6.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 264/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9437 — Würth Group/GES)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 264/05)

1.   

Fid-29 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Fega & Schmitt Elektrogroßhandel GmbH (il-Ġermanja), tappartjeni għall-grupp Adolf Würth GmbH & Co. KG (“Würth Group”, il-Ġermanja); u

—

Grupo Electro Stocks, S.L.U. (“GES”, Spanja), ikkontrollata minn APAX Edison Holdco, S.à.r.l. (il-Lussemburgu).

Würth Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ GES kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Würth Group: distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti u sistemi manufatturati minn terzi persuni prinċiplament għall-utenti finali professjonali fil-kummerċ u l-industrija, inklużi l-installazzjoni elettrika, l-awtomazzjoni industrijali, cables u wires, għodda, teknoloġija tad-data u tan-networks, dwal u illuminazzjoni, apparati tad-dar, u prodotti multimedia kif ukoll teknoloġija tat-tisħin tad-djar bl-elettriku u l-ġenerezzjoni tal-enerġija riġenerattiva.

—   GES: distribuzzjoni fi Spanja ta’ materjali elettriċi u tal-fluwidu prinċipalment lil professjonisti oħra fis-settur tal-kostruzzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9437 — Würth Group/GES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.