Official Journal L 123 , 12/05/1987 P. 0008 - 0009
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April, 1987 li tagħti deroga lill-Olanda u tiffissa l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati għat-tqattigħ ta’ laħam frisk (87/260/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ f’laħam frisk fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 86/587/KEE [2], u partikolarment Artikolu 13 ta’ din, Billi, skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE bi qbil mal-proċedura taħt l-Artikolu 16, derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I jistgħu jingħataw, meta mitluba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jiffissaw kondizzjonijiet tas-saħħa li huma ta’ l-anqas daqs dawk ta’ l-Anness imsemmi; Billi l-awtoritajiet ta’ l-Olanda, b’ittra tad-19 ta’ Diċembru, 1986, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE għat-tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tal-vitella u tal-majjal; billi din it-talba tipproponi kondizzjonijiet tas-saħħa; billi huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet tas-saħħa ffissati bħala alternattiva fid-deroga mitluba dwar tqattigħ ta’ laħam frisk ikunu ta’ l-anqas daqs dawk tal-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE; Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti mill-Olanda huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE; Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Minkejja l-paragrafu 45(ċ) ta’ Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, l-Olanda tista’ tawtorizza tqattigħ ta’ laħam frisk taċ-ċanga, tal-vitella u tal-majjal taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija għall-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, it-28 ta’ April, 1987. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [2] ĠU L 339, tat-2.12.1986, p. 26. -------------------------------------------------- ANNESS KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAT-TQATTIGĦ TAL-KARKASSI TAL-BAQAR U TAL-ĦNIEŻER 1. Il-karkassi, li jiġu mill-kamra tal-qatla, wara li jitkessħu fi kmamar tar-refriġerazzjoni li joperaw b’temperatura ta’ l-arja fil-ħruġ mill-evaporaturi tant li l-karkassi jistgħu jitberrdu għal temperatura interna ta’ +7° fi żmien 48 siegħa għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi tal-ħnieżer, jinġarru għall-post tat-tqattigħ, li t-temperatura tiegħu ma taqbiżx + 17°, li jinsab fl-istess grupp ta’ bini tar-refriġeraturi. 2. Il-laħam huwa trasferiet f’operazzjoni waħda. 3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u magħmula għadam qabel tintlaħaq temperatura interna ta’ +7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mit-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tal-qatla għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi u tal-ħnieżer. 4. Il-ħin ta’ bejn li l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u li jkun suġġett għal aktar refriġerazzjoni ma jaqbiżx is-60 minuta. 5. Hekk kif jitqatta’ u jkun ippakkjat, il-laħam jinġarr għal kmamar xierqa ta’ refriġerazzjoni. --------------------------------------------------