31987R0253



Official Journal L 029 , 30/01/1987 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0167


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 253/87

tad-19 ta' Jannar 1987

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Rivoluzzjonarja tal-Poplu tal-Ginea dwar is-sajd ’il barra mill-kosta tal-Ginea, iffirmat f'Conakry is-7 ta' Frar 1983

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u partikolarment l-Artikolu 155(2)(b) u 167(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim dwar is sajd ’il barra mill-kosta tal-Ginea, il-Komunitá u r-Repubblika tal-Ginea mexxew negozjati sabiex jiġu stabbiliti l-emendi jew iż-żidiet li għandhom isiru fil-Ftehim fl-aħħar ta' l-ewwel perjodu ta' tliet snin ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim;

Billi, bħala riżultat ta' dawk in-negozjati, Ftehim li jemenda l-Ftehim tas-Sajd beda jopera fit-12 ta' Lulju 1986;

Billi, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 155(2)(b) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, huwa għall-Kunsill biex jistabbilixxi l-proċeduri xierqa sabiex jieħu f'kunsiderazzjoni l-interessi kollha jew parti minnhom tal-Gżejjer Kanarji meta jadotta deċiżjonijiet, għal kull każ, b'mod partikolari bil-ħsieb għal konklużjoni ta' ftehim tas-sajd ieħor b'pajjiżi terzi; billi f'dan il-każ partikolari, l-imsemmija proċeduri għandhom jiġu ddeterminati;

Billi huwa fl-interess tal-Komunità li tikkonkludi dan l-Ftehim,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Rivoluzzjonarju tal-Poplu tal-Ginea dwar is-sajd ’’il barra mill-kosta tal-Ginea, iffirmat f'Conakry is-7 ta' Frar 1987, huwa hawnhekk approvat fl-isem tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-interessi tal-Gżejjer Kanarji, il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 u, sa fejn huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tiegħu, id-disposizzjonijiet tal-politka tas-sajd komuni dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, għandhom jgħoddu wkoll għad-dgħajjes li jbaħħru taħt il-bandiera ta' Spanja li huma rreġistrati fuq bażi permanenti fir-reġistri ta' l-awtoritajiet kompetenti fuq livell lokali (

) fil-Gżejjer Kanarji, taħt il-kondizzjonijiet definiti fin-Nota 6 ta' l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 570/86 ta' l-24 ta' Frar 1986 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "Prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amminstrattiva fil-kummerċ bejn it-territorju tad-doganali tal-Komunità, Ceuta u Melilla u tal-Gżejjer Kanarji [3].

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuni bil-poter li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, Id-19 ta' Jannar 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

P. De Keersmaeker

[1] ĠU C 294, 20.11.1986, pġ. 6.

[2] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Diċembru 1986 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 56, 1.3.1986, pġ. 1.

--------------------------------------------------