|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6023 |
13.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12572 — CVC / CLEVERTECH)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/6023)
1.
Fl-4 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), |
|
— |
Clevertech S.p.A. (“Clevertech”, l-Italja). |
CVC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Clevertech kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
CVC hija ditta ta’ ekwità privata b’fondi li għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, fis-sustanzi kimiċi, fl-utilitajiet, fil-manifattura, fil-bejgħ bl-imnut u fid-distribuzzjoni, |
|
— |
Clevertech hija kumpanija Taljana attiva fl-Ewropa u lil hinn minnha fid-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ awtomatizzazzjoni industrijali u soluzzjonijiet tal-imballaġġ, bi speċjalizzazzjoni f’soluzzjonijiet ta’ imballaġġ (terzjarju) fi tmiem il-linja. |
3.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12572 — CVC / CLEVERTECH
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6023/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)