<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑456/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0456</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:594">EU:T:2013:594</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20131114">14.11.2013</DATE> — KAWŻA T‑456/11</P><P>ICDA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>REACH</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-kadmju u l-komponenti tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjonijiet għall-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Analiżi tar-riskji</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑456/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">International Cadmium Association (ICdA)</HT>, stabbilita fi Brussell (il‑Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Rockwood Pigments (UK) Ltd,</HT> stabbilita fi Stoke-on-Trent (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">James M Brown Ltd,</HT> stabbilita fi Stoke-on-Trent,</P><P>inizjalment irrappreżentati minn K. Van Maldegem u R. Cana, avukati, sussegwentement minn Cana,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> inizjalment irrappreżentata minn P. Oliver u E. Manhaeve, bħala aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister, sussegwentement minn Oliver u Manhaeve,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-<DATE ISO="20110520">20 ta’ Mejju 2011</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2011">ĠU L 134, p. 2</REF.DOC.OJ>), sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta, waqt id-deliberazzjonijiet, minn A. Dittrich (Relatur), President, I. Wiszniewska‑Białecka u M. Prek, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-ewwel rikorrenti, International Cadmium Association (ICdA), hija assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ lukru li hija stabbilita fil-Belġju. Il-membri tagħha huma produtturi, konsumaturi, persuni li jipproċessaw u persuni li jirriċiklaw il-kadmju u l-komponenti tiegħu. Skont l-istatuti tagħha, il-missjoni tagħha hija li tippromwovi l-interessi tal-industrija tal-kadmju, inkluża r-rappreżentanza tal-membri tagħha quddiem kwalunkwe organu privat jew pubbliku u quddiem kwalunkwe awtorità nazzjonali jew internazzjonali. It-tieni u t-tielet rikorrenti, Rockwood Pigments (UK) Ltd u James M Brown Ltd, huma kumpanniji membri tal-ICdA. L-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-bejgħ fl-Unjoni u fid-dinja kollha tal-pigmenti tal-kadmju, jiġifieri tal-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 1256-57-4), tal-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 58339-34-7) u tas-sulfid taż-żinju tal-kadmju (Nru CAS 8048-07-5).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-kadmju (Nru CAS 7440-43-9) huwa element metalliku minoritarju preżenti fl-ambjent permezz ta’ riżorsi naturali, ta’ proċessi bħall-erożjoni u l-brix tal-blat u tal-art jew ta’ avvenimenti speċifiċi, bħan-nirien fil-foresti jew l-eruzzjonijiet tal-vulkani. Din is-sustanza hija prodotta għal finijiet kummerċjali, prinċipalment bħala prodott sekondarju tal-produzzjoni taż-żingu u, sa ċertu punt, tar-ram u taċ-ċomb. Għal uħud mill-użi intenzjonati tieġħu, il-kadmju metalliku huwa ttrasformat jew mibdul f’komponenti tal-kadmju. Il-pigmenti tal-kadmju huma aġenti li jagħtu l-kulur, inorganiċi u stabbli li jistgħu jiġu prodotti f’firxa ta’ toni brillanti ta’ oranġjo, aħmar, isfar u ta’ kannella. Dawn il-pigmenti jintużaw fil-prodotti tal-plastik.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-kadmju ġie kklassifikat fost is-sustanzi karċinoġeni, mutaġeni u tossiċi għar-riproduzzjoni mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 448). Din il-klassifikazzjoni ġiet riprodotta mir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 353, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19760727">27 ta’ Lulju 1976</DATE>, il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropew adotta d-Direttiva 76/769/KEE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 3, p. 317). Permezz tad-Direttiva 91/338/KEE, tat-<DATE ISO="19910618">18 ta’ Ġunju 1991</DATE>, li temenda għall-10 darba d-Direttiva 76/769/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 293), il-Kunsill irrestrinġa t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-kadmju u tal-komponenti tiegħu, b’tali mod li ma kinux aċċetati b’mod partikolari sabiex jagħtu l-kulur lil prodotti lesti mmanifatturati mis-sustanzi u l-preparazzjonijiet elenkati fid-Direttiva 91/338 u sabiex biex jistabbilizzaw il-prodotti lesti, elenkati b’mod eżawrjenti, immanifatturati mill-polimeri jew il-kopolimeri tal-klorur tal-vinil (PVC).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19930323">23 ta’ Marzu 1993</DATE>, il-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 212). Skont l-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, kellha regolarment tħejji listi ta’ sustanzi jew ta’ gruppi ta’ sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu attenzjoni immedjata minħabba l-effetti potenzjali li jista’ jkollhom fuq il-bniedem u l-ambjent. Skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, għal kull sustanza fil-listi ta’ prijorità kellu<?PAGE NO="3"?> jinħatar Stat Membru bħala responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskji tal-imsemmija sustanza għall-bniedem u għall-ambjent kif ukoll, jekk ikun il-każ, sabiex jipproponi strateġija għal-limitazzjoni ta’ dawn ir-riskji, inklużi miżuri ta’ kontroll u/jew programmi ta’ sorveljanza.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/97, tas-<DATE ISO="19970127">27 ta’ Jannar 1997</DATE>, dwar it-tielet lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previsti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 112), il-kadmju u l-ossidu tal-kadmju (Nru CAS 1306‑19‑0) ġew inklużi fil-lista u r-Renju tal-Belġju nħatar responsabbli mill-valutazzjoni ta’ dawn is-sustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>F’Settembru 1998 tlesta r-rapport bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u għall-ambjent marbuta mal-kadmju li jinsab f’ċerti prodotti u tal-effetti tar-restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> ppreparat għall-Kummissjoni minn uffiċċju ta’ konsulenza stabbilit fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>rapport tal-1998<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’avviż tal-1999, il-Kumitat xjentifiku tat-tossiċità, tal-ekotossiċità u tal-ambjent, imwaqqaf skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE, tat-<DATE ISO="19970723">23 ta’ Lulju 1997</DATE>, li tistabbilixxi kumitati xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumaturi u tas-sigurtà tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="237" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="1997">ĠU L 237, p. 18</REF.DOC.OJ>), ikkritika r-rapport tal-1998. Sabiex tirrispondi għal din il-kritika, il-Kummissjoni ordnat ir-rapport bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent marbuta mal-użu tal-kadmju bħala aġent li jagħti l-kulur jew stabilizzatur fil-polimeri jew il-kisi tal-uċuħ metalliċi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, ippreparat minn uffiċċju ta’ konsulenza ieħor stabbilit fir-Renju Unit tad-<DATE ISO="20001219">19 ta’ Diċembru 2000</DATE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>rapport tal-2000<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Ir-rapport tal-2000 kien is-suġġett ta’ avviż tal-Kumitat xjentifiku tat-tossiċità, tal-ekotossiċità u tal-ambjent maħruġ fit-<DATE ISO="20011030">30 ta’ Ottubru 2001</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni relattiv għall-kadmju u għall-ossidu tal-kadmju, ippreparat mir-Renju tal-Belġju u li l-Parti I tiegħu, dwar l-ambjent, kienet is-suġġett ta’ avviż tal-Kumitat xjentifiku tat-tossiċità, tal-ekotossiċità u tal-ambjent tat-<DATE ISO="20040328">28 ta’ Marzu 2004</DATE>, ġie ppubblikat fl-2007. Dan ir-rapport kien jinkludi konklużjonijiet dwar in-neċessità ta’ limitazzjoni tar-riskji li jikkonċernaw l-espożizzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem għall-kadmju u għall-ossidu tal-kadmju.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni, il-Kummissjoni adottat, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 793/93, ir-Rakkomandazzjoni tad-<DATE ISO="20080529">29 ta’ Mejju 2008</DATE> dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi Kadmju u Ossidu tal-kadmju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2008">ĠU L 156, p. 22</REF.DOC.OJ>) kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Kadmju u ossidu tal-kadmju (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 149, p. 6</REF.DOC.OJ>). Għal dak li jikkonċerna r-riskji għall-ħaddiema marbuta mal-kadmju u mal-ossidu tal-kadmju, il-Kummissjoni rrakkomandat, fl-imsemmija komunikazzjoni, li jiġu ffissati, b’mod partikolari, il-valuri ta’ limiti għal espożizzjoni fuq ix-xogħol. Għal dak li jirrigwarda r-riskji tal-kadmju għall-konsumaturi, il-Kummissjoni rrakkomandat li tiġi kkunsidrata, skont id-Direttiva 76/769, limitazzjoni għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ stikek tal-ibbrejżjar u ġojjelli li fihom il-kadmju. Għal dak li jikkonċerna r-riskji għall-bniedem esposti via l-ambjent, marbuta mal-kadmju u mal-ossidu tal-kadmju, il-Kummissjoni rrakkomandat li tiġi kkunsidrata reviżjoni tal-valuri ta’ limiti għal konċentrazzjoni tal-kadmju u tal-ossidu tal-kadmju fil-prodotti tal-ikel, u l-iffissar ta’ valur ta’ limitu għal konċentrazzjoni tal-kadmju fit-taħlita u l-weraq tat-tabakk u l-iffissar ta’ valuri massimi ta’ konċentrazzjoni tal-kadmju u tal-ossidu tal-kadmju fil-fertilizzanti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’effett, rispettivament, mill-<DATE ISO="20080601">1 ta’ Ġunju 2008</DATE> u l-<DATE ISO="20090601">1 ta’ Ġunju 2009</DATE>, ir-Regolament Nru 793/93 u d-Direttiva 76/769 tħassru, bis-saħħa tal-Artikolu 139 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93<?PAGE NO="4"?> tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009, tat-<DATE ISO="20090622">22 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fir-rigward tal-Anness XVII (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2009">ĠU L 164, p. 7</REF.DOC.OJ>), il-limitazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq u tal-użu tal-kadmju u tal-komponenti tiegħu, stabbiliti inizjalment mid-Direttiva 91/338, ġew ittrasferiti għall-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 li jinkludi r-restrizzjonijiet applikabbli għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ ċerti sustanzi, taħlitiet u oġġetti perikolużi.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament Nru 1907/2006 jinkludi miżuri tranżitorji. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, tipprepara abbozz ta’ emenda tal-Anness XVII ta’ dan ir-regolament, skont kwalunkwe valutazzjoni tar-riskji u kwalunkwe strateġija rrakkommandata għal-limitazzjoni tar-riskji li ġiet adottata fil-livell Komunitarju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 793/93, sa fejn hija tinkludi proposti ta’ restrizzjoni skont it-Titolu VIII tar-Regolament Nru 1907/2006, iżda li dwarhom ma tkunx għadha ttieħdet deċiżjoni taħt id-Direttiva 76/769/KEE.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’Mejju 2010, il-Kummissjoni ppreparat abbozz ta’ emenda tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 għal dak li jikkonċerna l-kadmju, li ġie ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti għar-Regolamenti Nru 1907/2006 u Nru 1272/2008 f’Ġunju 2010 u nnotifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), skont il-Ftehim dwar l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tad-WTO, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim li jwaqqaf lid-WTO, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoin f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80). Dan l-abbozz ta’ emenda kien jinkludi lista eżawrjenti ta’ materjali tal-plastik li fihom l-użu tal-kadmju u tal-komponenti tiegħu kien limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, dan l-abbozz ta’ emenda kien is-suġġett ta’ avviż tal-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar tar-Regolament Nru 1907/2006, imsemmi fl-Artikolu 76(1)(f) ta’ dan ir-regolament, li jikkoordina netwerk ta’ awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-infurzar tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101105">5 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 133(1) tar-Regolament Nru 1907/2006, verżjoni emendata tal-abbozz ta’ emenda tal-Anness XVII tal-imsemmi regolament għal dak li jikkonċerna l-kadmju. Skont din il-verżjoni, li ġiet diskussa minn dan il-kumitat waqt il-laqgħa tiegħu tal-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-restrizzjonijiet proposti ma kinux limitati biss għall-użu tal-kadmju u tal-komponenti tiegħu f’ċerti materjali tal-plastik iżda kienu applikabbli għall-materjali tal-plastik kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110520">20 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 494/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2011">ĠU L 134, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li kien akkumpanjat minn analiżi ta’ impatt bid-data tal-istess jum. Ir-regolament ikkontestat kien japplika, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tiegħu, mill-<DATE ISO="20111210">10 ta’ Diċembru 2011</DATE>. Permezz tal-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat, l-annotazzjoni Nru 23 tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 ġiet emendata. Wara din l-emenda, il-kadmju u l-komponenti tiegħu ma setgħux iżjed jintużaw f’taħlitiet u oġġetti prodotti minn polimeri organiċi sintetiċi (iktar ’il quddiem il-materjali tal-plastik”, bl-eċċezzjoni ta’ oġġetti li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jingħataw il-kulur permezz tat-taħlitiet li fihom il-kadmju.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20110812">12 ta’ Awwissu 2011</DATE>, ir-rikorrenti bdew din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20120516">16 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Kummissjoni ssottomettiet abbozz ta’ regolament li jemenda l-annotazzjoni Nru 23 tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 li hija kienet adottat u indikat li mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-abbozz, ir-rikorrenti ma kellhomx iktar interess ġuridiku. Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, ir-rikorrenti ssottomettew l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din l-ittra.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni adottat, abbażi ta’ dan l-abbozz ta’ regolament, ir-Regolament (UE) Nru 835/2012 li jemenda r-Regolament Nru 1907/2006, fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="252" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 252, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121012">12 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ir-rikorrenti kkonfermaw l-eżistenza tal-interess ġuridiku tagħhom wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 835/2012.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20130211">11 ta’ Frar 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbu li jiddaħħlu fil-proċess żewġ offerti ġodda ta’ provi rigward l-interess ġuridiku tagħhom wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 835/2012, jiġifieri żewġ dokumenti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), dwar it-tnedija ta’ proċedura ta’ restrizzjoni, skont l-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 1907/2006, relattiva għall-kadmju u l-komponenti tiegħu f’materjali tal-plastik. Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali tat‑<DATE ISO="20130218">18 ta’ Frar 2013</DATE>, din it-talba ntlaqgħet. Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20130306">6 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kummissjoni ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-ittra tal-<DATE ISO="20130211">11 ta’ Frar 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċeduri tagħha, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi ċerti dokumenti u għamlitilha domanda bil-miktub. Il-Kummissjoni ssodisfat din it-talba fit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla r-regolament ikkontestat sa fejn huwa jirrestrinġi l-użu ta’ pigmenti tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tal-imsemmi reglament;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara r-rikors infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interess ġuridiku tar-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-eżistenza ta’ interess ġuridiku tar-rikorrenti. Fil-fehma tagħha, ir-rikorrenti tilfu kwalunkwe interess ġuridiku mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 835/2012. Fil-fatt, dan ir-regolament jintroduċi mill-ġdid ir-restrizzjonijiet fuq il-komponenti tal-kadmju użati bħala pigmenti kif kienu qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat b’effett retroattiv mid-data ta’ applikazzjoni tar-regolament ikkontestat. Matul is-seduta, il-Kummissjoni sostniet ukoll li r-rikorrenti ma għandhomx interess ġuridiku inkwantu t-talba għal annullament tagħhom kienet tikkonċerna pigmenti tal-kadmju oħrajn li ma humiex l-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju, l-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju u s-sulfid taż-żingu tal-kadmju. Fil-fatt, dawn il-pigmenti tal-kadmju huma l-uniċi mmanifatturati mit-tieni u mit-tielet rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li peress li l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ interess ġuridiku jirrigwardaw finijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku, hija l-Qorti Ġenerali li għandha tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk ir-rikorrent għandux interess li jikseb l-annullament tal-att li huwa jikkontesta (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20090318">18 ta’ Marzu 2009</DATE>, Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-299/05" PAGE.ECR="II-565" YEAR="2009">T-299/05, Ġabra p. II-565</REF.DOC.ECR>, punt 42, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandu, fid-dawl tas-suġġett tar-rikors, ikun preżenti fl-istadju tal-preżentata tiegħu, u fin-nuqqas ta’ dan, ikun inammissibbli. L-interess ġuridiku għandu jkun preżenti sal-mument tad-deċiżjoni ġudizzjarja, u fin-nuqqas ta’ dan, ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni, li jippresupponi li r-rikors jista’, jekk dan jirnexxi, jagħti benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, Flaherty <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-373/06 P+C-379/06 P+C-382/06 P" PAGE.ECR="I-2649" YEAR="2008">C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P, Ġabra p. I-2649</REF.DOC.ECR>, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata) u li dan jiġġustifika interess eżistenti u attwali għall-annullament tal-att ikkontestat (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20090619">19 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Socratec vs Il-Kummissjoni, T‑269/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li huwa l-obbligu tar-rikorrent li jipproduċi prova tal-interess ġuridiku tiegħu, li tikkostitwixxi l-kundizzjoni essenzjali u ewlenija ta’ kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja (digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19890731">31 ta’ Lulju 1989</DATE>, S. vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="206/89 R" PAGE.ECR="2841" YEAR="1989">206/89 R, Ġabra p. 2841</REF.DOC.ECR>, punt 8, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050414">14 ta’ April 2005</DATE>, Sniace vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-141/03" PAGE.ECR="II-1197" YEAR="2005">T-141/03, Ġabra p. II-1197</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-interess tar-rikorrenti, fl-istadju tal-preżentata tar-rikors preżenti, li jiksbu l-annullament tar-regolament ikkontestat sa fejn jikkonċerna pigmenti oħra tal-kadmju li ma humiex it-tlieta mmanifatturati mit-tieni u mit-tielet rikorrenti, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma pproduċew ebda prova li tippermetti li jiġi konkluż li tali annullament jipprovdilhom benefiċċju. Fil-fatt, għal dak li jirrigwarda lil dawn il-pigmenti l-oħra, ir-rikorrenti invokaw interess ġuridiku, essenzjalment, minħabba li ma jistax jiġi eskluż li t-tieni u t-tielet rikorrenti jimmanifatturaw ukoll fil-futur pigmenti oħra tal-kadmju li ma humiex l-oranġjo tas-sulfo tal-kadmju, l-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju u s-sulfid taż-żingu tal-kadmju. Madankollu, peress li l-manifattura, min-naħa tar-rikorrenti, ta’ pigmenti tal-kadmju li ma humiex dawk it-tlieta msemmija iktar ’il fuq hija purament ipotetika u peress li r-rikorrenti ma sostnew l-affermazzjoni tagħhom bl-ebda prova, dawn tal-aħħar ma għandhomx l-interess eżistenti u attwali għall-annullament tar-regolament ikkontestat sa fejn jikkonċerna pigmenti tal-kadmju li ma humiex it-tlieta mmanifatturati mit-tieni u mit-tielet rikorrenti. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, ir-rikors preżenti ma jistax jitqies bħala ammissibbli ħlief sa fejn huwa jikkonċerna biss l-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju, l-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju u s-sulfid taż-żingu tal-kadmju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>pigmenti tal-kadmju inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-allegat telf tal-interess ġuridiku minħabba d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 835/2012, ir-rikorrenti jsostnu li dan ir-regolament ma jipprevedix it-tħassir tar-regolament ikkontestat. Skont ir-rikorrenti, huma għad għandhom interess ġuridiku peress li, minn naħa, l-annullament tar-regolament ikkontestat għandu impatt fuq restrizzjoni futura potenzjali għall-użu tal-kadmju adottata mill-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni tal-illegalità tar-regolament ikkontestat isservi bħala bażi għal rikors għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li rikorrenti jista’ jibqagħlu interess li jitlob l-annullament ta’ att ta’ istituzzjoni, minn naħa, sabiex jevita li l-illegalità li dan huwa allegatament ivvizzjat biha ma terġax isseħħ fil-futur (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/05 P" PAGE.ECR="I-4333" YEAR="2007">C-362/05 P, Ġabra p. I-4333</REF.DOC.ECR>, punt 50, u l-ġurisprudenza ċċitata) u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb il-konstatazzjoni, mill-qorti tal-Unjoni, ta’ illegalità mwettqa fir-rigward tiegħu, b’mod li tali konstatazzjoni tkun tista’ sservi bħala bażi ta’ rikors għad-danni eventwali intiż li jikkumpensa b’mod adegwat id-dannu kkawżat mill-att ikkontestat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19800305">5 ta’ Marzu 1980</DATE>, Könecke Fleischwarenfabrik vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="76/79" PAGE.ECR="665" YEAR="1980">76/79, Ġabra p. 665</REF.DOC.ECR>, punti 8 u 9; tal-<DATE ISO="19980331">31 ta’ Marzu 1998</DATE>, France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-68/94+C-30/95" PAGE.ECR="I-1375" YEAR="1998">C-68/94 u C-30/95, Ġabra p. I-1375</REF.DOC.ECR>, punt 74, u s-sentenza Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill, punt 29 iktar ’il fuq, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar iż-żamma ta’ interess ġuridiku sabiex jiġi evitat li allegata illegalità terġa’ sseħħ fil-futur, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti għad fadlilhom interess għall-inqas bħala bażi ta’ rikors għad-danni eventwali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-kawża żammet l-iskop tagħha peress li r-regolament ikkontestat ma ġiex formalment imħassar mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wunenburger vs Il‑Kummissjoni, punt 34 iktar ’il fuq, punt 48, u s-sentenza Shanghai Excell M&amp;E Enterprise u Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill, punt 29 iktar ’il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi ppreċiżat li l-irtirar mir-Regolament Nru 835/2012, b’effett retroattiv mid-data ta’ applikazzjoni tar-regolament ikkontestat, tar-restrizzjonijiet relattivi għall-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni li kienu ġew introdotti minn dan ir-regolament tal-aħħar, ma jwassalx, waħdu, sabiex il-qorti tal-Unjoni jkollha l-obbligu li tiddeċiedi li ma hemmx lok għal deċiżjoni peress li ma hemmx skop għall-kawża jew peress li ma hemmx interess ġuridiku fid-data li fiha tingħata s-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wunenburger vs Il‑Kummissjoni, punt 34 iktar ’il fuq, punt 47). L-annullament tar-regolament ikkontestat li diġà ġie eżegwit jista’ xorta jipprovdi benefiċċju lir-rikorrenti, anki jekk ir-restrizzjonijiet inkwistjoni, introdotti minn dan ir-regolament, tneħħew fil-frattant b’effett retroattiv mid-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, ir-regolament ikkontestat seta’ jipproduċi effetti legali waqt il-perijodu li matulu huwa rregola r-restrizzjonijiet applikabbli għall-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni, jiġifieri mill-mument tal-applikazzjoni tiegħu fl-<DATE ISO="20111210">10 ta’ Diċembru 2011</DATE> sal-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 835/2012, fid‑<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Ayadi vs Il-Kummissjoni, C‑183/12 P, punt 79, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990325">25 ta’ Marzu 1999</DATE>, Gencor vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-102/96" PAGE.ECR="II-753" YEAR="1999">T-102/96, Ġabra p. II-753</REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi kkonstatat li, waqt dan il-perijodu, ir-regolament ikkontestat kien jipprojbixxi l-użu tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni f’taħlitiet u oġġetti prodotti mill-materjali tal-plastik kollha, bl-eċċezzjoni tal-oġġetti li, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, jingħataw il-kulur permezz ta’ taħlitiet li fihom il-kadmju. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti għad għandhom interess li tiġi kkonstatata n-natura parzjalment illegali tar-regolament ikkontestat peress li, minn naħa, din il-konstatazzjoni torbot lill-qorti tal-Unjoni fid-dawl ta’ rikors għad-danni u, min-naħa l-oħra, hija tista’ tikkostitwixxi l-bażi għal diskussjonijiet eventwali barra mill-qrati bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit minn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Shanghai Excell M&amp;E Enterprise et Shanghai Adeptech Precision vs Il-Kunsill, punt 29 iktar ’il fuq, punti 54 u 55).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi konkluż li wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 835/2012, ir-rikorrenti kien għad għandhom interess fit-talba għall-annullament tar-regolament ikkontestat sa fejn dan kien irrestrinġa l-użu tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jqajmu tmien motivi bbażati, l-ewwel nett, fuq ksur tal-Artikolu 137(1)(a) u tal-Artikoli 68 sa 73 tar-Regolament Nru 1907/2006, it-tieni nett, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, it-tielet nett, fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, ir-raba’ nett, fuq ksur tar-Regolament Nru 1907/2006, sa fejn ir-regolament ikkontestat jimponi restrizzjonijiet fuq grupp ta’ sustanzi, jiġifieri l-komponenti tal-kadmju, mingħajr ma jevalwahom individwalment, il-ħames nett, fuq ksur tal-Ftehim dwar l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tad-WTO, is-sitt nett, fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti, is-seba’ nett, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u t-tmien nett, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Jidher xieraq li l-ewwel nett jiġi eżaminat it-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan il-motiv jinkludi żewġ partijiet. Filwaqt li l-ewwel parti hija bbażata fuq l-assenza ta’ analiżi tar-riskji, it-tieni parti hija bbażata fuq l-assenza ta’ analiżi tal-impatt relattiva għar-restrizzjonijiet għall-użu tal-pigmenti tal-kadmju imposti mir-regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ analiżi tar-riskji, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma analizzatx ir-riskji tal-użu tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni, li huma sustanzi differenti mill-kadmju, fil-materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat. Dawn il-pigmenti tal-kadmju huma espliċitament esklużi mill-klassifikazzjoni armonizzata tal-perikolu tal-komponenti tal-kadmju, skont l-Anness VI tar-Regolament Nru 1272/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li r-regolament ikkontestat ġie adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 131 tar-Regolament Nru 1907/2006. Kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1907/2006, dan ir-regolament huwa intiż sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluż il-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni ta’ perikoli marbuta mas-sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni. Fid-dawl tal-premessi 87, 89 u 91 tar-Regolament Nru 1907/2006, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur iffissa bħala għanijiet prinċipali għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda għall-emenda tar-restrizzjonijiet eżistenti previsti fit-Titolu VIII tal-imsemmi regolament, l-ewwel wieħed minn dawn it-tliet għanijiet, jiġifieri dak li jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, S.P.C.M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-558/07" PAGE.ECR="I-5783" YEAR="2009">C-558/07, Ġabra p. I-5783</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet b’mod effettiv, għandu jiġi enfasizzat li, f’kuntest tekniku kumpless ta’ natura evoluttiva, bħal dak fil-kawża prinċipali, l-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti ta’ natura xjentifika u teknika kumplessi ħafna, sabiex jistabbilixxu n-natura u l-portata tal-miżuri li huma jadottaw, filwaqt li l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni għandu jkun limitat għal eżami tal-kwistjoni jekk l-eżerċizzju ta’ tali setgħa huwiex ivvizzjat minn żball manifest jew minn użu ħażin ta’ poter jew jekk dawn l-awtoritajiet eċċedewx b’mod manifest il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom. F’kuntest bħal dan, il-qorti tal-Unjoni ma tistax fil-fatt tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti ta’ natura xjentifika u teknika ma’ dik tal-istituzzjonijiet li lilhom biss it-Trattat FUE kkonferixxa dan il-kompitu (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Afton Chemical, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-343/09" PAGE.ECR="I-7027" YEAR="2010">C-343/09, Ġabra p. I-7027</REF.DOC.ECR>, punt 28, u tal-<DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, Etimine, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-15/10" PAGE.ECR="I-6681" YEAR="2011">C-15/10, Ġabra p. I-6681</REF.DOC.ECR>, punti 59 u 60).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-awtoritajiet tal-Unjoni, li timplika stħarriġ ġudizzjarju limitat tal-eżerċizzju tagħha, ma tapplikax esklużivament għan-natura u għall-portata tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati, iżda wkoll, sa ċertu punt, għall-konstatazzjoni tad-data bażika. Madankollu, tali stħarriġ ġudizzjarju, anki jekk għandu portata limitata, jirrikjedi li dawn l-awtoritajiet, awturi tal-att inkwistjoni, ikunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu quddiem il-qorti tal-Unjoni li l-att kien ġie adottat permezz ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom, li jippresupponi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha u taċ-ċirkustanzi rilevanti tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż sabiex jirregola (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Afton Chemical, punt 46 iktar ’il fuq, punti 33 u 34).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ għandu jiġi rrilevat li, minkejja li r-regolament ikkontestat ġie adottat permezz tal-miżuri tranżitorji msemmija fl-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament Nru 1907/2006, xorta jibqa’ l-fatt li, sabiex jiġi emendat l-Anness XVII tal-imsemmi regolament, il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu ssodisfatti. Fil-fatt, il-miżuri tranżitorji msemmija fl-Artikolu 137(1)(a) tal-imsemmi regolament huma dispożizzjonijiet proċedurali u jistgħu, bħala tali, jissostitwixxu biss ir-regoli proċedurali previsti fl-Artikoli 69 sa 73 ta’ dan ir-regolament u mhux il-kundizzjonijiet fuq il-mertu sabiex jiġu stabbiliti r-restrizzjonijiet il-ġodda jew jiġu emendati restrizzjonijiet eżistenti, msemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 1907/2006. Barra minn hekk, mill-Artikolu 137(1)(a) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-proposti ta’ restrizzjoni għandhom ikunu konformi mat-Titolu VIII tal-istess regolament, jiġifieri mal-Artikoli 68 sa 73 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>L-introduzzjoni mir-regolament ikkontestat ta’ restrizzjonijiet ġodda relattivi għall-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni kienet tippresupponi, għaldaqstant, li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament Nru 1907/2006 kienu ssodisfatti. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li meta jkun hemm riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jkun ġej mill-manifattura, użu jew tqegħid fis-suq ta’ sustanzi, li jkun jeħtieġ li jiġi indirizzat fuq livell tal-Unjoni, l-Anness XVII għandu jiġi emendat permezz tal-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda applikabbli għall-manifattura, għall-użu u għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi waħedhom jew li jinsabu fit-taħlitiet jew f’oġġetti. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt soċjo-ekonomiku tar-restrizzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta’ alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat kienet tippresupponi li l-Kummissjoni kellha tqis, ġustament, li l-użu tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni fil-materjali tal-plastik, minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, kien ta’ riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jkun jeħtieġ azzjoni fuq livell tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Anki jekk jiġi preżunt li, kif sostniet il-Kummissjoni waqt is-seduta, il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament Nru 1907/2006 ma għandhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet fuq il-mertu previsti fl-Artikolu 68 ta’ dan ir-regolament, iżda r-regoli fis-seħħ qabel l-imsemmi regolament, jiġifieri l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 793/93, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tal-aħħar kienet tipprovdi wkoll li miżuri ta’ restrizzjoni setgħu jiġu adottati biss fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argument imressqa mir-rikorrenti, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk ir-regolament ikkontestat huwiex ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dovut għall-assenza ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni fil-materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-valutazzjoni xjentifika tar-riskji, imwettqa minn esperti xejntifiċi, għandha tagħti lill-Kummissjoni informazzjoni affidabbli u solida biżżejjed sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-portata kollha tal-kwistjoni xjentifika u sabiex tiddetermina l-politika tagħha skont it-tagħrif kollu li jkollha. Konsegwentement, jekk mhux sabiex tadotta miżuri arbitrarji, li ma jistgħu bl-ebda mod isiru leġittimi mill-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri li hija tadotta, anki jekk ikunu miżuri preventivi, ikunu bbażati fuq valutazzjoni xjentifika tar-riskji<?PAGE NO="10"?> l-iktar eżawrenti possibbli fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, Pfizer Animal Health vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-13/99" PAGE.ECR="II-3305" YEAR="2002">T-13/99, Ġabra p. II-3305</REF.DOC.ECR>, punt 162).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tammetti li r-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni jittratta biss b’mod indirett il-pigmenti tal-kadmju, jiġifieri sa fejn is-siti ta’ produzzjoni ta’ dawn il-pigmenti huma kkonċernati. Dan huwa konformi mal-premessi 1 u 2 tar-Regolamenti Nru 835/2012, li minnhom jirriżulta li l-estensjoni tar-restrizzjoni għal dak li jikkonċerna l-użu tal-kadmju u tal-komponenti tiegħu għall-materjali tal-plastik kollha ma kinitx ibbażata fuq dan ir-rapport. Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjoni tagħha li testendi r-restrizzjoni relattiva għall-użu tal-komponenti tal-kadmju kollha bħala aġent li jagħti l-kulur għall-materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat kienet ibbażata fuq it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ sorsi ta’ informazzjoni oħrajn.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Kummissjoni tirreferi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19880125">25 ta’ Jannar 1988</DATE>, dwar programm ta’ azzjoni Komunitarja sabiex tikkumbatti t-tniġġis ambjentali mill-kadmju (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1988">ĠU C 30, p. 1</REF.DOC.OJ>). F’din ir-riżoluzzjoni, il-Kunsill irrikonoxxa li l-espożizzjoni tal-bniedem u tal-ambjent għall-kadmju kienet ġejja minn diversi sorsi u b’mod partikolari, minn emissjonijiet mir-rimi tal-iskart. Ċertament għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jipprovdi li Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha fuq din ir-riżoluzzjoni minħabba li kienet ġiet adottata qabel l-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet taħt id-Direttiva 91/338. Fil-fatt, din ir-riżoluzzjoni tirrakkomanda approċċ permezz ta’ stadji u xejn ma jindika li dan l-approċċ kien ġie kompletament implementat mid-Direttiva 91/338. Madankollu, l-imsemmija riżoluzzjoni ma tinkludix, fiha nnifisha, valutazzjoni tar-riskji tal-pigmenti tal-kadmju fil-materjali tal-plastik.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni tirreferi għar-rapport tal-2000, li kien ibbażat fuq ir-rapport tal-1998 u hija stmat għal 0.005 % il-perċentwali ta’ kadmju li joħroġ mill-plastik ikkulurit sakemm il-prodott ikun għadu jeżisti. Ir-rapport tal-2000, li kien is-suġġett ta’ avviż tal-Kumitat xjentifiku tat-tossiċità, tal-ekotossiċità u tal-ambjent bid-data tat-<DATE ISO="20011030">30 ta’ Ottubru 2001</DATE>, identifika l-inċinerazzjoni tal-plastik li fih il-pigmenti tal-kadmju kif ukoll ir-rimi f’landfills u l-flussi korrispondenti tal-iskart tal-plastic u tal-irmied mill-inċineraturi bħala sors tal-kadmju fl-ambjent. Madankollu, ebda konklużjoni ma setgħet tiġi fformulata fuq is-sorsi preċiżi tal-kadmju misjuba fl-iskular tal-landfills.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma setgħetx tibbaża ruħha fuq ir-rapport tal-2000, peress li kien iffinalizzat qabel ir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni. Fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li hija għandha, li tapplika wkoll għall-konstatazzjoni tad-data bażika (ara l-punt 47 iktar ’il fuq), ċertament xejn ma kien jipprekludi lill-Kummissjoni milli tieħu inkunsiderazzjoni data xjentifika minn riżorsi oħra li ma huwiex ir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni, bħar-rapport tal-2000. Barra minn hekk, ir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni jindika, fil-punt 0.1.1 tal-Parti I tiegħu, li huwa la jirrigwarda l-oqsma kollha kkonċernati mill-kadmju u l-ossidu tal-kadmju u lanqas il-komponenti kollha ta’ dawn is-sustanzi. Apparti dan, huwa jirreferi għal diversi studji oħrajn mingħajr ma jsemmihom b’mod esklużiv. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-fatt li r-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni, bid-data tal-2007, ma jinkludix ir-riżultati tar-rapport tal-2000 juri li r-rilevanza ta’ dan tal-aħħar hija limitata. Dan huwa kkonfermat mill-avviż tal-Kumitat xjentifiku tat-tossiċità, tal-ekotossiċità u tal-ambjent fuq l-imsemmi rapport, li jipprovdi li r-riżultati tiegħu ma setgħux jintużaw b’mod iżolat u li l-importanza tar-riskji possibbli marbuta mal-użi tal-kadmju msemmija f’dan ir-rapport kellha tiġi vvalutata f’kuntest iktar wiesa’.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni tirreferi għall-istudju bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-komportament tal-PVC fil-landfills<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, ippreparat minn kumpannija Ġermaniża għall-Kummissjoni fl‑2000, li jindika li l-istadju aċidoġeniku tal-iżvilupp prekoċi tal-landfills juri l-effettività kbira tal-iskular. Skont dan l-istudju, minħabba l-aċidità tal-prodotti ta’ fermentazzjoni li jirriżultaw fil-fażi tal-ilma, l-idroġenu potenzjali (pH)<?PAGE NO="11"?> tal-iskular huwa dgħajjef u l-metall tqil jista’ jinħall matul din il-fażi. Skont il-Kummissjoni, dan kien importanti fir-rigward tar-rilaxx ta’ joni tal-kadmju, anki li joħorġu mill-komponenti ddefiniti bħala mhux solubbli bħall-pigmenti tal-kadmju.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li jipprovdi li l-fatt li l-Kummissjoni ma kkomunikatx dan l-istudju lit-tielet rikorrenti wara t-talba tagħha, tal-<DATE ISO="20010524">24 ta’ Mejju 2001</DATE>, għal aċċess għad-dokumenti relattivi għall-preparazzjoni tal-abbozz ta’ emenda tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), juri li l-Kummissjoni ma bbażatx il-valutazzjoni tar-riskji fuq dan id-dokument, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li ma kkomunikatx l-imsemmi dokument minħabba li, fil-fehma tagħha, dan ma kienx jikkostitwixxi dokument relattiv għall-preparazzjoni tal-imsemmi abbozz, fis-sens li ma huwiex dokument meħtieġ mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli jew minn proċedimenti amministrattivi rilevant għat-tfassil ta’ dan l-abbozz. Kif jirriżulta mill-proċess, il-Kummissjoni kkomunikat għat-tielet rikorrenti 47 dokument wara t-talba li għamlitilha. Anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi tagħha li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1049/2001 inkwantu ma kkomunikatx id-dokumenti rilevanti kollha, dan il-fatt ma jistax juri li l-Kummissjoni m ħaditx inkunsiderazzjoni l-imsemmija dokumenti fil-kuntest tal-valutazzjoni tagħha tar-riskji. Fil-fatt, il-proċedura li wasslet għall-emenda tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 u dik dwar it-talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 jikkostitwixxu proċeduri awtonomi li ma jiddependux waħda mill-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, kif jallegaw ir-rikorrenti, l-istudju bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-komportament tal-PVC fil-landfills<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jirrigwarda biss lill-PVC. Issa, għalkemm huwa minnu li dan l-istudju jinkludi data relattiva għall-valutazzjoni tar-riskji tal-pigmenti tal-kadmju, il-valur tiegħu huwa, madankollu, limitat għal dak li jikkonċerna l-materjali tal-plastik minbarra l-PVC.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-premessi tar-regolament ikkontestat kien jirrigwardaw biss il-projbizzjoni tal-użu tal-kadmju fl-oġġetti kollha tal-PVC (premessi 9 sa 12 tar-regolament ikkontestat), mingħajr ma jirreferu għal materjali oħra tal-plastik, u li, skont il-paragrafu 4 tal-annotazzjoni Nru 23 tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006, kif emendat bir-regolament ikkontestat, il-PVC huwa l-uniku materjal tal-plastik li għalih ġiet prevista deroga speċifika mir-restrizzjonijiet inkwistjoni, jiġifieri għat-taħlitiet prodotti mill-iskart tal-PVC, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>PVC irkuprat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-abozz ta’ emenda tal-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006, ippreżentat mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti għar-Regolamenti Nru 1907/2006 u Nru 1272/2008 għal-laqgħa tagħhom tal-15 sas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE> matul il-fażi tal-preparazzjoni tar-regolament ikkontestat, ifformula proposta bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-projbizzjoni tal-użu tal-kadmju fil-plastik kollu li fih il-PVC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u li din il-proposta tista’ tinftiehem bħala li ma tapplikax għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>materjali tal-plastik kollu, inkluż il-PVC<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-Qorti Ġenerali tqis li mill-istudju bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-komportament tal-PVC fil-landfills<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> la jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat ukoll il-kwistjoni dwar jekk il-komportament ta’ materjali tal-plastik ieħor li ma huwiex il-PVC kinitx distinta minn dik tal-PVC għal dak li jikkonċerna l-pigmenti tal-kadmju u lanqas, kieku kien il-każ, sa liema punt il-materjali l-oħra tal-plastik ikkonċernati mir-restrizzjonijiet inkwistjoni kienu paragunabbli mal-PVC f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tirreferi għall-Komunikazzjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Kadmju u ossidu tal-kadmju, li tipprovdi li l-espożizzjoni għall-kadmju fl-ambjent hija kkalkolata abbażi tal-emissjonijiet tal-kadmju antropoġeniċi kollha magħrufin, jiġifieri b’mod partikolari l-kadmju li jiġi rrilaxxat mill-produtturi u mis-setturi tal-ipproċessar tal-kadmju/tal-ossidu tal-kadmju u l-kadmju f’sorsi mxerrdin bħall-fertilizzanti, il-produzzjoni tal-azzar, il-kombustjoni taż-żejt u tal-faħam, it-traffiku, l-inċinerazzjoni tal-iskart, u l-landfills. Għal dak li jirrigwarda l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, sabiex tiġġustifika<?PAGE NO="12"?> l-konklużjoni li tgħid li huwa neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tar-riskji, din il-komunikazzjoni tirreferi għar-riskji tal-ġenotossiċità u l-karċinoġeniċità bħala konsegwenza tal-espożizzjoni tal-kadmju fl-ambjent, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tal-espożizzjoni, minħabba li s-sustanza hija kkunsidrata bħala karċinoġenu mingħajr valur ta’ limitu. Għal dak li jikkonċerna l-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent, din il-komunikazzjoni tirreferi b’mod partikolari għar-riskji għal sit ta’ landfill li tnixxi direttament fl-ilma tal-wiċċ, għall-ilmijiet tar-Renju Unit u fir-reġjun tal-Wallonie tal-Belġju li l-konċentrazzjoni tal-kadmju hija ogħla u għall-ħamrija fir-Renju Unit fuq livell reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li din il-komunikazzjoni tippreżenta r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji inklużi fir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni u l-istrateġiji rrakkomandati sabiex jiġu limitati r-riskji tal-kadmju u tal-ossidu tal-kadmju. Madankollu, kif diġà ġie kkonstatat (ara l-punt 53 iktar ’il fuq), ir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni jitratta biss b’mod indirett il-pigmenti tal-kadmju, jiġifieri sa fejn is-siti ta’ produzzjoni ta’ dawn il-pigmenti huma kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-użu tal-pigmenti tal-kadmju kien, ċertament, limitat f’numru kbir ta’ materjali tal-plastik qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament ikkontestat, bis-saħħa tad-Direttiva 91/338 (ara l-punt 4 iktar ’il fuq) u li, bis-saħħa tar-Regolament Nru 552/2009, dawn ir-restrizzjonijiet ġew ittrasferiti għall-Anness XVII tar-Regolament Nru 1907/2006 (ara l-punt 12 iktar ’il fuq). Madankollu, għandu wkoll jiġi kkonstatat, kif jallegaw ir-rikorrenti, li l-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni kienu espliċitament esklużi mill-klassifikazzjoni armonizzata tal-perikolu tal-komponenti tal-kadmju, skont l-Anness VI tar-Regolament Nru 1272/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-ħames nett, il-Kummissjoni tirreferi għall-istudji bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Analiżi tat-talba għal deroga għall-użu ta’ metall tqil fiċ-ċestuni u palits tal-plastik<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, bid-data tad-<DATE ISO="20080929">29 ta’ Settembru 2008</DATE>, li jikkonċerna l-komportament tal-kadmju u tal-pigmenti tal-metall tqil fil-landfills. Dan l-istudju jinkludi silta ta’ rapport tal-Kunsill tal-Ministri Nordiċi tal-2003, li jipprovdi li l-mobbiltà tal-kadmju ġewwa l-landfills hija dgħajfa u li jgħid ukoll li l-eliminazzjoni kompleta tal-kadmju mix-xita tista’ tieħu diversi mijiet sa diversi eluf ta’ snin jew, f’ċerti każijiet, anki iktar, iżda li jipprovdi wkoll li ma kienet teżisti ebda prova li l-landfills jistgħu jitqiesu bħala żoni ta’ konfinament permanenti tal-kadmju. Sussegwentement, l-istudju jindika li l-istabbiltà tal-metall tqil tidher tiddependi mill-integrità taċ-ċestun/palit. Dan l-istudju jirreferi għal każ iddokumentat li jispjega li l-ħażna fl-apert tar-ramel tal-polietilene b’densità għolja (PEHD) ikkuluriti bil-pigmenti tal-kadmju għal 5-6 snin irriżulta f’konċentrazzjonijiet għolja tal-kadmju fil-ħamrija u fin-nixxiegħat tal-ilma fil-qrib. Barra minn hekk, dan l-istudju jirreferi għal żewġ studji oħra. Skont l-ewwel studju, il-pigmenti sofor tas-sulfid tal-kadmju għandhom reżistenza eċċellenti, ħlief fil-preżenza tal-umdità, u għaldaqstant huma biss ftit sensibbli għall-alterazzjonijiet esterni. Skont it-tieni studju, il-pigmenti tal-kadmju huma solidi fid-dawl, iżda jistgħu jiġu ossidati bil-mod fis-sulfat solubbli bid-dawl (raġġi ultravjola), l-arja u l-ilma. Din il-foto-ossidazzjoni hija iktar sinifikanti għall-isfar tal-kadmju milli għall-aħmar tal-kadmju. Madankollu, skont dan it-tieni studju, il-kapaċità ta’ reżistenza għad-dawl u għat-temp tiddependi mill-pigment u wkoll mill-mezz li fih jintuża dan il-pigment, jiġifieri mill-fatt li ċ-ċestuni jew il-palits ikunu sħaħ jew imrammlin.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li jipprovdi li l-fatt li l-Kummissjoni ma kkomunikatx dan l-istudju kif ukoll ir-rapport tal-Kunsill tal-Ministri Nordiċi lit-tielet rikorrenti, wara t-talba tagħha għal-access għal dawn id-dokumenti tal-<DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, juri li l-Kummissjoni ma bbażatx il-valutazzjoni tagħha tar-riskji fuq dawn id-dokumenti, għandu jiġi miċħud għall-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-punti 59 u 60 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, kif jallegaw ir-rikorrenti, ir-rilevanza ta’ dan l-istudju u tar-rapport tal-Kunsill tal-Ministri Nordiċi msemmi fih sabiex jiġu ddeterminati r-riskji tal-pimenti tal-kadmju inkwistjoni fil-materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom l-użu ta’ dawn il-pigmenti kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, hija limitata.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għal dak li jirrigwarda r-rapport tal-Kunsill ta’ Ministri Nordiċi, dan ma jikkonċernax l-użu ta’ pigmenti tal-kadmju, iżda l-komportament reazzjoni tal-kadmju fil-landfills inġenerali. Barra minn hekk, minkejja li huwa jindika li l-mobbiltà tal-kadmju ġewwa l-landfills hija dgħajfa u li l-eliminazzjoni l-eliminazzjoni kompleta tal-kadmju mix-xita tista’ tieħu diversi mijiet sa diversi eluf ta’ snin jew, f’ċerti każijiet, anki iktar, iżda li jipprovdi wkoll li ma kienet teżisti ebda prova li l-landfills jistgħu jitqiesu bħala żoni ta’ konfinament permanenti tal-kadmju, dan ir-rapport ċarament ma jikkostitwixxix bażi suffiċjenti għall-valutazzjoni tar-riskji tal-użu tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni fil-materjali tal-plastik.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-kontentut ta’ dan l-istudju, huwa minnu li dan jitratta wkoll il-komportament tal-pigmenti tal-kadmju fil-landfills. F’dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li jipprovdi li l-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ rabta bejn l-użu ta’ pigmenti tal-kadmju u l-iskular fil-landfills u li s-sors prinċipali tal-kadmju fil-landfills, ikkonstatat fir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskji tal-Unjoni, huwa l-ossidu tal-kadmju, għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, dan l-istudju jirreferi espressament għal każ li fih il-ħażna ta’ ramel tal-PEHD ikkuluriti bil-pigmenti tal-kadmju waslet għal tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma kkawżat mill-kadmju wara espożizzjoni fit-tul għall-maltemp. Barra minn hekk, anki jekk jiġi preżunt li l-ossidu tal-kadmju jikkostitwixxi s-sors prinċipali tal-kadmju fil-landfills, għandu jiġi rrilevat, kif tallega l-Kummissjoni, li l-impatt globali fuq l-ambjent jiddependi mill-kwantitajiet assoluti li jinsabu fl-ambjent u tal-bdil tas-solubbiltà li jirriżulta mill-kundizzjonijiet ambjentali u mid-degradazzjoni tal-pigmenti tal-kadmju.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li dan l-istudju jindika li l-kapaċità ta’ reżistenza għad-dawl u għall-maltemp tiddependi b’mod partikolari fuq il-mezz li fih ikun intuża l-pigment tal-kadmju, jiġifieri mill-fatt li ċ-ċestuni jew il-palits ikunu sħaħ jew imrammlin, huwa ma jinkludi ebda argument dwar il-preżenza u l-komportament tal-pigmenti tal-kadmju fid-diversi materjali tal-plastik. Madankollu, dak li huwa inkwistjoni f’din il-kawża hija preċiżament il-valutazzjoni tar-riskji tal-pigmenti tal-kadmju inkwistjoni fil-materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom l-użu ta’ dawn il-pigmenti kien limitat qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li dan l-istudju kien jikkonċerna biss il-materjali tal-plastik użati preċiżament għall-manifattura ta’ ċestuni jew ta’ palits.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan li ntqal, mill-proċess ma jirriżultax li l-Kummissjoni evalwat l-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti tas-sitwazzjoni li r-regolament ikkontestat kellu l-intenzjoni jirregola. Billi kkonkludiet, abbażi ta’ elementi xjentifiċi msemmija fil-punti 55 sa 71 iktar ’il fuq, li kien hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li kien jeħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel parti tal-motiv preżenti għandha tiġi milqugħa.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, u mingħajr ma huwa neċessarju li tingħata deċiżjoni kemm fuq it-tieni parti tal-motiv preżenti kif ukoll fuq il-motivi l-oħra mqajma mir-rikorrenti, ir-rikors għandu jiġi milqugħ u r-regolament ikkontestat għandu jiġi parzjalment annullat sa fejn huwa jirrestrinġi l-użu ta’ pigmenti tal-kadmju inkwistjoni fit-taħlitiet u fl-oġġetti prodotti minn materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tal-imsemmi regolament. Minn naħa l-oħra, il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ taqsam l‑ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu fuq waħda jew iktar mit-talbiet rispettivi tagħhom. F’dan il-każ, peress li l-Kummissjoni tilfet il-parti essenzjali tat-talbiet tagħha, iċ-ċirkustanzi tal-kawża jiġu evalwati b’mod ġust jekk jiġi deċiż li hija għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti tal-Kummissjoni, u dawn tal-aħħar għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom u 10 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>Taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2011, tal-<DATE ISO="20110520">20 ta’ Mejju 2011</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Kadmju), huwa annullat sa fejn jirrestrinġi l-użu tal-oranġjo tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 1256-57-4), tal-aħmar tas-sulfoselenid tal-kadmju (Nru CAS 58339-34-7) u tas-sulfid taż-żingu tal-kadmju (Nru CAS 8048-07-5) fit-taħlitiet u fl-oġġetti prodotti minn polimeri organiċi sintetiċi minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 494/2011.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha u 90 % tal-ispejjeż subiti minn International Cadmium Association (ICdA), Rockwood Pigments (UK) Ltd u James M Brown Ltd.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ICdA, Rockwood Pigments (UK) u James M Brown għandhom ibatu 10 % tal-ispejjeż tagħhom u 10 % tal-ispejjeż subiti mill-Kummissjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wiszniewska-Białecka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>