieq tax-xogħol u li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ekonomiċi billi jħeffef il-mobbiltà ġeografika transnazzjonali u transkonfinali tal-ħaddiema, filwaqt li jiżgura mobbiltà b’kundizzjonijiet ġusti u li jiġu rispettati l-istandards applikabbli tax-xogħol. Dan għandu jagħti aktar trasparenza fis-swieq tax-xogħol, jiżgura l-iskambju u l-ipproċessar tal-postijiet tax-xogħol battala u l-applikazzjonijiet għall-impjieg (jiġifieri <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>approvazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tqabbil<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> skont it-tifsira tar-Regolament) u jappoġġa attivitajiet fl-oqsma tar-reklutaġġ, il-pariri u l-gwida fuq livell nazzjonali u transkonfinali, u b’hekk ikun qed jagħti sehmu biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>It-tneħħija tal-monopolji u żviluppi oħrajn wasslet biex fis-suq tax-xogħol inħolqot firxa wiesgħa ta’ fornituri tas-servizzi tax-xogħol. Biex jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu, il-EURES jeħtieġlu jinfetaħ għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-operaturi, filwaqt li jimpenja ruħu biex jirrispetta bis-sħiħ l-istandards tax-xogħol u r-rekwiżiti legali applikabbli, u standards oħrajn tal-EURES dwar il-kwalità.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Biex tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 il-Kummissjoni għandha flimkien mal-Istati Membri tistabbilixxi u tħaddem netwerk Ewropew tas-servizzi tax-xogħol, imsemmi EURES.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għall-ġid ta’ dawk li qed ifittxu xogħol, il-ħaddiema u l-impjegaturi, il-EURES f’koperazzjoni kif xierqa ma’ servizzi jew netwerks Ewropej oħrajn għandu jippromwovi:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-approvazzjoni u kollokament fuq livell transnazzjonali, interreġjonali u transkonfinali permezz tal-iskambju ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg, u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet immirati ta’ mobbiltà fuq livell ta’ UE;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-iżvilupp ta’ miżuri li jħeġġu u jħeffu l-mobbiltà tal-ħaddiema żgħażagħ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, EURES jinkludi wkoll, minbarra l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni u l-Membri tal-EURES (is-servizzi speċifiċi ta’ speċjalisti maħtura mill-Istati Membri jiġifieri l-uffiċċji nazzjonali għall-koordinazzjoni):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-imsieħba tal-EURES, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. L-Imsieħba tal-EURES jinħatru mill-Membru rispettiv tal-EURES u jistgħu jinkludu fornituri pubbliċi jew privati tas-servizz attivi fil-qasam rilevanti tal-kollokament u l-impjiegi, u trejdunjins u organizzazzjonijiet tal-[persuna li timpjega]. Biex jikkwalifika, Imsieħeb tal-EURES irid jimpenja ruħu li jissodisfa r-rwoli u r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 7;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-Imsieħba Assoċjati tal-EURES, li f’konformità mal-Artikolu 6 jagħtu servizzi limitati taħt is-sorveljanza u r-responsabbiltà ta’ Msieħeb tal-EURES jew tal-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(3) tad-deċiżjoni kkontestata, l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>b’mod parikolari:</P></TI></TITLE><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>[...] jagħmel analiżi tal-mobbiltà ġeografika u okkupazzjonali, fid-dawl tal-kisba ta’ bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, u l-iżvilupp ta’ approċċ ġenerali għall-mobbiltà skont l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-firxa sħiħa ta’ servizzi tal-EURES għandha tinkludi r-reklutaġġ, it-tqabbil tal-impjiegi u l-kollokazzjoni, li jkopru l-fażijiet kollha tal-kollokament mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ sal-għajnuna wara l-kollokament, u informazzjoni u pariri relatati.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn għandhom jingħataw f’aktar dettall fil-Katalgu tas-Servizzi tal-EURES li għandu jkunu parti mill-Karta tal-EURES kif inhu stabbilit fl-Artikolu 10 u għandu jkun fih is-servizzi universali li jagħtu l-Imsieħba kollha tal-EURES u servizzi komplementari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-servizzi universali huma dawk stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, b’mod partikolari l-Artikoli 12(3) u 13. Is-servizzi komplementari mhumiex obbligatorji skont it-tifsira tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, iżda jaqdu ħtiġijiet importanti tas-suq tax-xogħol.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-deċiżjoni kkontestata jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES għandu jassisti lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew tiegħu tal-Koordinazzjoni u lill-Uffiċċji Nazzjonali għall-Koordinazzjoni fil-promozzjoni u s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-EURES.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ippjanar strateġiku, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija f’din id-Deċiżjoni, inkluż:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-Karta tal-EURES, skont l-Artikolu 10;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-istrateġiji, l-għanijiet operattivi u l-programmi ta’ ħidma għan-netwerk EURES;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ir-rapporti tal-Kummissjoni mitluba bl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmija deċiżjoni kkontestata jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Karta tal-EURES skont il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 19(1), u l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, wara konsultazzjoni mal-Grupp tal-Ġestjoni tal-EURES stabbilit bl-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Abbażi tal-prinċipju li l-postijiet tax-xogħol battala u l-applikazzjonijiet għall-impjieg li jsiru pubbliċi minn xi Membri tal-EURES għandhom ikunu aċċessibbli fl-Unjoni kollha, il-Karta tal-EURES għandha b’mod partikolari tistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-Katalgu tas-Servizzi tal-EURES li jiddeskrivi s-servizzi universali u komplementari li jridu jingħataw mill-Membri u l-Imsieħba tal-EURES, inklużi s-servizzi ta’ tqabbil tal-impjiegi, bħall-għoti personalizzat ta’ konsulenza u pariri lill-klijenti, sew jekk ikunu persuni jfittxu xogħol, ħaddiema jew impjegaturi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-għanijiet ta’ operazzjoni tas-sistema EURES, l-istandards ta’ kwalità li għandhom jiġu applikati kif ukoll l-obbligazzjonijiet tal-membri u l-imsieħba EURES, li jinkludu:</TXT><P>[...]</P><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>it-tip ta’ informazzjoni, bħal informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, informazzjoni dwar offerti u talbiet għax-xogħol, informazzjoni dwar esperjenzi ta’ taħriġ u apprentistati, miżuri biex jħeġġu l-mobbiltà taż-żgħażagħ, il-kisba tal-ħiliet, u ostakli għall-mobbiltà, li jridu jagħtu lill-klijenti tagħhom u lill-bqija tan-netwerk, f’koperazzjoni ma’ servizzi jew networks Ewropej oħra rilevanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>id-deskrizzjonijiet tal-ħidma u l-kriterji biex jinħatru l-koordinaturi nazzjonali, il-konsulenti tal-EURES u l-persunal ewlieni ieħor fuq livell nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>it-taħriġ u l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa għall-persunal tal-EURES u l- kondizzjonijiet u l-proċeduti għall-organizzazzjoni ta’ żjarat u assenjamenti għall-uffiċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni titlob, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ kompletament jew parzjalment ir-rikors, li jinżammu l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata jew tad-dispożizzjonijiet annullati tagħha, sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, ta’ deċiżjoni ġdida intiża li tissostitwiha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament jinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 u fuq l-użu ħażin tas-setgħa ta’ implementazzjoni li l-leġiżlatur ta lill-Kummissjoni skont dan artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Parlament ifakkar, preliminarjament, li l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implementazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>b’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ried għalhekk jillimita s-setgħa ta’ implementazzjoni għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, ma hijiex il-Kummissjoni li għandha tipprova ttejjeb il-qafas stabbilit b’dak ir-regolament, permezz ta’ atti ta’ implementazzjoni. Fil-fatt, fl-istruttura normattiva tat-trattat, att ta’ implementazzjoni li jaqa’ taħt l-Artikolu 291 TFUE huwa mistenni li jimplementa biss ir-regoli eżistenti tal-att bażiku, mingħajr, madankollu ma jikkompletah.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Parlament jagħmel riferiment imbagħad għal sitt artikoli tad-deċiżjoni kkontestata li, fl-opinjoni tiegħu, jikkompletaw ċerti elementi tar-Regolament Nru 492/2011 u jeċċedu għalhekk is-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Parlament isostni li l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b) u (d), tad-deċiżjoni kkontestata jirriflettu l-għażliet politiċi, fis-sens li jippermettu li l-attivitajiet ta’ EURES jiġu ċċentralizzati billi jrendu prijoritarji ċerti kategoriji ta’ ħaddiema fil-kuntest tal-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ kumpens implementat mir-Regolament Nru 492/2011. Il-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ mobbiltà mmirati u l-iżvilupp ta’ miżuri li jħeġġu u jħaffu l-mobbiltà tal-ħaddiema żgħażagħ, ma jirriżultawx mill-imsemmi regolament, li ma jagħti prijorità lil ebda grupp speċifiku.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Parlament jikkontesta s-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ in-netwerk EURES għall-entitajiet privati, kif previst fl-Artikolu 3(c) tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, tali ftuħ jbiddel il-qafas stabbilit minn qabel mir-Regolament Nru 492/2011. Skont il-Parlament, dan ir-regolament huwa intiż biss għall-atturi tas-settur pubbliku fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ kumpens li ġie stabbilit mill-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Parlament jargumenta li l-kompitu li l-Artikolu 4(3)(b) tad-deċiżjoni kkontestata jimponi fuq l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni huwa li jiżviluppa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>approċċ ġenerali għall-mobbiltà<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jeċċedi kunsiderevolment is-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament Nru 492/2011. Fil-fatt, skont l-Artikoli 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament Nru 492/2011, dispożizzjonijiet li jiddistingwu bejn il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni, il-kompiti li huma imposti fuq dan tal-aħħar huma limitati u ta’ natura purament teknika jew amministrattiva. L-imsemmi Regolament Nru 492/2011 ma jipprevedi ebda azzjoni konkreta ta’ programmazzjoni għal-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Parlament isostni li l-Kummissjoni ssostitwiet ruħha għal-leġiżlatur tal-Unjoni billi introduċiet fl-Artikolu 7(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>servizzi komplimentari<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Minn naħa waħda, mid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(3) tad-deċiżjoni kkontestata, jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, li s-servizzi komplementari ma humiex intiżi mir-Regolament Nru 492/2011. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn dawn tal-aħħar huma koperti minn dan ir-regolament, għandu jiġi kkonstatat li dan ma jipprevedix id-distinzjoni bejn id-diversi servizzi skont jekk jurux natura obbligatorja jew mhux obbligatorja. Il-Parlament jinnota wkoll li s-servizzi komplementari, minkejja li ma humiex obbligatorji, ma humiex neqsin minn effett ġuridiku. F’dan ir-rigward, jirreferi għall-Artikolu 6(5) tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Parlament jargumenta li, permezz tal-Artikolu 8(7) tad-deċiżjoni kkontestata, li jipprevedi l-konsultazzjoni mill-Kummissjoni tal-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES dwar numru ta’ kwistjonijiet, il-Kummissjoni ħolqot struttura kważi komitoloġika għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 492/2011, filwaqt li l-Artikolu 38 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li l-Kummissjoni għandha taġixxi b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi ċentrali tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Parlament jistaqsi jekk, b’mod ġenerali, att ta’ implementazzjoni huwiex adattat biex joħloq, fih innifsu, qafas istituzzjonali li jaffettwa l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-adozzjoni ta’ atti sussegwenti, anki fil-każ meta dawn ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>atti ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens l-iktar strett possibbli, jiġifieri f’waqthom u purament tekniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, parti tad-domandi li fuqhom għandu jiġi kkonsultat il-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES, bħalma hija l-pjanifikazzjoni strateġika jew l-adozzjoni tal-Karta tal EURES, jirrigwardaw elementi li la jkunu f’waqthom u lanqas purament tekniċi, iżda li jikkompletaw ir-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Anki jekk jiġi preżunt li l-Karta tal-EURES tinkludi miżuri li jaqgħu taħt atti ta’ implementazzjoni li l-Kummissjoni tista’ tadotta skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 — <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT> — l-Artikolu 10(1) tad-deċiżjoni kkontestata billi jipprevedi l-konsultazzjoni mal-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES, iżid kundizzjoni proċedurali ġdida għall-adozzjoni ta’ tali miżuri li ma tirriżultax mill-Artikolu 38 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-Parlament, l-organi neċessarji, intiżi sabiex jassistu lill-Kummissjoni fl-implementazzjoni tal-politika li taqa’ taħt ir-Regolament Nru 492/2011, diġà ġew maħluqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-fatt, il-Kumitat Konsultattiv u l-Kumitat Tekniku, rispettivament imsemmijin fl-Artikoli 21 u 29 ta’ dan ir-regolament għandhom dan il-għan. Minn dan jirriżulta li l-eżistenza ta’ koinċidenza potenzjali bejn minn naħa waħda, il-kompetenzi tal-imsemmija Kumitat Konsultattiv u Kumitat Tekniku u, min-naħa l-oħra, dawk tal-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES li jirriżultaw mid-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni ma hijiex awtorizzata tikkompleta dan il-qafas istituzzjonali kif jirriżulta mir-Regolament Nru 492/2011, mingħajr l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Is-sitt nett, fir-rigward tal-Karta tal-EURES li l-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata jipprevedi l-adozzjoni tagħha, il-Parlament jargumenta, minn naħa waħda, li l-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jispeċifika li hija għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skont il-proċeduri ddefiniti fl-Artikoli 12, 13, 19 u 20 tar-Regolament Nru 492/2011. Għalhekk, il-Kummissjoni tat lilha nfisha kompetenzi ta’ implementazzjoni u ddeterminat il-proċedura applikabbli għall-adozzjoni tal-imsemmija Karta, filwaqt li l-għoti ta’ dawn il-kompetenzi ta’ implementazzjoni u d-determinazzjoni ta’ din il-proċedura jaqgħu fil-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-fatt, peress li jinsab bejn ir-Regolament Nru 492/2011 u l-Karta tal-EURES futura, l-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata jitlef kull natura implementattiva fis-sens tal-Artikolu 291 TFUE. Skont il-Parlament, il-Karta tal-EURES ser tkun is-suġġett ta’ att separat li ser ikun ibbażat wkoll fuq l-Artikolu 38 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jikkonċerna l-kontenut tal-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata, dan fih elementi li jispeċifikaw ulterjorment il-portata Artikoli 12, 13, 19 u 20 tar-Regolament Nru 492/2011. Mill-imsemmi Artikolu 10(2)(d) jirriżulta li l-Karta tal-EURES ser ikun fiha obbligi ġuridiċi għall-membri u l-imsieħba tal-EURES. Filwaqt li, skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 492/2011 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>l-informazzjoni li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u l-istat tas-suq tax-xogħol li tista’ tkun ta’ gwida għall-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandhom jiġu forniti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>skont il-proċedura stabbilita mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, l-Artikolu 10(2)(d)(ii) tad-deċiżjoni kkontestata jispeċifika l-kontenut ta’ din it-tip ta’ informazzjoni lil hinn mill-formulazzjoni ġenerali tar-Regolament Nru 492/2011. Tabilħaqq, dan huwa kkompletat, b’mod simili, bil-paragrafu (2)(d)(iii) u (iv) tal-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonċerna l-kriterji biex jinħatar, jew it-taħriġ u l-kwalifiki meħtieġa għall-persunal tal-EURES.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb li d-deċiżjoni kkontestata tikkonforma bis-sħiħ mal-Artikolu 291 TFUE u ma teċċedix is-setgħa ta’ implementazzjoni kif stabbilita u llimitata mir-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 291(1) TFUE meta jkun hemm bżonn ta’ kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni tal-atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti, dawn l-atti jagħtu kompetenzi ta’ implementazzjoni lill-Kummissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi debitament iġġustifikati u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 u 26 TUE, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 jagħti lill-Kummissjoni setgħa ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 291(2) TFUE. Fil-fatt, l-imsemmi Artikolu 38 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implementazzjoni neċessarji għall-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 u tinkludi, skont l-Artikolu 291(4) TFUE t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fit-titolu tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Kuntrarjament għar-rikors li wassal għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (C-427/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan ir-rikors ma jikkonċernax il-legalità tal-għażla eżerċitata mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta jagħti setgħa ta’ implementazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291(1) TFUE<?PAGE NO="10"?> minflok ma jagħtiha setgħa ddelegata skont l-Artikolu 290(1) TFUE. Dan ir-rikors jirrigwarda l-legalità tal-att ta’ implementazzjoni, jiġifieri d-deċiżjoni kkontestata, ibbażata fuq l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011, peress li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħa ta’ implementazzjoni li ġiet mogħtija lilha minn din l-aħħar dispożizzjoni u l-Artikolu 291 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li s-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni hija fl-istess ħin limitata mill-Artikolu 291(1) TFUE u mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 492/2011. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja, iddeċidiet li, meta s-setgħa ta’ implementazzjoni tingħata lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 291(1) TFUE, din għandha l-obbligu li tippreċiża l-kontenut tal-att leġiżlattiv, sabiex tiżgura l-implementazzjoni tiegħu f’kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha (is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Sussegwentement, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fil-kuntest tas-setgħa ta’ implementazzjoni tagħha, li l-limiti tagħha għandhom jiġu evalwati b’mod partikolari skont l-għanijiet ġenerali essenzjali tal-att leġiżlattiv inkwistjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta l-miżuri kollha neċessarji jew utili għall-implementazzjoni tal-imsemmi att, sakemm dawn ma jkunux kuntrarji għalih (is-sentenzi Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C‑478/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:324">EU:C:1995:324</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 30 u 31; Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, C‑159/96, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:550">EU:C:1998:550</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 40 u 41; Il-Parlament vs Il-Kummissjoni, C‑403/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:624">EU:C:2007:624</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51; kif ukoll Il-Parlament u Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni, C-14/06 u C-295/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:176">EU:C:2008:176</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra dan, minn qari flimkien tal-Artikoli 290(1) TFUE u 291(2) TFUE jirriżulta li l-Kummissjoni, billi teżerċita setgħa ta’ implementazzjoni, ma tista’ la temenda u lanqas tikkompleta l-att leġiżlattiv, anki fir-rigward tal-elementi mhux essenzjali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni tispeċifika l-att leġiżlattiv skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 43 ta’ din is-sentenza jekk id-dispożizzjonijiet tal-att ta’ implementazzjoni li hija tadotta, minn naħa waħda, jirrispettaw l-għanijiet ġenerali essenzjali tal-att leġiżlattiv u, min-naħa l-oħra, jkunu neċessarji jew utli għall-implementazzjoni tiegħu mingħajr ma jikkompletawh jew jemendawh.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat il-motiv uniku mqajjem mill-Parlament insostenn tar-rikors tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt dwar jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati jirrispettawx l-għanijiet ġenerali essenzjali tar-Regolament Nru 492/2011.</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistabbilixxu u jiġġestixxu network Ewropew ta’ servizzi tal-impjieg, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>EURES<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, bil-għan li jiġu sodisfatti l-obbligi previsti fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk id-deċiżjoni kkontestata tirrispettax l-għanijiet ġenerali essenzjali tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>l-Ikklerjar [kumpens] ta’ postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessi 8 u 9 tar-Regolament Nru 492/2011, l-għan ġenerali essenzjali tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>li jqiegħed lill-ħaddiema f’qagħda li jkunu jistgħu jilqgħu offerti tal-impjieg minn reġjuni oħra tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> billi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>jiżgura b’mod ġenerali stampa ċara tas-suq tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Tali trasparenza għandha tintlaħaq, skont l-imsemmija premessa 8, permezz tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>mekkaniżm[i] għall-ikklerjar [kumpens] ta’ postijiet vakanti, partikolarment permezz tal-kooperazzjoni diretta bejn is-servizzi ċentrali tal-impjieg u wkoll bejn is-servizzi reġjonali, kif ukoll permezz tal-koordinazzjoni ta l-iskambju tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 492/2011 jiddefinixxi din il-kollaborazzjoni billi jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>s-servizzi ċentrali tal-impjieg tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-Kummissjoni bil-għan li jaġixxu flimkien fir-rigward ta’ [kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti] fi ħdan l-Unjoni u l-ippustjar riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, mill-premessa 4 u mill-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li din tal-aħħar hija intiża bħalma huwa r-Regolament Nru 492/2011, li tiffaċilita l-mobbiltà ġeografika transkonfinali tal-ħaddiema billi tippromwovi, fil-kuntest ta’ azzjoni komuni, jiġifieri l-EURES, it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-swieq tax-xogħol Ewropej. L-għan tad-deċiżjoni kkontestata huwa għalhekk konformi mal-għan ġenerali essenzjali tar-Regolament Nru 492/2011 li huwa speċifikat fil-punt 50 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 2(b) u (d), tad-deċiżjoni kkontestata jsemmi, rispettivament, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>parteċipazzjoni f’attivitajiet immirati ta’ mobbiltà<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>l-iżvilupp ta’ miżuri li jħeġġu u jħeffu l-mobbiltà tal-ħaddiema żgħażagħ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fost l-azzjonijiet li għandhom jiġu promossi mill-EURES, filwaqt li tali attivitajiet ma humiex espressament previsti mir-Regolament Nru 492/2011. Madankollu, dawn l-azzjonijiet huma manifestament inklużi fl-għan ġenerali essenzjali ta’ dan ir-regolament li jikkonsisti fil-promozzjoni tal-mobbiltà ġeografika transkonfinali tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet l-oħra tad-deċiżjoni kkontestata, li ġew identifikati mill-Parlament fir-rikors tiegħu u li jirrelataw il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-EURES, ma jippermettu li jiġi kkunsidrat li, fid-dawl tal-għanijiet ġenerali essenzjali tar-Regolament Nru 492/2011, l-imsemmija deċiżjoni tmur kontra dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà għal entitajiet privati li jiġu maħtura bħala msieħba tal-EURES, prevista fl-Artikolu 3(c) tad-deċiżjoni kkontestata, hija marbuta, kif jirriżulta mill-premessa 7 ta’ din id-deċiżjoni, mal-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fis-suq tax-xogħol inħolqot firxa wiesgħa ta’ fornituri tas-servizzi tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> wara t-tneħħija tal-monopolju tas-servizzi pubbliċi, u intiża sabiex l-EURES jikseb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>il-potenzjal kollu tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Din id-dispożizzjoni hija inkluża fl-għan tad-deċiżjoni kkontestata kif speċifikat fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, li huwa konformi mal-għan ġenerali essenzjali tar- Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>L-istess jgħodd, minn naħa waħda, għall-kompitu mogħti mill-Artikolu 4(3)(b) tad-deċiżjoni kkontestata, lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[j]iżvilupp[a] [...] approċċ ġenerali għall-mobbiltà<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u, min-naħa l-oħra, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>servizzi komplimentari<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, taħt ir-responsabbiltà tal-EURES skont l-Artikolu 7(2) u (3), ta’ din id-deċiżjoni, li kif jirriżulta mill-imsemmi paragrafu (3), jikkorrispondu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ħtiġijiet importanti tas-suq tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-ħolqien tal-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES, previst fl-Artikolu 8 tad-deċiżjoni kkontestata, u r-rwol konsultattiv mogħti lilu mill-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu kif ukoll l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Karta tal-EURES prevista fl-Artikolu 10 ta’ din id-deċiżjoni, intiżi li jtejbu l-funzjonament tal-EURES u għalhekk jiffavorixxu l-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti fl-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu għalhekk jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata tosserva l-għanijiet ġenerali essenzjali tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt ta’ jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati humiex neċessarji jew utili għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 492/2011 mingħajr ma jikkompletawh jew jimmodifikawh</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni, b’mod ġenerali, li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jillimita s-setgħa ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni għall-minimu neċessarju billi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011, jirreferi għall-miżuri ta’ implementazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[neċessarji] għall-implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, l-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 291 TFUE. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riferiment għal miżuri neċessarji, fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 492/2011, jirrigwarda n-neċessità li tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament f’kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39) mingħajr, għaldaqstant, ma tiġi effettwata s-setgħa ta’ implementazzjoni li għandha l-Kummissjoni skont il-qafas stabbilit mill-Kapitolu II tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-utilità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati għall-implementazzjoni tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011 ma hijiex ikkontestata, għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk dawn josservawx il-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni rrikonoxxuta lill-Kummissjoni, huwa biżżejjed li jiġi eżaminat jekk jikkompletawx jew jemendawx l-imsemmi att leġiżlattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 492/2011, li jidher fil-Kapitolu II tiegħu, jipprevedi kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-impjiegi tal-Istati Membri u l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>bil-għan li jaġixxu flimkien fir-rigward [tal-kumpens bejn] applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-Unjoni u l-ippustjar riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Din l-azzjoni komuni, li timplika, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 9 tar-Regolament Nru 492/2011, ċerta koordinazzjoni tal-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri, hija kkaratterizzata minn skambju ta’ informazzjoni dwar il-problemi u d-data rilevanti tal-moviment liberu u tal-impjieg tal-ħaddiema, kif previst fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament, u għall-implementazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti, kif previst fl-Artikoli 13 sa 16 tal-imsemmi regolament, billi dan il-mekkaniżmu jimplika kemm skambju ta’ informazzjoni bejn is-servizzi speċjalizzati tal-Istati Membri u kif ukoll bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li peress li l-EURES ma ġiex stabbilit minn dan ir-regolament, il-Kummissjoni ġiet inkarigata mhux biss li twaqqaf fuq saqajha tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>azzjoni komuni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, iżda wkoll li tiżviluppa r-regoli ta’ funzjonament ta’ din l-azzjoni b’osservanza tal-indikazzjonijiet stabbiliti għal dak l-iskop fir-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-qafas ġenerali stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011 dwar l-azzjoni komuni prevista fih, jekk il-Kummissjoni, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet identifikati fir-rikors, eċċedietx is-setgħa ta’ implementazzjoni għall-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħa ta’ implementazzjoni tagħha billi fl-Artikolu 2(b) u (d), rispettivament, tad-deċiżjoni kkontestata, hija tipprevedi l-promozzjoni mill-EURES tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet immirati ta’ mobbiltà u tal-iżvilupp ta’ miżuri li jħeġġu u jħeffu l-mobbiltà tal-ħaddiema żgħażagħ.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet invokati mill-Parlament jaqgħu fil-kuntest tal-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 492/2011 mingħajr ma jikkompletaw jew jemendaw il-qafas stabbilit mill-att leġiżlattiv f’dan ir-rigward. Kif ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 51 u 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-imsemmija dispożizzjonijiet jispeċifikaw l-azzjoni komuni intiża minn din l-aħħar dispożizzjoni billi tqiegħed l-aċċent fuq miżuri speċifiċi, li huma diġà mħaddma mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali, u li l-Artikolu 2(b) u (d) tad-deċiżjoni kkontestata jiżgura biss il-koordinazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Parlament isostni li l-ftuħ tal-EURES għall-entitajiet privati, prevista fl-Artikolu 3(c) tad-deċiżjoni kkontestata, jimplika emenda tar-Regolament Nru 492/2011 u għaldaqstant teċċedi s-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija minnu lill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Ċertament, kif jirriżulta mill-punt 45 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni teċċedi l-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni li ġiet mogħtija lilha mir-Regolament Nru 492/2011 jekk hija temenda l-elementi ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 3(c) tad-deċiżjoni kkontestata ma jimplika l-ebda emenda fil-qafas stabbilit mill-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar għal dan l-iskop li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 492/2011, l-Istati Membri jaħtru s-servizzi speċjalizzati li għandhom ir-responsabbiltà għall-kooperazzjoni bejnhom u s-servizzi tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-Unjoni u l-kollokament riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg. L-ebda dispożizzjoni tal-imsemmi regolament ma tirriżerva l-imsemmija kooperazzjoni għal entitajiet ta’ natura pubblika. Ir-riferiment għal fornituri ta’ servizzi privati, fid-deċiżjoni kkontestata, jikkostitwixxi għalhekk preċiżjoni tal-qafas stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011 li jieħu inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 7 tad-deċiżjoni kkontestata, it-tneħħija tal-monopolju tas-servizzi pubbliċi tal-impjieg fl-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tal-Parlament ibbażat fuq l-Artikolu 3(c) tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Parlament jargumenta li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħa ta’ implementazzjoni mogħtija lilha mir-Regolament Nru 492/2011 billi fl-Artikolu 4(3)(b) tad-deċiżjoni kkontestata li l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni tipprevedi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>l-iżvilupp ta’ approċċ ġenerali għall-mobbiltà<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Lanqas dan l-argument ma jista’ jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 492/2011 jagħti rwol deċiżiv lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti previst fih.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 492/2011, l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-kompitu ġenerali li jippromwovi l-[kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti] fuq il-livell tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Anki jekk din id-dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>partikolarment<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tinkariga lill-imsemmi uffiċċju b’kompiti tekniċi, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 492/2011 jinkariga wkoll lill-istess uffiċċju b’kompiti importanti insostenn tal-azzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, għal dan l-iskop li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 492/2011, l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni jistabbilixxi s-sinteżi tal-informazzjoni li tinsab fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-regolament kif ukoll data miksuba mill-istudji u r-riċerki magħmula skont l-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament b’mod li tintwera l-informazzjoni utli dwar l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(1)(a) tal-istess regolament, l-imsemmi uffiċċju għandu l-kompitu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>janalizza l-movimenti [...] tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Il-kompiti insostenn tal-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni għandhom għalhekk jippermettu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li jadottaw, fid-dawl tal-informazzjoni kollha rilevanti, il-miżuri regolatorji neċessarji favur l-ekwilibriju fis-suq tax-xogħol previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 492/2011 u huma inklużi fl-għan stabbilit fil-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, li jikkonsisti f’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>li jiġu diretti l-isforzi tal-Istati Membri għall-koordinazzjoni tal-politika tagħhom dwar ix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni eċċediet il-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni tagħha fl-Artikolu 4(3)(b) tad-deċiżjoni kkontestata, billi attribwiet kompitu lill-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni sabiex jiżviluppa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>approċċ ġenerali għall-mobbiltà skont l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> peress li dawn l-indikazzjonijiet ġenerali jistgħu jkunu intiżi biss sabiex tiġi ppreparata l-adozzjoni ta’ miżuri regolatorji previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament<?PAGE NO="14"?> Nru 492/2011 u sabiex isostnu l-isforzi tal-Istati Membri fil-koordinazzjoni tal-politiki ta’ impjieg tagħhom, skont il-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, mingħajr għaldaqstant ma jikkompletaw jew jemendaw in-natura tal-azzjoni insostenn ta’ dan l-uffiċċju prevista mill-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, skont il-Parlament, il-Kummissjoni ssostitwiet ruħha għal-leġiżlatur tal-Unjoni billi introduċiet fl-Artikolu 7(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>servizzi komplimentari<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 7 tad-deċiżjoni kkontestata jiddefinixxi l-firxa sħiħa ta’ servizzi tal-EURES. L-Artikolu 7(3) ta’ din id-deċiżjoni jipprevedi l-possibbiltà għall-EURES li joffri servizzi komplementari. Skont din l-aħħar dispożizzjoni, dawn ma humiex obbligatorji skont il-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011, iżda madankollu, jaqdu ħtiġijiet importanti tas-suq tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Madankollu, peress li s-servizzi ta’ impjieg tal-Istati Membri ġeneralment ma jillimitawx ruħhom li joffru biss is-servizzi li jirriżultaw b’mod obbligatorju mir-Regolament Nru 492/2011, il-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma tikkompleta jew temenda l-qafas stabbilit mill-imsemmi regolament, tikkunsidra li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>servizzi komplimentari<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> eventwali offerti kellhom ikunu inklużi fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-servizzi ta’ impjieg ta’ Stati Membri, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 89 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa indispensabbli, sabiex jintlaħaq aħjar l-għan tat-tqegħid f’kuntatt u tal-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 492/2011, li l-informazzjoni kollha disponibbli lid-dipartimenti nazzjonali varji, inkluża dik li tirriżulta mis-servizzi komplementari tiġi pprovduta lill-EURES.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Parlament jargumenta li l-Artikolu 8(7) tad-deċiżjoni kkontestata turi wkoll li l-Kummissjoni ma segwietx il-missjoni tagħha ta’ implementazzjoni tar-Regolament Nru 492/2011.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 8(1) tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES jassisti lill-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew għall-Koordinazzjoni tagħha u l-uffiċċji nazzjonali ta’ koordinazzjoni fl-evalwazzjoni u s-superviżjoni tal-iżvilupp tal-EURES. Skont l-Artikolu 8(7) tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonsulta l-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ippjanar strateġiku, l-iżvilupp, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija f’din l-istess deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ma eċċedietx s-setgħa ta’ implementazzjoni tagħha bl-istabbiliment tal-Bord tal-Ġestjoni tal-EURES u billi tatu rwol konsultattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar għal dan l-iskop li, fid-dawl tal-fatt li l-EURES ma ġiex stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011, dan, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tiegħu, jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tiżviluppa regoli ta’ funzjonament ta’ azzjoni komuni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-oqsma tal-kumpens bejn applikazzjonijiet għal impjieg u pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-Unjoni u l-kollokament riżultanti ta’ ħaddiema fl-impjieg. L-istabbiliment ta’ Bord tal-Ġestjoni tal-EURES u l-għoti lilu ta’ rwol konsultattiv mid-dispożizzjoni kkontestata mill-Parlament, la jikkompletaw u lanqas jemendaw il-qafas stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011, peress li huma intiżi biss li jiżguraw il-funzjonament effikaċi tal-azzjoni komuni prevista minn dan regolament mingħajr indħil, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 108 tal-konklużjonijiet tiegħu, fuq il-kompetenzi tal-kumitati konsultattivi u tekniċi stabbiliti, mill-Artikoli 21 u 29 rispettivament, tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument ibbażat fuq l-Artikolu 8(7) tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Parlament isostni li l-Kummissjoni eċċediet is-setgħa ta’ implementazzjoni tagħha billi adottat l-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata jillimita ruħu li jiddikjara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ Karta tal-EURES. Madankollu, l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-imsemmija karta tikkostitwixxi att ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 291(1) TFUE li l-legalità tagħha tista’ tiġi evalwata, skont il-każ, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament sussegwenti, inkunsiderazzjoni tal-limiti tas-setgħa ta’ implementazzjoni rrikonoxxut lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi aċċettat li, sempliċement bil-fatt li ġiet prevista l-adozzjoni futura tal-Karta tal EURES, il-Kummissjoni eċċediet setgħa ta’ implementazzjoni tagħha. Fil-fatt, l-Artikolu 10 tad-deċiżjoni kkontestata la jikkompleta u lanqas jemenda l-qafas stabbilit mir-Regolament Nru 492/2011 peress li l-imsemmija dispożizzjoni u l-azzjoni ddikjarata fiha huma intiżi biss sabiex jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-EURES, kif previst fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-regolament, u sabiex jippromwovu l-funzjonament effikaċi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jirriżulta li l-motiv uniku mqajjem mill-Parlament insostenn tar-rikors tiegħu ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Parlament tilef hemm lok li jiġi ordnat ibati l-ispejjeż, kif mitlub mill- Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>