31987D0286



Official Journal L 143 , 03/06/1987 P. 0032 - 0032
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0151


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-26 ta' Mejju 1987

dwar l-applikazzjoni bejn il-Komunità u l-Isvizzera tad-disposizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjonijiet II u III tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali bit-triq ta' Passiġġieri permezz ta' Servizzi Okkażjonali ta' Coach u Xarabank (ASOR)

(87/286/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali bit-Triq ta' Passiġġieri bit-Triq permezz ta' Servizzi Okkażjonali ta' Coach u bix-Xarabanks (ASOR) kien approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea skond id-Deċiżjoni 82/505/KEE [4]; billi l-ASOR daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1983 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Isvezja u t-Turkija; billi l-ASOR daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 1986 għall-Awstrija;

Billi l-ASOR ma daħalx fis-seħħ fil-każ ta' l-Isvizzera sa l-1 ta' Jannar 1987; billi jsegwi mill-Artikolu 18(4) li d-disposizzjonijiet tas-Sezzjonijiet II u III ta' l-ASOR għandhom japplikaw għall-Isvizzera mill-1 ta' Awissu 1987;

Billi l-Isvizzera talbet il-kunsens tal-partijiet kontraenti l-oħrajn biex imexxu din id-data "l quddiem għall-1 ta' April 1987, in vista ta' l-iżvantaġġi prattiċi u ekonomiċi li kienu jirriżultaw mill-applikazzjoni tas-Sezzjonijiet II u III ta' l-ASOR għall-Isvizzera f'nofs l-istaġun turistiku;"

Billi huwa approprjat għal raġunijiet prattiċi, ekonomiċi u politiċi li l-ASOR japplika mill-1 ta' Ġunju fs1987,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ

L-uniku Artikolu

Il-Komunità Ekonomika Ewropea taċċetta li d-disposizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjonijiet II u III tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali bit-Triq ta' Passiġġieri permezz ta' Servizzi Okkażjonali ta' Coach jew bix-Xarabanks (ASOR) għandu japplika bejn il-Komunità u l-Isvizzera mill-1 ta' Ġunju 1987

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Tindemans

[1] ĠU C 113, tat-28.4.1978, p. 3.

[2] Opinjoni mogħtija fil-15 ta' Mejju 1987 (għadha m'hiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fil-14 ta' Mejju 1987 (għadha m'hiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 230 tal-5.8.1982, p. 38.

--------------------------------------------------