<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-128/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0128</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:194">EU:C:2019:194</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190313">13.3.2019</DATE> – Kawża C‑128/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva (UE) 2016/2284</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi atmosferiċi li jniġġsu</KEYWORD><KEYWORD>Adozzjoni ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD><KEYWORD>Eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Valutazzjoni tal-impatt</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni suffiċjenti tal-effetti tal-att ikkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(4) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 191(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tad-diversità tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑128/17,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fl-<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja</HT>, irrappreżentata minn B. Majczyna, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnuta minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">L-Ungerija</HT>, irrappreżentata minn. M. Z. Fehér, G. Koós u E. Tóth, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Rumanija</HT>, irrappreżentata minn C. Canţăr, R. H. Radu, A. Wellman u M. Chicu, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn A. Tamás u A. Pospíšilová Padowska, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn M. Simm, A.-Z. Varfi, K. Adamczyk Delamarre u A. Sikora-Kalėda, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuti minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Petersen, K. Herrmann u G. Gattinara, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, E. Regan u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, prinċipalment, tannulla d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE> dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="344" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 344, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>direttiva kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u, sussidjarjament, tannullaha sa fejn din tistabbilixxi impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet sas-sena 2030.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-direttiva kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3, 5 sa 9, 10, 13, 14, 18 u 19 tad-direttiva kkontestata huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(1)</NO.P><TXT>F’dawn l-aħħar 20 sena sar progress sinifikanti fl-Unjoni fil-qasam tal-emissjonijiet antropoġeniċi fl-arja u fil-qasam tal-kwalità tal-arja, b’mod partikolari permezz ta’ politika dedikata tal-Unjoni, inkluża l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni[,] tal-<DATE ISO="20050921">21 ta’ Settembru 2005</DATE>[,] intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>TSAP<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). [COM(2005) 446 finali] […] Madankollu, kif indikat fil-Komumikazzjoni tal-Kummissjoni[,] tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>[,] intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [COM(2013) 918 finali] (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>it-TSAP riveduta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), għad baqa’ impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>It-TSAP riveduta tistabbilixxi objettivi strateġiċi ġodda għall-perijodu sal-2030 bl-għan li toqrob aktar lejn l-objettiv tal-Unjoni tul perijodu ta’ żmien twil dwar il-kwalità tal-arja.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-Istati Membri u l-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila tal-1979 [tat-<DATE ISO="19791113">13 ta’ Novembru 1979</DATE>] (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Konvenzjoni LRTAP<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u għal diversi Protokolli tagħha, inkluż il-Protokoll sabiex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku tal-1999 li ġie rivedut fl-2012 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>il-Protokoll rivedut ta’ Gothenburg<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Rigward is-sena 2020 u s-snin ta’ wara, il-Protokoll rivedut ta’ Gothenburg jistabbilixxi impenji ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li jieħu s-sena 2005 bħala s-sena bażi, għal kull parti fir-rigward ta’ diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u għall-partiċelli fini […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jenħtieġ li l-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE> dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 320)] jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għal dak l-għan, l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 f’din id-Direttiva huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-Protokoll rivedut ta’ Gothenburg.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva b’mod li jikkontribwixxi b’mod effikaċi għall-ilħuq tal-objettiv fit-tul tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja kif appoġġjat mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas--Saħħa, […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll għall-ksib, b’mod kosteffikaċi, tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u għall-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima flimkien mat-titjib fil-kwalità tal-arja globalment u għat-titjib tas-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja relatati mas-saħħa fl-Unjoni billi ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll tiffavorixxi t-transizzjoni lejn ekonomija ekoloġika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Jenħtieġ li l--Istati Membri jkunu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mill-2020 sal-2029 u mill-2030 ’il quddiem. Sabiex jiġi żgurat progress li jista’ jintwera fit-twettiq tal-impenji tal-2030, jenħtieġ li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw livelli ta’ emissjonijiet indikattivi fl-2025 li jkunu teknikament fattibbli u ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati, u jenħtieġ li jippruvaw ikunu konformi ma’ tali livelli. Fejn l-emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu limitati f’konformità mal-perkors ta’ tnaqqis determinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jispjegaw ir-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni kif ukoll il-miżuri li jwasslu lill-Istati Membri lura fuq il-perkors tagħhom fir-rapporti sussegwenti tagħhom li jiġu mħejjija skont din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva għall-2030 ’il quddiem huma bbażati fuq il-potenzjal għat-tnaqqis stmat ta’ kull Stat Membru li jinsab fir-Rapport nru 16 tat-TSAP ta’ Jannar 2015 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>TSAP 16<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), dwar l-eżami tekniku tad-differenzi bejn l-istimi nazzjonali u dawk previsti tat-TSAP 16, u dwar l-objettiv politiku li jinżamm it-tnaqqis ġenerali tal-impatt fuq is-saħħa sal-2030 (meta mqabbel mal-2005) l-aktar viċin possibbli għal dak tal-proposta tal-Kummissjoni għal din id-Direttiva. Biex tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fit-TSAP 16.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Jenħtieġ li kull Stat Membru jfassal, jadotta u jimplimenta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħaq l-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u biex jagħti kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn sorsi antropoġeniċi, jenħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jikkunsidraw miżuri applikabbli għas-setturi rilevanti kollha, inklużi l-agrikoltura, l-enerġija, l-industrija, it-trasport bit-triq, it-tbaħħir intern, it-tisħin domestiku u l-użu ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq u solventi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jiddeċiedu dwar il-miżuri li jadottaw sabiex jikkonformaw mat-twettiq tal-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-direttiva kkontestata jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tersaq lejn il-ksib ta’ livelli tal-kwalità tal-arja li ma jirriżultawx f’impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, din id-Direttiva tistabbilixxi l-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet atmosferiċi antropoġeniċi ta’ diossidu tal-kubrit (SO<HT TYPE="SUB">2</HT>), ossidi tan-nitroġenu (NO<HT TYPE="SUB">x</HT>), komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ammonijaka (NH<HT TYPE="SUB">3</HT>) u partiċelli fini (PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>) tal-Istati Membri u tirrikjedi li jitfasslu, jiġu adottati u implimentati programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja u li jiġu sorveljati u rappurtati l-emissjonijiet għal dawk l-inkwinanti u għall-inkwinantil-oħra msemmija fl-Anness I, kif ukoll l-impatti tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u progress lejn l-objettiv fit-tul tal-Unjoni li tilħaq livelli ta’ kwalità tal-arja konformi mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi f’konformità mas-Seba’ Programm ta’ Azjoni Ambjentali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>it-tisħiħ ta’ sinerġiji bejn il-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u politiki rilevanti oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politiki tal-klima u l-enerġija.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit, ta’ ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka, u partiċelli fini b’konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet applikabbli mill-2020 sal-2029 u mill-2030 ’il quddiem, kif stabbilit fl-Anness II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 tagħhom […]. Il-livelli indikattivi ta’ dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati permezz ta’ perkors ta’ tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u l-livelli ta’ emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-2030.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jsegwu perkors’ ta tnaqqis mhux lineari jekk dan ikun ekonomikament jew teknikament aktar effiċjenti, u sakemm mill-2025 dan jingħaqad progressivament mal-perkors ta’ tnaqqis lineari u sakemm ma jaffettwa ebda impenn ta’ tnaqqis ta’ emissjoni għall-2030. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-perkors ta’ tnaqqis lineari u r-raġunijiet għaliex ikunu qed isegwuh fil-programmi nazzjonali ta’ kontroll tat-tniġġis tal-arja li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1).</ALINEA><ALINEA>Fejn l-emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu limitati f’konformità mal-perkors tat-tnaqqis determinat, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni kif ukoll il-miżuri li jwasslu lill-Istati Membri lura fuq il-perkors tagħhom fir-rapporti tal-inventarju informattivi sussegwenti tagħhom li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2).</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(3) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Jekk f’sena partikolari Stat Membru, li għalih impenn ta’ tnaqqis wieħed jew aktar stabbiliti fl-Anness II huma stabbiliti f’livell aktar strett mit-tnaqqis kosteffikaċi identifikat fit-TSAP 16, ma jistax jikkonforma mal-impenn ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet rilevanti wara li jkun implimenta l-miżuri kosteffikaċi kollha, għandu jitqies li qed jikkonforma ma dak l-impenn għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet rilevanti għal massimu ta’ ħames snin, sakemm għal kull waħda minn dawk is-snin jikkumpensa għal dak in--nuqqas ta’ konformità permezz ta’ tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta’ inkwinantieħor imsemmi fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(3) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-suppożizzjonijiet sottostanti kkunsidrati għal kull Stat Membru għad-definizzjoni tal-potenzjal ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet nazzjonali tagħhom użat għat-tħejjija ta’ TSAP 16;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness II tad-direttiva kkontestata jinkludi lista ddettaljata, għal kull Stat Membru, tal-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet għas-snin 2020 sal-2029 u mis-sena 2030 ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-ewwel punt tal-Parti I tal-Anness III ta’ din id-direttiva:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-programmi nazzjonali tal-bidu għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmija fl-Artikoli 6 u 10 għandhom tal-inqas ikopru l-kontenut li ġej:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-għażliet ta’ politika meqjusa bħala li jikkonformaw mal-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet għall-perijodu bejn l-2020 u l-2029 u għall-2030 ’il quddiem u l-livelli intermedji ta’ emissjonijiet iddeterminati għall-2025 u li jikkontribwixxu biex itejbu aktar il-kwalità tal-arja, u l-analiżi tagħhom, inkluż il-metodu tal-analiżi; fejn ikunu disponibbli, l-impatti individwali jew ikkombinati tal-politiki u l-miżuri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-kwalità tal-arja u l-ambjent u l-inċertezzi assoċjati magħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fejn ikun rilevanti, spjegazzjoni tar-raġunijiet għalfejn il-livelli ta’ emissjonijiet indikattivi għall-2025 ma jistgħux jintlaħqu mingħajr miżuri li jinvolvu spejjeż sproporzjonati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20160413">13 ta’ April 2016</DATE>, intitolat, it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="123" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 123, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jinkludi Titolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għodod għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jinkludi, b’mod partikolari, il-punti 12 sa 15 ta’ dan il-ftehim. Dawn tal-aħħar huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>12.</NO.P><TXT>It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-kontribut pożittiv tal-valutazzjonijiet tal-impatt fit-titjib tal-kwalità tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP></P><P>Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma għodda biex tgħin lit-tliet Istituzzjonijiet jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta’ informazzjoni tajba u mhumiex sostitut għal deċiżjonijiet politiċi fil-proċess demokratiku tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-valutazzjonijiet tal-impatt ma għandhomx iwasslu għal dewmien żejjed fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet jew jippreġudikaw il-kapaċità tal-koleġislatur li jipproponi emendi.</P><P>Il-valutazzjonijiet tal-impatt jeħtieġ li jkopru l-eżistenza, l-iskala u l-konsegwenzi ta’ problema u l-kwistjoni dwar jekk hix meħtieġa azzjoni mill-Unjoni jew le. Huma jeħtieġ li jidentifikaw soluzzjonijiet alternattivi u, fejn possibbli, l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali fuq perijodu qasir u fit-tul, filwaqt li jivvalutaw l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali b’mod integrat u bbilanċjat u jużaw kemm l-analiżi kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva. Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità għandhom jiġu rrispettati b’mod sħiħ, hekk kif għandhom jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali. […] Il-valutazzjonijiet tal-impatt jeħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni preċiża, oġġettiva u kompluta u li jkunu proporzjonati fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-enfasi tagħhom.</P><P><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ser tagħmel valutazzjonijiet tal-impatt tal-inizjattivi leġislattivi u mhux leġislattivi […]</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, meta jikkunsidraw il-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni, ser jieħdu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni. […]</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Meta jqisu li dan ikun xieraq u meħtieġ għall-proċess leġislattiv, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-emendi sostanzjali tagħhom għall-proposta tal-Kummissjoni. Bħala regola ġenerali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jieħdu l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni bħala l-punt tat-tluq għall-ħidma ulterjuri tagħhom. Id-definizzjoni ta’ emenda <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> għandha tiġi ddeterminata mill-Istituzzjoni rispettiva.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-direttiva kkontestata tagħmel parti mill-miżuri adottati mill-Unjoni fil-qasam tal-emissjonijiet antropoġeniċi fl-arja u tal-kwalità tal-arja. Din hija parti minn politika strateġika tal-Unjoni li tinkludi, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-direttiva, fost oħrajn, l-elementi li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-politika strateġika dwar it-tniġġis tal-arja tal-2005 li tirriżulta mis-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-2002, li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020722">22 ta’ Lulju 2002</DATE> li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 152);</P></ITEM><ITEM><P>l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jimplimentaw din l-istrateġija, bħad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>), u d-Direttiva 2001/81, u</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>l-attività tal-Unjoni fil-livell internazzjonali u, b’mod partikolari, il-Konvenzjoni LRTAP, approvata mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/462/KEE, tal‑<DATE ISO="19810611">11 ta’ Ġunju 1981</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 14, p. 225), u l-Protokoll għal din il-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila sabiex jitnaqqsu l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu troposferiku adottat fit‑<DATE ISO="19991130">30 ta’ Novembru 1999</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Protokoll ta’ Göteborg<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), approvat mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat‑<DATE ISO="20030613">13 ta’ Ġunju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 47, p. 172).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-verżjoni rriveduta tal-Protokoll ta’ Göteborg ġiet approvata mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1757, tas‑<DATE ISO="20170717">17 ta’ Lulju 2017</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 248, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul is-sena 2013, il-Kummissjoni ppubblikat it-TSAP irriveduta tagħha, li minnha jirriżulta li effetti negattivi u riskji sinjifikattivi għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent minħabba t-tniġġis tal-arja kienu għadhom jeżistu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat, fit‑<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE>, proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013) 920 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>proposta għal direttiva<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’din il-proposta, ġew stabbiliti impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet għas-snin 2020 u 2030 fuq il-bażi tad-data inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, tat‑<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE> (SWD(2013) 531 finali, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>valutazzjoni tal-impatt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Fit-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni użat id-data ġġenerata permezz tas-sistema mmudellar imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>GAINS<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sistema GAINS<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), tal-International Institute for Applied System Analysis (l-Istitut Internazzjonali għall-Analiżi tas-Sistemi Applikati, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>IIASA<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), fil-kwalità tiegħu ta’ konsulent tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill eżaminaw il-proposta għal direttiva. Fil-Kunsill, din il-proposta u l-valutazzjoni tal-impatt kienu s-suġġett ta’ diskussjonijiet f’erbgħa u għoxrin laqgħa fil-livell tal-Grupp ta’ Ħidma, tlettax-il laqgħa tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) u erba’ laqgħat fil-livell tal-ministri bejn is-sena 2014 u s-sena 2016. Barra minn hekk, il-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill organizzaw laqgħat bilaterali informali mal-Istati Membri kollha, parzjalment bl-appoġġ tal-Kummissjoni, sabiex jiċċaraw kwistjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw Stati Membri differenti. F’dan il-kuntest, id-data pprovduta fil-valutazzjoni tal-impatt ġiet aġġornata abbażi ta’ sbatax-il rapport suċċessiv tal-IIASA, intitolati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>rapporti TSAP<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, segwiti bin-numri rispettivi tagħhom (1 sa 16b).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kunsill adotta l-approċċ ġenerali dwar il-proposta għal direttiva. Fil-bidu tal-2016, huwa beda negozjati mal-Parlament. Ftehim informali bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ġie approvat mill-Coreper, fid‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-laqgħa tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20161017">17 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-Repubblika tal-Polonja, l-Ungerija u r-Rumanija esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-impatt ekonomiku tal-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet previsti mill-proposta għal direttiva u dwar il-metodoloġija użata għall-istabbiliment ta’ dawn l-impenji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara l-vot tal-Parlament, fit‑<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, id-direttiva kkontestata kienet is-suġġett ta’ vot fil-Kunsill fit‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>. Hija ġiet adottata fi Strasbourg fl‑<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 14(3)(a), l-Anness II u s-subparagrafi (b) u (d) tal-punt 1, tal-Parti I tal-Anness III ta’ din id-direttiva, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170830">30 ta’ Awwissu 2017</DATE>, l-Ungerija u r-Rumanija ġew awtorizzati jintervjenu insostenn tat-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja. Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni ġiet awtorizzatta tintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tagħha, li għandu jiġi eżaminat fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Parlament u l-Kunsill kisru l-obbligu li ssir valutazzjoni xierqa tal-impatt tad-direttiva kkontestata qabel l-adozzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni hija obbligata li twettaq valutazzjoni tal-impatt meta att ġuridiku jista’ jkollu konsegwenzi sinjifikattivi. Skont il-punt 12 ta’ dan il-ftehim, il-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv għandhom jeżaminaw l-eżistenza, il-portata u l-konsegwenzi ta’ problema. Dawn għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż u l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom ukoll ikunu proporzjonali fir-rigward tal-portata tagħhom u l-enfasi tagħhom u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni oġġettiva, komprensiva u preċiża. Skont il-linji gwida tal-Kummissjoni tas‑<DATE ISO="20170707">7 ta’ Lulju 2017</DATE> dwar il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (SWD(2017) 350 finali), il-Kummissjoni hija obbligata li twettaq analiżi settorjali. Konsegwentement, din l-istituzzjoni ma għandhiex setgħa diskrezzjonali dwar il-kontenut ta’ valutazzjoni tal-impatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-valutazzjoni tal-impatt ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti. L-ispejjeż marbuta mal-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll l-effetti ekonomiċi għas-setturi kkonċernati ma kinux ġew debitament eżaminati jew kienu sottovalutati. Barra minn hekk, id-data użata sabiex jiġu evalwati l-effetti pożittivi tad-direttiva kkontestata ma hijiex affidabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-potenzjal għal tnaqqis tal-emissjonijiet u l-ispejjeż tal-miżuri meħtieġa fis-setturi tal-produzzjoni agrikola, tat-trasport individwali u tal-produzzjoni tal-elettriku. L-istess japplika fir-rigward tal-modernizzazzjoni tat-tisħin domestiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt hija wisq ġenerali, peress li din teżamina flimkien l-effetti li jirriżultaw mill-atti kollha adottati fil-kuntest tal-pakkett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Arja Nadifa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jiġifieri d-direttiva kkontestata, id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="313" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 313, p. 1</REF.DOC.OJ>), u d-Deċiżjoni 2017/1757. Hija lanqas ma tqis is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa impossibbli li tingħata stima tal-ispejjeż relatati mal-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata fil-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, matul il-proċedura leġiżlattiva, il-Parlament u l-Kunsill bidlu elementi sostanzjali tal-proposta għal direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata ta’ tnaqqis tal-partiċelli fini fil-Polonja. Għalhekk, f’konformità mal-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-valutazzjoni tal-impatt kellha tiġi aġġornata. Peress li dan tfassal matul l-2013, l-aġġornament tagħha kien meħtieġ ukoll sabiex jiġi vverifikat jekk din kinitx għadha valida għas-sena 2016.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-implimentazzjoni tal-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet tista’ teżiġi bidla fl-istruttura stess tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri. Id-direttiva kkontestata kellha, f’dan il-każ, tiġi adottata b’mod unanimu fuq il-bażi tal-Artikolu 192(2) TFUE, li jipprevedi tali kworum ta’ vot meta miżuri jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn differenti sorsi ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ enerġija tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li dan it-tielet motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn tat-tielet motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, essenzjalment, in-natura irregolari tal-proċedura ta’ adozzjoni tad-direttiva kkontestata, minħabba nuqqasijiet li jaffettwaw il-valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-konsegwenzi tal-miżuri previsti fuq l-ekonomija tal-Istati Membri, b’mod partikolari fuq ir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, kif isostni ġustament il-Parlament, il-forma li fiha d-data bażika ikkunsidrati mil-leġiżlatur tal-Unjoni hija elenkata hija irrilevanti. Il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jqis mhux biss il-valutazzjoni tal-impatt, iżda wkoll kull att sors ta’ informazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Afton Chemical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:419">EU:C:2010:419</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pillbox 38</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:324">EU:C:2016:324</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex tiġi adottata d-direttiva kkontestata, il-leġiżlatur tal-Unjoni bbaża ruħu fuq il-valutazzjoni tal-impatt, fuq id-data li tinsab fis-sistema GAINS, fuq ir-rapporti TSAP kif ukoll fuq analiżi tas-sensittività, li sommarju tagħha jidher fid-Dokument tal-Kunsill Nru 11265/16, tal-<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, qabelxejn, il-valutazzjoni tal-impatt, kif jindikaw il-Kunsill u l-Kummissjoni, din fiha l-ispejjeż relatati mal-osservanza tal-impenji ta’ kull wieħed mill-Istati Membri u għal kull għażla prevista, espressi f’miljuni ta’ euro u bħala perċentwali tal-prodott domestiku gross (PDG). L-ispejjeż relatati mal-osservanza tal-impenji huma wkoll ippreżentati għal kull settur tal-ekonomija fuq il-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-valutazzjoni tal-impatt teżamina ħames għażliet li jvarjaw minn xulxin minħabba l-livell ta’ tnaqqis previst. Għal kull waħda mill-għażliet, hija tipprovdi, abbażi tal-istimi u tal-previżjonijiet, evalwazzjoni tal-investimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll tal-benefiċċji diretti u oħrajn li jirriżultaw minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda s-sistema GAINS, kif josserva l-Kunsill, din is-sistema tippermetti l-istudju tal-istrateġiji ta’ kontroll tal-emissjonijiet b’mod kosteffettiv, billi tirriproduċi kemm jista’ jkun l-emissjonijiet storiċi u billi tistabbilixxi, fuq din il-bażi, projezzjonijiet dwar l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja għal kull pajjiż. Id-data użata għal dan il-għan hija d-data miksuba minn statistika internazzjonali tal-enerġija u tal-industrija kif ukoll tal-inventarji ta’ emissjonijiet u d-data<?PAGE NO="10"?> pprovduta mill-pajjiżi kkonċernati stess. Il-metodu ta’ tħaddim tas-sistema GAINS jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri tad-data kollha li tippermettilhom jippreżentaw provi insostenn tas-suppożizzjonijiet alternattivi ppreżentati għal eżami. Ir-referenzi għall-qafas aġġornat jinsabu fil-valutazzjoni tal-impatt. Id-data ddettaljata dwar il-parametri użati għal kull settur tad-diversi Stati Membri ġiet ippubblikata fuq is-sit internet GAINS sabiex dawn l-Istati jkunu jistgħu jidentifikaw is-suppożizzjonijiet konkreti maħruġa f’dak li jikkonċerna s-sitwazzjoni partikolari tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, ġustament, tispeċifika f’dan ir-rigward, li s-sistema GAINS tipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar kull settur tal-attività ekonomika ta’ kull Stat Membru fir-rigward tal-emissjonijiet prodotti, il-potenzjal għal tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet u l-ispejjeż relatati ma’ tali tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif jenfasizza l-Parlament, din id-data ġiet eżaminata f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet u mal-esperti nazzjonali. Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li l-Istati Membri kellhom aċċess għas-sistema GAINS u għar-rapporti tat-TSAP imħejjija mill-IIASA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Jirriżulta, barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, sostnuti mill-Kummissjoni, li l-IIASA aġġorna l-kalkoli tiegħu wara l-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt u adotta, f’dan il-kuntest, ir-rapporti TSAP 11 sa 16b. Sabiex jiġu eliminati ċertu numru ta’ differenzi kkonstatati bejn is-suppożizzjonijiet nazzjonali u dawk tal-IIASA, huwa ppubblika r-rapporti TSAP 13 u 14 u kkalkola mill-ġdid l-impenji għal tnaqqis tal-emissjonijiet fir-rapport TSAP 16. Fir-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tammetti, barra min hekk, li l-eżami tad-differenzi bejn l-istimi mwettqa minn diversi Stati Membri u l-istimi mwettqa mill-IIASA kien is-suġġett ta’ pubblikazzjoni f’diversi rapporti TSAP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirrileva l-Kunsill, sostnut mill-Kummissjoni, l-Istati Membri kellhom ukoll il-possibbiltà li jippreżentaw il-pożizzjonijiet tagħhom dwar id-differenzi bejn l-istimi tal-ispejjeż tagħhom u dawk imwettqa minn IIASA fil-qafas tad-diskussjonijiet bilaterali li saru mill-Presidenza tal-Kunsill. L-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet huwa s-suġġett tar-rapport TSAP 16, li ma huwiex ikkontestat mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, analiżi tas-sensittività saret sabiex tiġi ddeterminata definittivament il-portata tal-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perijodu inkluż bejn is-sena 2020 u s-sena 2029 u mis-sena 2030 ’il quddiem, kif jidhru fl-Anness II tad-direttiva kkontestata. Kif ġie indikat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, id-dokument tal-Kunsill Nru 11265/16 tal-<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, jinkludi sunt ta’ din l-analiżi. Verżjoni sħiħa tagħha ġiet trażmessa lill-awtoritajiet Pollakki fit-<DATE ISO="20160513">13 ta’ Mejju 2016</DATE>, kif tirrileva l-Kummissjoni. Fil-kuntest ta’ din l-analiżi tas-sensittività, ġie vverifikat jekk l-użu tal-istimi proprji tal-Istati Membri relatati ma’ ċerti suppożizzjonijiet affettwa l-vijabbiltà tal-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet proposti fir-rapport TSAP 16.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-Repubblika tal-Polonja ma għandhiex raġun issostni li d-data meqjusa mil-leġiżlatur tal-Unjoni għall-adozzjoni tad-direttiva kkontestata ma kinitx kompluta fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tar-Repubblika tal-Polonja, peress li din id-data ġiet stabbilita mill-IIASA flimkien mar-rappreżentanti ta’ dan l-Istat Membru u, b’mod partikolari, fuq il-bażi ta’ data pprovduta minn dawn tal-aħħar. Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-dokument tal-Kunsill Nru 11265/16 tal‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE> (paġni 66 u 67), ir-Repubblika tal-Polonja ma bagħtitx id-data kollha meħtieġa relatata ma’ ċerti sustanzi li jniġġsu msemmija mid-direttiva kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet u, b’mod partikolari, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien ibbaża ruħu ukoll fuq informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tiegħu, l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja li huma intiżi sabiex jistabbilixxu li l-valutazzjoni tal-impatt kienet impreċiża, insuffiċjenti u ġenerali wisq ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-Parlament u l-Kunsill bidlu elementi sostanzjali tal-proposta għal direttiva u kellhom, minħabba dan il-fatt, iwettqu aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma tinkludi, fi kwalunkwe każ, l-ebda obbligu vinkolanti għall-istituzzjonijiet ikkonċernati. Hija tipprevedi biss il-possibbiltà għal twettiq ta’ tali aġġornament jekk il-Parlament u l-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[i]qisu li dan ikun xieraq u meħtieġ għall-proċess leġislattiv<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax tikkritika lill-Parlament u lill-Kunsill li bbażaw l-adozzjoni tad-direttiva kkontestata fuq data li ma kinitx aġġornata. Fil-fatt, il-proċess deċiżjonali kien dejjem akkumpanjat minn aġġornamenti tad-data disponibbli kif juru, b’mod partikolari, ir-rapporti TSAP u l-analiżi tas-sensittività msemmija fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill qiesu, matul il-proċedura leġiżlattiva, id-data xjentifika u l-informazzjoni disponibbli sabiex effettivament jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-allegazzjonijiet tar-Repubblika tal-Polonja li d-direttiva kkontestata kellha tiġi adottata mhux abbażi tal-paragrafu 1, iżda tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 192 TFUE, dawn għandhom jiġu miċħuda fil-kuntest ta’ dan il-motiv bħala ineffettivi. Fil-fatt, permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja tipprova turi biss in-natura lakunarja tal-valutazzjoni tal-impatt mingħajr ma tikkontesta l-għażla tal-bażi legali tad-direttiva kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni motiv</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Parlament u l-Kunsill kisru l-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ trasparenza u ta’ ftuħ kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn naħa, in-negozjati dwar l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kienu diskriminatorji u mhux trasparenti u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Polonja ġiet miċħuda mill-garanziji proċedurali, bħall-possibbiltà li tivverifika s-suppożizzjonijiet sottostanti għal dawn l-impenji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Jirriżulta mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920624">24 ta’ Ġunju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:272">EU:C:1992:272</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, jista’ jkun il-bażi awtonoma ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160614">14 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑263/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:435">EU:C:2016:435</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-ksur ta’ dan il-prinċipju għandu jippermetti l-annullament ta’ att tad-dritt tal-Unjoni, anki fl-assenza ta’ ksur tal-proċedura leġiżlattiva prevista mit-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mill-Ungerija u mir-Rumanija, tikkunsidra li, għall-osservanza bis-sħiħ tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ att tad-dritt tal-Unjoni, il-Kunsill għandu jgħaddi, fl-istadju tax-xogħol preparatorju, l-informazzjoni li tippermetti li jinftiehmu l-effetti ta’ tali att lill-Istati Membri kollha. Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tikkorrobora din l-interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ trasparenza u ta’ ftuħ kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni japplikaw għall-proċess leġiżlattiv u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu, li jirriżulta mill-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tindika li hija esprimiet matul il-proċedura kollha li wasslet għall-adozzjoni tad-direttiva kkontestata riżervi dwar l-iżvolġiment tan-negozjati. Hija talbet ukoll informazzjoni addizzjonali, minħabba li s-suppożizzjonijiet u d-data li ntużaw sabiex jiġu stabbiliti l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kienu, parzjalment, mhux magħrufa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, ċerta informazzjoni essenzjali ma hija inkluża la fis-sistema GAINS u lanqas fil-pubblikazzjonijiet tal-IIASA. B’mod partikolari, ir-Repubblika tal-Polonja ma setgħetx tivverifika ċerti suppożizzjonijiet dwar it-tqassim, settur b’settur, tas-sorsi ta’ tniġġis atmosferiku, is-suppożizzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-Istati Membri u l-previżjonijiet relattivi għall-emissjonijiet sal-2030. Il-modalitajiet li abbażi tagħhom l-għan ġenerali fil-qasam tas-saħħa ġie kkonvertit f’impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-mod kif dawn l-impenji ġew stabbiliti għal kull Stat Membru ma ġewx żvelati. Ir-Repubblika tal-Polonja talbet, mingħajr suċċess, deskrizzjoni ta’ kull subkategorija ta’ sorsi ta’ emissjonijiet eżaminati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ aċċess għal kull waħda mis-suppożizzjonijiet użati, għall-għodod ta’ mmudellar, għall-programmazzjoni u għall-parametri, is-sistema GAINS ma tistax tindirizza dawn il-lakuni. L-istess japplika għall-mudell imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Primjums<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, użat mill-Kummissjoni sabiex tiġġenera d-data ta’ dħul fis-sistema GAINS. Fir-rigward tad-dokument tal-Kunsill Nru 11265/16 tal‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, dan lanqas ma jinkludi l-informazzjoni neċessarja, iżda biss deskrizzjoni qasira tal-metodoloġija użata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija ssostni li d-dokument tal-Kunsill Nru 11265/16 tal‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, ma jinkludix l-informazzjoni teknika kollha li tiġġustifika l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet imposti fuq ir-Repubblika tal-Polonja. Barra minn hekk, dan id-dokument ġie ppreżentat lill-Kunsill tard, jiġifieri wara l-votazzjoni fid‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, dwar il-proposta għal direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-Repubblika tal-Polonja, ċerti suppożizzjonijiet bażiċi huma żbaljati, b’mod partikolari dawk relatati mar-ritmu tas-sostituzzjoni tal-vetturi mgħammra b’magni ta’ kombustjoni u l-emissjonijiet tal-ammonja fl-agrikoltura. Il-Kummissjoni ma aġġustatx dawn l-iżbalji, kif kien madankollu ntalab mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li, minkejja l-ilmenti tagħha, il-problemi li hija identifikat ma ġewx ikkunsidrati mill-Kunsill li kiser għalhekk id-dritt tagħha li tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċedura leġiżlattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jinvolvi d-dritt għal smigħ, li jippermetti lil parti kkonċernata minn att li jikkawżalha preġudizzju li tesprimi b’mod utli l-perspettiva tagħha. Dan id-dritt inkiser, peress li r-Repubblika tal-Polonja ma setgħetx tkun taf l-effetti soċjoekonomiċi tal-impenji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet imposti fuq l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jeżiġi, barra minn hekk, kooperazzjoni in <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri li għandhom jiftiehmu fuq is-soluzzjonijiet previsti u d-data meħuda inkunsiderazzjoni għal dan il-għan. L-istituzzjonijiet kellhom jiddjalogaw mar-Repubblika tal-Polonja u jimmotivaw ir-rifjut tal-oġġezzjonijiet ifformulati minn dan l-Istat Membru. Is-sempliċi riferiment għall-mudelli analitiċi tas-sistema GAINS jew għal dokumenti oħra tal-IIASA, aċċessibbli għall-Istati Membri kollha, ma huwiex suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Rumanija ssostni li l-prinċipju ta’ trasparenza huwa stabbilit fl-Artikolu 19(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal‑1 ta’ Dicembru 2009 li temenda [li tadotta] r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="325" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 325, p. 35</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 55, p. 83</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 175, p. 38</REF.DOC.OJ> u<?PAGE NO="13"?> fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 44, p. 8</REF.DOC.OJ>) iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>regolament intern tal-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). Il-portata ta’ dan il-prinċipju hija kkonkretizzata fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Anness V tiegħu, li jipprevedi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Presidenza għandha tinforma lid-delegazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun meta l-proċedimenti tal-Coreper ikunu qed jitħejjew dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tippermetti tħejjija ddettaljata tal-proċedimenti tal-Coreper<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-terminu bejn il-komunikazzjoni, fit‑<DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE>, tal-proposta l-ġdida ta’ abbozzar tal-Anness II tad-direttiva kkontestata u l-approvazzjoni ta’ din il-proposta fil-Coreper, fid‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, sabiex jiġi konkluż ftehim mal-Parlament, ma ppermettiex preparazzjoni bir-reqqa. Barra minn hekk, il-metodoloġija ta’ kalkolu tal-impenji nazzjonali ġiet ikkomunikata biss lill-Istati Membri fit‑<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex invalidata mill-fatt li d-direttiva kkontestata ġiet adottata biss fit‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE> wara votazzjoni tal-Kunsill, peress li, wara l-votazzjoni tad‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, l-Istati Membri kienu, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, miċħuda mill-possibbiltà li jesprimu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Rumanija tqis li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Anness II tar-regolament intern tal-Kunsill, li jipprevedi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), ma ġewx osservati fil-kuntest tal-ipproċessar tat-talbiet għal informazzjoni fformulati mir-Repubblika tal-Polonja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jikkunsidraw li dawn il-motivi għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Mill-argument riprodott, b’mod partikolari, essenzjalment, fil-punti 51, 52 u 58 sa 60 ta’ din is-sentenza jirriżulta, li, bl-invokazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, tad-dritt għal smigħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ir-Repubblika tal-Polonja trid biss turi l-obbligi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom josservaw matul il-proċess leġiżlattiv, taħt il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali. Għaldaqstant, l-argumenti mressqa minn dan l-Istat Membru insostenn tal-ewwel u tat-tieni motiv tiegħu għandhom jiġu evalwati biss fid-dawl ta’ dan l-aħħar prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(3) TUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvolġiment tal-proċess deċiżjonali li wassal għall-adozzjoni tad-direttiva kkontestata, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk il-Parlament u l-Kunsill naqsux milli jwettqu d-dmir tagħhom ta’ kooperazzjoni leali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punt 14 ta’ din is-sentenza, fi ħdan il-Kunsill, il-proposta għal direttiva u l-valutazzjoni tal-impatt kienu s-suġġett ta’ diskussjonijiet matul erbgħa u għoxrin laqgħa fil-livell tal-Grupp ta’ Ħidma, tlettax-il laqgħa tal-Coreper u erba’ laqgħat fil-livell tal-Ministri bejn is-sena 2014 u s-sena 2016. Barra minn hekk, il-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill organizzaw laqgħat bilaterali informali mal-Istati Membri kollha, parzjalment bl-appoġġ tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minbarra dan kif jirriżulta mill-punti 32 sa 41 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika tal-Polonja kellha, matul il-proċess leġiżlattiv, aċċess għad-dokumenti kollha li fuqhom ibbaża ruħu l-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jadotta d-direttiva kkontestata u setgħet tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tad-data li tinsab f’dawn id-dokumenti u tas-suppożizzjonijiet miżmuma.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-allegazzjoni tar-Rumanija li d-dokument tal-Kunsill Nru 11265/16 tal‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, kien ġie ppreżentat tard lir-Repubblika tal-Polonja. Fil-fatt, dan id-dokument kien disponibbli diversi xhur qabel l-adozzjoni mill-Kunsill, fit‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, tad-direttiva kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, barra minn hekk, li l-informazzjoni li kellhom il-leġiżlatur tal-Unjoni u l-Istati Membri matul il-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni tad-direttiva kkontestata kienet insuffiċjenti sabiex jinftiehmu l-effetti kollha ta’ din id-direttiva, saħansitra, parzjalment, żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, fl-oqsma fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa, il-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika biss jekk l-awturi tal-att ikkontestat huma f’pożizzjoni li jistabbilixxu li dan l-att ġie adottat permezz ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom u li jesponu, għal dan il-għan, b’mod ċar u inekwivoku, id-data bażika li ttieħdet inkunsiderazzjoni bħala bażi tal-miżuri kkontestati ta’ dan l-att u li fuqha kien jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:483">EU:C:2018:483</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0151">151</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0153">153</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, mill-punt 45 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni effettivament issodisfa dan l-obbligu bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħafna data kollha disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ kooperazzjoni leali ma jistax ikollu portata iktar wiesgħa, fis-sens li għandu l-effett li jobbliga, fiċ-ċirkustanzi kollha, lil-leġiżlatur tal-Unjoni jipproduċi, fuq talba ta’ Stat Membru, dokumenti u informazzjoni allegatament neqsin jew iwettaq korrezzjoni tal-informazzjoni li għandu qabel ma jkun jista’ jwettaq l-adozzjoni ta’ att. Fil-fatt, hemm ir-riskju li tali interpretazzjoni tipprekludi lill-istituzzjonijiet milli jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom u timblokka l-proċess leġiżlattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Huwa, ċertament, minnu li d-dmir ta’ kooperazzjoni leali jinvolvi l-obbligu ta’ assistenza reċiproka li jimplika, b’mod partikolari, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv. Madankollu, dan l-obbligu ma jistax jippermetti lil wieħed minn dawn l-Istati, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar in-natura suffiċjenti, rilevanti jew preċiża tad-data disponibbli, jikkontesta għal din ir-raġuni biss il-legalità tal-proċess deċiżjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Jirriżulta f’dan ir-rigward mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat FUE, minkejja l-oppożizzjoni ta’ minoranza ta’ Stati Membri, ma tistax tikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali impost fuq il-Parlament u l-Kunsill (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921013">13 ta’ Ottubru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall u Spanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/90 u C‑67/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:381">EU:C:1992:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il-Portugall vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑149/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑600/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:935">EU:C:2017:935</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tippermettix li din il-konstatazzjoni tiġi kkontestata, peress li, fil-punt 107 tagħha, invokat mir-Repubblika tal-Polonja, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat biss il-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, il-proċess deċiżjonali li wassal għall-adozzjoni tal-att ikkontestat fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienx twettaq bil-ħeffa meħtieġa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Rumanija, riprodott, essenzjalment, fil-punti 61 sa 63 ta’ din is-sentenza, li l-proċedura leġiżlattiva ma twettqitx skont ir-regolament intern tal-Kunsill minħabba l-komunikazzjoni tardiva ta’ ċerta informazzjoni u ta’ ċerti dokumenti, għandu jiġi rrilevat li, permezz tal-ewwel u t-tieni motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li hija ma kellhiex l-informazzjoni meħtieġa sabiex tipparteċipa b’mod utli fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tad-direttiva kkontestata. Għall-kuntrarju, hija ma tallega la li r-regolament intern tal-Kunsill inkiser u lanqas li informazzjoni jew dokumenti ntbagħtulha tard.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, parti li hija ammessa bħala intervenjenti f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tbiddel is-suġġett tal-kawża kif iċċirkoskritt mit-talbiet u mill-motivi tal-partijiet prinċipali. Minn dan isegwi li huma ammissibbli biss l-argumenti ta’ intervenjent li jaqgħu taħt il-kuntest iddefinit minn dawn it-talbiet u motivi (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2258">EU:C:2014:2258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-argument tar-Rumanija għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-argument tar-Rumanija bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li r-Repubblika tal-Polonja ma ssostnix li hija bagħtet lill-Kunsill talba għal aċċess għal dokumenti, skont ir-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas li l-Parlament u l-Kunsill kisru dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-ewwel u t-tieni motiv tar-Repubblika tal-Polonja għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu osservati l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet previsti mid-direttiva kkontestata jistgħu jwasslu, għaliha, għal effetti negattivi għal ċerti setturi u għal spejjeż soċjoekonomiċi partikolarment onerużi. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax dan inkunsiderazzjoni u, għaldaqstant wettaq żball manifest meta adotta d-direttiva kkontestata, li jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Hija tqis li l-istħarriġ, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tal-proporzjonalità ta’ miżura ma huwiex limitat għall-iżbalji manifesti, iżda jinkludi l-ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti u l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-miżuri kkontestati, il-ħtieġa tagħhom u l-kapaċità tal-Istati Membri sabiex jimplimentawhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina ukoll l-eżistenza ta’ soluzzjonijiet inqas vinkolanti, ir-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-għan li għandu jintlaħaq kif ukoll l-għażliet li jippermettu t-tnaqqis tal-piż tal-operaturi ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan l-eżami, il-verżjoni rriveduta tal-Protokoll ta’ Göteborg, imsemmija fil-premessi tad-direttiva kkontestata, ma tistax isservi bħala bażi ta’ referenza. Hija ma ġietx irratifikata mill-Istati Membri kollha u ma taqax fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata, ir-Repubblika tal-Polonja tikkunsidra li dawn jammontaw, f’dak li jirrigwardaha, għal madwar Eur 557 miljun kull sena, minbarra l-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/50. Dawn l-ispejjeż u l-effetti negattivi li jirriżultaw mill-impenji nazzjonali għal tnaqqis tal-emissjonijiet għas-setturi industrijali u mhux industrijali, jiġifieri t-trasport, l-agrikoltura u s-settur urban domestiku, huma ferm ogħla mill-benefiċċji li jirriżultaw minn dawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fis-settur tal-agrikoltura, iktar minn żewġ terzi tal-azjendi agrikoli huma żgħar u jistgħu jiġu eżentati mill-miżuri intiżi għat-tnaqqis tal-emissjonijet tal-ammonja, skont il-punt C tal-Parti 2 tal-Anness III tad-direttiva kkontestata. Għaldaqstant, terz tal-azjendi agrikoli nazzjonali jkollhom ikopru l-piż kollu ta’ dawn il-miżuri. Fis-settur tat-trasport, il-flotta tal-karozzi Pollakka hija, fil-parti l-kbira, ikkostitwita minn vetturi li għandhom iktar minn għaxar snin. Is-sostituzzjoni tagħhom tiġġenera spejjeż stmati bejn EUR 1.3 u EUR 3.9 biljun, mingħajr ma l-livell meħtieġ tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jintlaħaq<?PAGE NO="16"?> permezz ta’ din il-miżura. L-ispejjeż marbuta mas-sostituzzjoni tat-tagħmir ta’ tisħin domestiku jammontaw għal madwar EUR 12.7 biljun għall-pajjiż kollu. Barra minn hekk, l-abbandun tal-faħam, li huwa s-sors ta’ enerġija l-inqas għalja, iżid b’mod sinjifikattiv il-prezz tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-istruttura ta’ dawn is-setturi, it-tnaqqis tal-emissjonijiet skont id-direttiva kkontestata jolqot l-iktar lill-persuni bi dħul baxx. Ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax timponi dan il-piż fuq persuni oħra. B’mod partikolari, il-prinċipji ta’ min iniġġeż iħallas u ta’ ugwaljanza fit-trattament jipprekludu t-trasferiment tar-responsabbiltà għall-azjendi agrikoli kbar. Għalhekk, il-kompetittività tal-azjendi agrikoli żgħar tkun mhedda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tqis li l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kif ukoll l-impożizzjoni ta’ terminu qasir għall-finijiet tal-implimentazzjoni tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni. L-istess japplika f’dak li jikkonċerna l-obbligu, għall-Istati Membri, li jistabbilixxu, sa mis-sena 2025, livell indikattiv ta’ emissjonijiet permezz ta’ perkors ta’ tnaqqis lineari, stabbilit skont impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, minn naħa, għas-sena 2020 u, min-naħa l-oħra, għas-sena 2030. Mekkaniżmu ta’ twettiq gradwali tal-impenji bejn is-sena 2030 u s-sena 2035 kien ikun prevedibbli u kien ikun ippermetta t-tqassim tal-ispejjeż tul iż-żmien. Dawn l-ispejjeż jistgħu, ukoll, ikunu inqas sinjifikattivi peress li l-prezz tat-teknoloġiji jista’ jonqos maż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-natura vinkolanti tal-aġenda prevista mid-direttiva kkontestata tmur kontra l-Artikolu 288 TFUE, li abbażi tiegħu direttiva tħalli f’idejn l-Istati Membri l-għażla tal-forma u tal-metodi għall-implimentazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà previst fl-Artikolu 5(3) tad-direttiva kkontestata ma jnaqqasx il-portata tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu huma wisq restrittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-eżami tal-proporzjonalità tad-direttiva kkontestata turi, barra minn hekk, li r-Repubblika tal-Polonja jkollha terfa’ piż ikbar mill-Istati Membri l-oħra. F’dak li jirrigwarda t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonja, l-għan stabbilit mir-Repubblika tal-Polonja huwa tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet bi 17 %, filwaqt li, bħala medja, fil-livell tal-Unjoni, dan huwa madwar 13 %. F’dak li jirrigwarda l-partiċelli fini (PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>), ir-Repubblika tal-Polonja għandha tilħaq tnaqqis ta’ 58 % meta mqabbel mal-medja ta’ 27 %. Ċertament, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-Polonja huwa għoli. Madankollu, dan ma jistax jiġġustifika obbligi sproporzjonati fuq dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jikkunsidraw li dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jitwettqu l-għanijiet leġittimi li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet, filwaqt li meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva, u li l-inkonvenjenzi li jinħolqu ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet previsti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160504">4 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑358/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:323">EU:C:2016:323</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Is-Slovakkja vs L-Ungerija u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑643/15 u C‑647/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:631">EU:C:2017:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0206">206</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-osservanza ta’ dan il-prinċipju, f’kuntest tekniku kumpless u ta’ natura evoluttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni jiddisponi minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi fattwali ta’ natura xjentifika u teknika kumplessa ħafna sabiex jiġu<?PAGE NO="17"?> stabbiliti n-natura u l-portata tal-miżuri li jadotta, filwaqt li l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni għandu jkun limitat għal eżami tal-kwistjoni jekk l-eżerċizzju ta’ tali setgħa huwiex ivvizzjat minn żball manifest jew minn użu ħażin ta’ poter jew jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni eċċediex b’mod manifest il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu. F’kuntest bħal dan, il-qorti tal-Unjoni ma tistax fil-fatt tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-elementi fattwali ta’ natura xjentifika u teknika ma’ dik tal-leġiżlatur tal-Unjoni li lilu t-trattat ta dan il-kompitu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, Chemical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:483">EU:C:2018:483</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0150">150</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, għandu jiġi ddeterminat jekk, bl-adozzjoni tal-miżuri msemmija mid-direttiva kkontestata, il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaqx żball manifest u jekk l-iżvantaġġi li jirriżultaw għal ċerti atturi ekonomiċi ma jkunux jibbilanċjaw mal-benefiċċji li din ikollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, Chemical</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:483">EU:C:2018:483</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0170">170</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 1 tad-direttiva kkontestata, minkejja l-progress li diġà sar fl-Unjoni fil-qasam ta’ emissjonijiet antropoġeniċi fl-arja u ta’ kwalità tal-arja, jeżistu effetti negattivi u riskji kunsiderevoli f’termini ta’ saħħa tal-bniedem u ta’ ambjent. Skont il-premessa 8 tagħha, l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva mill-Istati Membri għandha wkoll tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għanijiet ta’ kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għal progress sabiex jitlaħaq l-għan fit-tul tal-Unjoni li jikkonsisti f’li jintlaħqu livelli ta’ kwalità tal-arja konformi mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tagħha, u l-Artikolu 4 tagħha, din id-direttiva tipprevedi diversi miżuri li jippermettu li jinkiseb progress lejn livelli ta’ kwalità tal-arja li ma jwasslux għal impatt negattiv sinjifikattiv jew għal riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u, b’mod partikolari, it-tnaqqis tal-emissjonijiet f’żewġ stadji għall-perijodu bejn is-sena 2020 u s-sena 2029 u mis-sena 2030 ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Mill-premessa 7 tad-direttiva kkontestata jirriżulta li l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perijodu bejn is-sena 2020 u s-sena 2029, li jinsabu fl-Anness II tagħha, għandhom jippermettu lill-Unjoni tikkonforma ruħha mal-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Fil-fatt, dawn l-impenji huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-verżjoni rriveduta tal-Protokoll ta’ Göteborg li, kif ġie rrilevat fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, ġiet approvata f’isem l-Unjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2017/1757.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perijodu inkluż bejn is-sena 2020 u s-sena 2029 ikunu jistgħu jintlaħqu jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ta’ kwalità tal-arja fis-seħħ fl-2012 tkun implimentata b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Kif tindika l-premessa 14 tad-direttiva kkontestata, l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li hija tipprevedi sas-sena 2030 huma bbażati, b’mod partikolari, fuq l-istima tal-potenzjal ta’ tnaqqis stmat ta’ kull Stat Membru, fuq l-eżami tekniku tad-differenzi bejn l-istimi nazzjonali u dawk li jinsabu fit-TSAP 16, kif ukoll fuq l-għan politiku li jikkonsisti f’li jinżamm sas-sena 2030 it-tnaqqis totali tal-impatti fuq is-saħħa meta mqabbel mas-sena 2005 għal livell kemm jista’ jkun qrib għal dak li jinsab fil-proposta għal direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Sabiex dan l-aħħar għan ikun jista’ jintlaħaq, l-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-premessa 13 tagħha, jipprevedi mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat progress konkret għall-ksib tal-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet applikabbli mill‑2030 ’il quddiem. Din id-dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri sabiex l-emissjonijiet nazzjonali prodotti fl-2025 ikunu jikkorrispondu għal livell li jirriżulta minn perkors ta’ tnaqqis lineari bejn l-impenji għas-sena 2020 u dawk għas-sena 2030. B’dan il-mod, id-direttiva kkontestata tiffavorixxi tnaqqis tal-emissjonijiet gradwali u kontinwu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ma jidhirx li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq żball manifest bil-previżjoni, għall-Istati Membri, li tal-inqas jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta’ dijossidu tal-kubrit, ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ta’ ammonja, u ta’ partiċelli fini skont l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet applikabbli għall-perijodu bejn is-sena 2020 u s-sena 2029 u mis-sena 2030 ’il quddiem, imsemmija fl-Anness II tad-direttiva kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi invalidata mill-argument tar-Repubblika tal-Polonja, li l-konsegwenzi negattivi li jirriżultaw għaliha mill-osservanza ta’ dawn l-impenji fis-setturi tal-agrikoltura u tat-trasport kif ukoll fl-unitajiet domestiċi bi dħul baxx huma sproporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat, bħall-Parlament u l-Kunsill, li la t-tqassim tal-ispejjeż relatati mat-twettiq tal-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas is-sors tal-finanzjament tagħhom ma ġie stabbilit mid-direttiva kkontestata, kif jirriżulta mill-premessa 19 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru meta l-att tal-Unjoni kkonċernat għandu konsegwenzi fl-Istati Membri kollha u jippreżupponi li bilanċ bejn l-interessi differenti kontrapposti, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija minn dan l-att, huwa żgurat. Għaldaqstant, it-tfittxija għal tali bilanċ, li tieħu inkunsiderazzjoni mhux is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed, iżda dik tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, ma tistax titqies li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180621">21 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑5/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:483">EU:C:2018:483</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0167">167</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta diġà mill-punti 32 sa 40 ta’ din is-sentenza, il-Parlament u l-Kunsill ma naqsux milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata, fir-rigward b’mod partikolari tar-Repubblika tal-Polonja. Huwa, għall-kuntrarju, fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha li kellhom dawn l-istituzzjonijiet li huma qiesu li l-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva kienu sostanzjalment inqas mill-benefiċċji soċjoekonomiċi li jirriżultaw minnha. Dawn il-benefiċċji jinkludu, pereżempju, it-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ kura tas-saħħa, it-titjib tal-produttività, it-tnaqqis ta’ ħsara lill-bini, ħsad iktar abbundanti u ż-żieda fin-numru ta’ snin ta’ ħajja b’saħħitha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Jirriżulta, barra minn hekk, mill-premessi 9 u 10 ta’ din l-istess direttiva li din tipprova tikseb it-twettiq, b’mod kosteffettiv, tal-għanijiet ta’ kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u din tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja relatati mas-saħħa fl-Unjoni billi ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, il-valutazzjoni tal-impatt indikat l-ispejjeż u l-benefiċċji rispettivi marbuta ma’ ħames għażliet strateġiċi. Kif jikkonferma l-Kunsill, ġiet adottata l-għażla msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>6C<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Anness 7 tal-valutazzjoni tal-impatt li din l-għażla kienet, f’termini ta’ spejjeż u benefiċċji, dik li l-implimentazzjoni tagħha setgħet tiġġenera l-ogħla benefiċċju nett. Kif tosserva l-Kummissjoni, l-għażla 6C kienet tipprevedi l-istabbilment tal-impenn globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sena 2025 sa livell ta’ 75 % tat-tnaqqis tad-distakk (gap closure) meta mqabbel mal-linji gwida tal-WHO dwar l-effett tal-partiċelli fini (PM<HT TYPE="SUB">2,5</HT>) fuq is-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Kif tirrileva l-Kummissjoni, barra minn hekk, il-proposta għal direttiva kienet tinkludi tnaqqis tad-distakk inqas ambizzjuż b’67 % fuq perijodu itwal, jiġifieri sas-sena 2030, li kien stmat li seta’ jnaqqas, minn naħa, il-piż tal-ispejjeż b’40 % għaż-żewġ setturi l-iktar ikkonċernati, jiġifieri dawk tal-agrikoltura u tar-raffinar, u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż kollha marbuta mat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja b’25 % meta mqabbla mal-ispejjeż ippreżentati fil-valutazzjoni tal-impatt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Matul in-negozjati fil-Kunsill, il-livell globali tal-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tnaqqas iktar, fatt li r-Repubblika tal-Polonja ammettiet hija stess fir-rikors tagħha. Fil-fatt, kif ikkonfermat ukoll il-Kummissjoni, il-proposta għal direttiva kienet tipprevedi, sas-sena 2030, għan ġenerali ta’ tnaqqis tal-imwiet prematuri kkawżati mill-kwalità ħażina tal-arja fl-Ewropa għal 52 % meta mqabbel mal-ammont ta’ dan it-tip ta’ mewt ikkonstatat matul is-sena 2005. Matul in-negozjati fil-Kunsill, dan l-għan tnaqqas għal 49.6 %. Fuq din il-bażi, il-Parlament, fit‑<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, iddeċieda l-pożizzjoni tiegħu fuq il-proposta għal direttiva, li l-Kunsill irratifika fit‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Kapitolu 6 u mill-Anness 8 tal-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li t-tqassim tal-isforzi bejn l-Istati Membri ma huwiex manifestament żbilanċjat. Ċertament, fl-Isvezja, investiment li jikkorrispondi għal 0.003 % tal-PDG u, fil-Bulgarija, għal 0.168 % tal-PDB huwa previst sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-għażla 6C. Madankollu, din id-differenza tirrifletti, kemm id-differenti livelli ta’ PDG fl-Unjoni kif ukoll l-isforzi diġà mwettqa f’ċerti Stati Membri. Il-Kunsill jirrileva f’dan ir-rigward, ġustament, li r-rabta bejn il-livell storiku ta’ emissjonijiet u l-livelli tal-isforzi meħtieġa skont id-direttiva kkontestata hija konformi mal-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Mill-bqija, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li r-Repubblika tal-Polonja sempliċement tikkritika l-ispejjeż għoljin li jirriżultaw mill-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mingħajr ma tikkunsidra l-benefiċċji msemmija fil-punt 107 ta’ din is-sentenza. Hija la ma turi li dawn l-impenji jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ fid-dawl tal-għanijiet tad-direttiva kkontestata u lanqas ma tipprovdi elementi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li impenji inqas onerużi kienu wkoll jippermettu li dawn l-għanijiet jintlaħqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-kritika tar-Repubblika tal-Polonja dwar l-għażla tas-sena 2030 bħala data tal-bidu taż-żieda tal-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom jiġu miċħuda għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati fil-punt 113 ta’ din is-sentenza. B’mod partikolari, il-fatt li posponiment ta’ din id-data jippermetti t-tqassim tal-ispejjeż tul iż-żmien ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament twassal għal konsegwenzi sproporzjonati għal dan l-Istat Membru. Dan jgħodd ukoll għall-ipoteżi li l-prezz ta’ teknoloġiji li jippermettu t-tnaqqis tal-emissjonijiet previsti mid-direttiva kkontestata jista’ jonqos maż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Dawn l-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-allegazzjoni li l-obbligu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet skont perkors lineari, skont l-Artikolu 4(2) tad-direttiva kkontestata, jikkostitwixxi piż addizzjonali sproporzjonat fir-rigward tar-Repubblika tal-Polonja. Din tal-aħħar ma tipprovdi ebda element li jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq żball manifest bid-deċiżjoni li jintroduċi mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali tal-emissjonijiet mil-livell previst għas-sena 2020 sabiex jiġi żgurat progress konkret lejn il-livell previst għall-perijodu ta’ wara s-sena 2030.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument li dan l-obbligu ta’ tnaqqis gradwali jillimita l-marġni ta’ manuvra tal-Istati Membri b’mod eċċessiv, fid-dawl tan-natura ġuridika anki tad-direttivi, kif tirriżulta mill-Artikolu 288 TFUE, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li d-direttiva kkontestata tipprevedi, ċertament, obbligi vinkolanti, iżda tħalli lill-Istati Membri l-għażla tal-mezzi sabiex dawn jintlaħqu. Fi kwalunkwe każ, ir-raba’ motiv tar-Repubblika tal-Polonja jirrigwarda l-proporzjonalità tad-direttiva kkontestata, u mhux ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE dwar l-atti ġuridiċi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Sa fejn ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li d-direttiva kkontestata timponi fuqha piż ikbar minn dak impost fuq l-Istati Membri l-oħra, hija tfittex, fil-fatt, li turi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati li għandu jiġi eżaminat fil-kuntest tal-ħames motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati u ta’ żvilupp ibbilanċjat, peress li l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet previsti mid-direttiva kkontestata ġew stabbiliti mingħajr ma ttieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, l-avvanz teknoloġiku u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-impenji fid-diversi Stati Membri u reġjuni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) TUE u tal-Artikolu 191 TFUE, li jirrigwardaw, rispettivament, l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati u l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni, u tirreferi, f’dan ir-rigward, għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi-Tech</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Permezz tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għanijiet, il-prinċipji u l-kriterji previsti fl-Artikolu 191 TFUE għandhom jiġu kkunsidrati bħala li għandhom l-istess importanza u għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sa fejn possibbli. L-Artikoli 37 u 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) jeżiġu wkoll l-osservanza tal-prinċipju ta’ żvilupp ibbilanċjat fit-tfassil tal-politika ambjentali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Sabiex dawn l-obbligi jiġu osservati, ma huwiex suffiċjenti li tittieħed inkunsiderazzjoni data soċjoekonomika ta’ Stat Membru b’mod selettiv, lakunarju u simplifikat. Id-direttiva kkontestata lanqas ma twassal għal ibbilanċjar tal-interessi, jiġifieri bejn il-protezzjoni tal-ambjent, minn naħa, u l-iżvilupp ekonomiku tad-diversi reġjuni tal-Unjoni, min-naħa l-oħra. Għall-kuntrarju, hemm ir-riskju li din tnaqqas il-kompetittività, twassal għal tnaqqis fil-livell tal-għixien u li żżid il-faqar fil-Polonja, li jmur kontra l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-Polonja, l-ispejjeż għall-implimentazzjoni tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jammontaw għal madwar EUR 543 miljun fis-sena. Din l-istima hija qrib il-EUR 557 miljun fis-sena kkalkolati mill-IIASA matul is-sena 2015, li tikkorrispondi għal madwar kwart tal-ispejjeż totali tal-implimentazzjoni tal-impenji fl-Unjoni. Dan l-ammont għandu jiżdied mal-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/50. Għalkemm ir-Repubblika tal-Polonja ma tikkontestax il-ħtieġa ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija mid-direttiva kkontestata, hija tikkunsidra li l-implimentazzjoni tagħha twassal għal piż sproporzjonat fir-rigward tagħha, peress li l-ispejjeż relattivi jammontaw għal kważi EUR 15 kull xahar għal kull abitant fil-Polonja, filwaqt li, f’dak li jirrigwarda l-Istati Membri għonja, bħalma huma r-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, dawn l-ispejjeż jammontaw għal inqas minn EUR 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Dan il-piż sproporzjonat juri fil-fatt li l-metodoloġija li ppermettiet l-istabbiliment tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata. Il-livell storiku tal-emissjonijiet indikati minn din id-direttiva fil-Polonja ma jistax jiġġustifika l-ispejjeż sproporzjonati li huma, fi kwalunkwe każ, kuntrarji għall-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli. Ir-riferiment għal dan il-livell storiku jikser, barra minn hekk, it-titjib sinjifikattiv tal-kwalità tal-arja f’dan l-Istat Membru għal ħafna snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessi 9 u 13 tad-direttiva kkontestata jipprekludu l-impożizzjoni ta’ impenji li jwasslu għal spejjeż sproporzjonati. Il-punt 84 tad-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131120">20 ta’ Novembru 2013</DATE> dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="171" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 171</REF.DOC.OJ>), jikkonferma din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-effetti tat-tniġġis transkonfinali li jkun ġej minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari, peress li d-data rilevanti pprovduta mill-Ukraina u mir-Repubblika tal-Bjelorussja ma hijiex kompluta. Issa, it-tniġġis transkonfinali jista’ jxejjen l-isforzi magħmula mir-Repubblika tal-Polonja sabiex tirrispetta l-impenji tagħha taħt id-direttiva kkontestata, li jwassal għal inugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma’ pajjiżi terzi meta mqabbla mal-Istati Membri oħra u li jmur kontra l-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-ħames motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, fl-ewwel lok, essenzjalment, li l-ispejjeż għall-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata hija sostanzjalment ogħla fil-Polonja milli fi Stati Membri oħra. Din id-differenza hija sproporzjonata u tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati, previst fl-Artikolu 4(2) TUE, fl-Artikolu 191(3) TFUE kif ukoll fl-Artikolu 37 tal-Karta. Dawn l-aħħar żewġ dispożizzjonijiet jeżiġu, b’mod partikolari, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tar-reġjuni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 191(2) TFUE jipprovdi li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandha jkollha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjonijiet differenti fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Fl-istess sens, l-Artikolu 3(3) TUE jipprevedi li l-Unjoni taħdem b’mod partikolari għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Associazione Italia Nostra Onlus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:978">EU:C:2016:978</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 37 tal-Karta, dan jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[l]ivell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u t-titjib fil-kwalità ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati filpolitika ta’ l-Unjoni u għandhom jiġu żgurati skond il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(2) tal-Karta jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minn din tal-aħħar li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti fihom. Dan huwa l-każ tal-Artikolu 37 tal-Karta li huwa bbażat, essenzjalment, fuq l-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikoli 11 u 191 TFUE (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Associazione Italia Nostra Onlus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:978">EU:C:2016:978</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-kundizzjonijiet u tal-limiti li jirriżultaw mill-Artikolu 191 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għalkemm huwa paċifiku li l-Artikolu 191(2) TFUE jeżiġi li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent timmira lejn livell għoli ta’ protezzjoni, tali livell ta’ protezzjoni, sabiex ikun kompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni, ma għandux neċessarjament ikun teknikament l-ogħla possibbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Associazione Italia Nostra Onlus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:978">EU:C:2016:978</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 191 TFUE jipprevedi sensiela ta’ għanijiet, ta’ prinċipji u ta’ kriterji li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu josserva fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika ambjentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi-Tech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-Artikolu 191(3) TFUE jirriżulta li, fil-preparazzjoni tal-politika tagħha fil-qasam ambjentali, l-Unjoni tieħu inkunsiderazzjoni data xjentifika u teknika disponibbli, kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Unjoni, vantaġġi u piżijiet li jistgħu jirriżultaw mill-azzjoni jew milll-assenza ta’ azzjoni kif ukoll tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni fl-intier tagħha u tal-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn ċerti għanijiet u prinċipji u kif ukoll tal-kumplessità tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-kriterji, l-istħarriġ ġudizzjarju għandu neċessarjament ikun limitat għall-eżami dwar jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 191 TFUE (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980714">14 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Safety Hi-Tech</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:352">EU:C:1998:352</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Associazione Italia Nostra Onlus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑444/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:978">EU:C:2016:978</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 32 sa 40 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta d-direttiva kkontestata b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ għadd kbir ta’ data, li tinkludi, b’mod partikolari, informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħha f’kull Stat Membru u l-benefiċċji li jirriżultaw minnha. Huwa wettaq ukoll għażla bejn diversi għażliet sabiex jagħżel dik li setgħet toħloq l-ogħla benefiċċju nett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif diġà ġie rrilevat, b’mod partikolari, fil-punti 101 u 112 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlatur tal-Unjoni debitament qies il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet f’kull Stat Membru u pprova jsib tqassim ibbilanċjat tal-isforzi bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>B’dan il-mod, dan il-leġiżlatur issodisfa l-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 191(3) TFUE. Fil-fatt, abbażi tad-data xjentifika u teknika disponibbli, huwa fil-fatt qies l-iżvilupp ibbilanċjat tal-Unjoni u tar-reġjuni tagħha, b’mod partikolari bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tad-direttiva kkontestata f’kull Stat Membru u l-benefiċċji li jistgħu jirriżultaw minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija kkorroborata mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 106 ta’ din is-sentenza, li t-tfittxija, mil-leġiżlatur tal-Unjoni, ta’ tali bilanċ fid-dawl mhux tas-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed, iżda ta’ dik tagħhom kollha, ma tistax titqies li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, fit-tieni lok, li ċerti setturi soċjoekonomiċi u uħud mir-reġjuni tagħha, bħas-settur agrikolu u r-reġjuni rurali, ikunu partikolarment affettwati mill-obbligi finanzjarji li joħorġu mill-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar, kif jirriżulta mill-punt 105 ta’ din is-sentenza, li la t-tqassim tal-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ dawn l-impenji u lanqas is-sors ta’ finanzjament tagħhom ma ġew stabbiliti mid-direttiva kkontestata, li l-implimentazzjoni tagħha hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li r-Repubblika tal-Polonja hija parti mill-Istati Membri li, sabiex jirrispettaw l-impenji tagħhom skont id-direttiva kkontestata, ikollhom iwettqu l-investimenti finanzjarji l-iktar sinjifikattivi ma jfissirx, fih innifsu, li din id-direttiva timponi fuq dan l-Istat Membru, jew fuq ir-reġjuni koperti mit-territorju tiegħu, piż sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-argument ibbażat fuq allegata assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tniġġis transkonfinali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Polonja ma tipprovdix informazzjoni li tippermetti li jiġu ssostanzjati l-kritiki tagħha. B’mod partikolari, dan l-Istat Membru ma jispjegax ir-raġunijiet għalfejn it-tniġġis transkonfinali għandu konsegwenzi determinanti fuq l-emissjonijiet imsemmija mid-direttiva kkontestata prodotti fit-territorju Pollakk u, għaldaqstant, fuq l-istabbiliment tal-impenji ta’ tnaqqis tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 1(1) u mill-Artikolu 2(1) tad-direttiva kkontestata jirriżulta li din tapplika għall-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness I tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>(li ġejjin) mis-sorsi kollha li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li din tistabbilixxi l-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet. Kif tiddikjara l-premessa 14 ta’ din id-direttiva, dawn l-impenji sas-sena 2030 huma bbażati fuq l-istima tal-potenzjal ta’ tnaqqis għal kull Stat Membru u fuq l-għan politiku li jikkonsisti fit-tnaqqis tal-impatt tat-tniġġis fuq is-saħħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Permezz tal-allegazzjoni tagħha li t-tniġġis transkonfinali jxejjen l-isforzi tagħha taħt id-direttiva kkontestata, ir-Repubblika tal-Polonja lanqas ma tasal sabiex turi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li hija ma tipprovdi l-ebda dettall sabiex issostni din l-allegazzjoni li tippermetti l-evalwazzjoni, fi kwalunkwe każ, tal-fondatezza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 191 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi miċħud l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li d-direttiva kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Il-ħames motiv għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Peress li l-ebda wieħed mill-motivi invokati mir-Repubblika tal-Polonja insostenn tar-rikors tagħha ma huwa fondat, dan għandu, konsegwentement, jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Parlament u l-Kunsill talbu l-kundanna tar-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż u din tal-aħħar tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) ta’ dan ir-regolament, l-Ungerija, ir-Rumanija kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Polonja hija kundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Ungerija, ir-Rumanija kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>