|
2.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta' Lulju 2014
li tawtorizza laboratorji fir-Repubblika tal-Korea jwettqu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja
(notifikata bid-dokument C(2014)5352)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/514/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim tar-rabja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2000/258/KE taħtar lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) f'Nancy, Franza (integrata mill-1 ta' Lulju 2010 fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail, ANSES), bħala l-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi biex tiġi ssorveljata l-effettività tat-tilqim tar-rabja. |
|
(2) |
Dik id-Deċiżjoni tistipula wkoll li l-ANSES għandha tiddokumenta l-evalwazzjoni tal-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw biex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja. |
|
(3) |
L-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Korea ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju KBNP, INC f'Sinam-myeon appoġġata minn rapport ta' evalwazzjoni favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES bid-data tas-16 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Wara r-rapport ta' evalwazzjoni sfavorevoli stabbilit mill-ANSES bid-data tas-16 ta' Settembru 2013, l-awtorizzazzjoni li ngħatat fl-1 ta' Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2000/258/KE lil-laboratorju Komipharm International Co Ltd f'Siheung-si ġiet irtirata skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE (2). |
|
(5) |
L-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Korea ressqet applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-ġdid tal-laboratorju Komipharm International Co. Ltd f'Siheung-si li hija appoġġata minn rapport ta' stima favorevoli stabbilit għal dak il-laboratorju mill-ANSES, bid-data tal-24 ta' April 2014. |
|
(6) |
Għaldaqstant, dawk il-laboratorji għandhom ikunu awtorizzati jwettqu testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:
|
(a) |
|
|
(b) |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta' Awwissu 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/436/UE tad-9 ta' Awwissu 2010 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE fir-rigward tat-testijiet ta' profiċjenza għall-finijiet taż-żamma tal-awtorizzazzjonijiet tal-laboratorji biex iwettqu testijiet seroloġiċi biex jimmonitorizzaw l-effettività tal-vaċċini tar-rabja (ĠU L 209, 10.8.2010, p. 19).