31999D0321



Official Journal L 123 , 13/05/1999 P. 0014 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-kunsill

tal-10 ta’Mejju 999

li tikkonċerna l-arranġamenti prattiċi għall-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri kollha skond il-kompiti ta’ l-Artikolu 17(2) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea għal-liema l-Unjoni tagħmel użu tal-WEU

(1999/321/CFSP)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u partikolarment it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li tirrelata dwar l-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU) inkluża fl-Att Finali ffirmat ma’ l-adozzjoni tat-Trattat ta’ Amsterdam,

(1) Billi l-Artikolu 17(3) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea jsemmi d-drittijiet ta’ l-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kompiti li jirreferi għalihom l-Artikolu 17(2) tagħha meta l-Unjoni tinqeda mill-WEU għall-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tagħha fuq dawn il-kompiti;

(2) Billi, skond dan l-Artikolu 17(3), il-Kunsill għandu jadotta, bi ftehim ma’ l-istituzzjonijiet tal-WEU, dawk l-arranġamenti neċessarji u prattiċi ħalli l-Istati Membri kollha jitħallew jagħtu sehemhom fil-kompiti ta’ hawn fuq u sabiex jipparteċipaw bis-sħih u fuq l-istess livell fl-ippjanar u fid-deċiżjonijiet li jittieħdu fl-WEU;

(3) Billi, fil-paragrafu 6 ta’ l-imsemmija Dikjarazzjoni, il-WEU kkonfermat li l-Istati Membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ntitolati biex jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kompiti mniżżla fl-Artikolu 17(2) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea meta l-Unjoni Ewropea tagħmel użu mill-WEU biex telabora u timplimenta d-deċiżjonijiet tagħha fuq dawn il-kompiti;

(4) Billi fit-18 ta’ Novembru 1997, il-Kunsill ta’ l-WEU adotta bħala Deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Osservaturi tal-WEU fl-operazzjonijiet imwettqa skond l-Artikolu 17(3) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea; billi dik id-deċiżjoni akkumpanjata bil-minuti mifthiema tipprovdi għall-dawk l-arranġamenti prattiċi biex iħallu l-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għal dawn il-kompiti biex jieħdu sehem bis-sħiħ taħt kondizzjonijiet indaqs fl-ippjanar u d-deċiżjonijiet meħuda fl-WEU; billi, fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-istituzzjonijiet tal-WEU esprimew il-qbil tagħhom fuq dawn l-arranġamenti bħala arranġamenti prattiċi msemmija fl-Artikolu 17(3) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-arranġamenti prattiċi li jħallu l-Istati Membri kollha sabiex jikkontribwixxu għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 17(2) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem bis-sħiħ u taħt kondizzjonijiet indaqs fl-ippjanar u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet meħuda fil-WEU qegħdin hawnhekk jiġu approvati.

It-text ta’ l-arranġamenti prattiċi hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għanda tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussell, fl-10 ta’ Mejju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Eichel

--------------------------------------------------

ARRANĠAMENTI PRATTIĊI

1. Meta l-Unjoni Ewropea tagħmel użu mill-UEP skond l-Artikolu 17(3) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, id-diskuzzjonijiet dwar il-punti relevanti ta’ l-aġenda ta’ l-UEP u l-gruppi ta’ xogħol u l-kumitati relevanti tagħha għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa tal-Istati Osservaturi. Id-disposizzjoni li hemm fil-paragrafu 4 tad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma fuq l-Osservaturi tal-UEP tippermetti, jekk il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri jew nofs l-Istati Membri inklużha l-Presidenza hekk jiddeċiedu, it-tħollija barra ta’ l-Istati Osservaturi mil-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-UEP, m’għandhiex tgħodd. [1]

2. Meta l-Unjoni Ewropea tagħmel użu mill-UEP skond l-Artikolu 17(3) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjoni li tinsab fil-paragrafu 4 ta’ l-UEP dokument K(96) 140, li jipprovdi, jekk maġġoranza ta’ l-Istati Membri jew nofs l-Istati Membri inklużha l-Presidenza hekk jiddeċiedu, għat-tħollija barra ta’ l-Istati Osservaturi mill-parteċipazzjoni f’xi operazzjoni, m’għandhiex tgħodd.

3. Stat Osservatur li nnotifika lill-Kunsill Permanenti ta’ l-UEP [2] bl-intenzzjoni tiegħu li jikkontribwixxi għal xi operazzjoni meħuda mill-UEP fuq talba mill-Unjoni Ewropea billi jibgħat militar u/jew forzi oħra relevanti li jaqblu max-xejra ta’ l-operazzjoni [3], għandu jkun intitolat li jieħu sehem bl-istess drittijiet u obligazzjonijiet daqs Membru sħiħ fl-ippjanar u fid-deċiżżjonjiet meħuda fil-UEP li jikkonċernaw il-kompitu. Dan jinkludi l-istess drittijiet ta’ parteċipazzjoni bħal pajjiżi oħra kontributorji ta’ kif għandha tinħadem u tiwettaq l-operazzjoni.

4. Stati Osservaturi li jieħdu sehem fl-operazzjonijiet għal-liema l-Unjoni Ewropea tagħmel użu mill-UEP għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż kommuni u spejjeż oħra tal-budget ta’ l-UEP li jinħolqu direttament mir-riżultat ta’ l-operazzjoni skond il-formula dwar it-tqassim ta’ l-ispejjeż fid-dokument CM(95)5 ta’ l-UEP, Anness 1, Appendiċi, paragrafu 3, jew kull regolamet ieħor ta’ l-UEP li joħroġ wara. [4]

5. Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni sħiħa ta’ l-Istati Osservaturi f’dawn l-operazzjonijiet:

- Stati Osservaturi huma mistiedna biex jinnominaw forza li tkun responsabli għall-UEP (FAWEU),

- Stati Osservaturi għandhom jiġu offruti konnessjoni man-network ta’ kommunikazzjonijiet ta’ l-EUP għall-kommunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-laqgħat u l-attivitajiet li fihom l-Osservaturi jipparteċipaw hekk kif kemm jista’ jkun malajr teknikament possibli basta jilħqu ir-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u jikkontribwixxu għall-ispejjeż tan-network. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jkun deċiż wara konsultazzjoni ma’ l-Istati Osservaturi u diskussjoni fil-gruppi rilevanti,

- kuntatt bejn l-Istati Osservaturi u l-istaff militari jkun żgurat mid-delgati tal-Oservaturi tal-militar Persuni militari addizzjonali msieħba mad-delegati tal-militar ta’ l-Istati Osservaturi jistgħu jservu bħala l-punti ta’ kuntatt għall-kriżi speċifika mill-mument li l-Kunsill jiddeċiedi li jindirizza xi kriżi fl-UEP,

- Stati Osservaturi li nnotifikaw lill-Kumitat Permanenti ta’ l-UEP bl-intenzjoni tagħhom li jikkontribwixxu għall-operazzjoni billi jibagħtu militar u/jew forzi rilevanti oħra li jikkorispondu max-xejra ta’ l-operazzjoni [5], għandhom ikunu mistiedna, waqt li jittieħdu qies ir-rekwiżiti speċifiċi tal-militar, biex jipparteċipaw, suġġetti għar-regolamenti rilevanti tas-sigurtà, fl-ippjanar ta’ laqgħat u konferenzi, u x-xogħol kollu ta’ l-ippjanar taċ-Ċellola ta’ l-Ippjanar relatat ma’ dik l-operazzjoni. Għall-għanijiet ta’ ippjanar għall-operazzjoni li tkun qed isir ippjanar fuqha, l-Istati Osservaturi jiġu mistiedna, kif imur, sabiex isaħħu xi unit dedikata ta’ Cellola tal-Ippjannar, fejn jitwettaq l-ippjanar kollu għall-operazzjoni, b’persuni fuq bażi ta’ termini ta’ referenza biex jiġu elaborati suġġetti għar-regolamenti rilevanti tas-sigurtà It-termini ta’ referenza jipprovdu għall-parteċipazzjoni fl-ippjannar kollu u l-preparazzjoni tax-xogħol, jinkludu ad hoc u ppjannar ta’ laqgħat u konferenzi formali, forzi ta’ xogħol u gruppi ta’ xogħol ta’ kuljum

- L-Istati Osservaturi jistgħu jkunu intitolati li jieħdu sehem fit-taħriġ ta’ l-UEP relatatt ma’ l-operazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-Artikolu 17(3) tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-paragrafi 2, 3 u 4.

[1] Dan il-paragrafu għandu jgħodd matul il-fażijiet ta’ l-kriżijiet maniġerjali kollha, inkluż l-għaqda bejn il-UE/UEP fl-evalwazzjoni u fl-immoniterjar ta’ xi kriżijiet li jitfaċċaw.

[2] In-notifikazzjoni minn xi Stat Osservatur bl-intenzzjoni tiegħu li jibgħat forzi għal xi operazzjoni riferuta fil-paragrafu 3, li tista’ tkun magħmula matul il-fażijiet kollha tal-kriżijiet, għandha tintbagħat lill-Kunsill Permanenti ta’ l-UEP billi l-ewwel tgħaddi lis-Segretarju Ġenerali ta’ l-UEP fejn dan jgħaddiha lill-Kunsill Permanenti ta’ l-UEP. In-notifikazzjoni ma għandhiex neċessarjament tispeċifika l-units eżatti tal-kontribuzzjoni fil-futur, u ma tbiddilx il-proċeduri li joħolqu l-forza li jkunu qegħdin fis-seħħ fil-UEP, i.e. ir-rabta formali tal-forzi ssegwi l-adozzjoni ta’ l-OPLAN għall-operazzjoni.

[3] Din ir-rabta tista’ tkopri d-disposizzjonijiet loġistiċi u faċilitajiet oħra ta’ xejra sinjifikanti.

[4] Kull tibdil fil-formula dwar it-tqassim ta’ l-ispejjeż għandha bżonn l-qbil ta’ l-Istati Osservaturi sakemm din tkun dwar il-kontribuzzjoni ta’ l-Istati Osservaturi għall-ispejjeż tal-operazzjonijiet imwettqa mill-UEP fuq talba ta’ l-UE.

[5] Din ir-rabta tista’ tkopri d-dispożizzjonijiet loġistiċi u faċilitajiet oħra ta’ xejra sinjifikanti.

--------------------------------------------------