Brussell, 23.7.2026

COM(2026) 386 final

2026/0215(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anki f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal materja partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li tista’ tintuża proċedura aċċelerata għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro 3 . Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha 4  ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom filwaqt li tagħmel biss dawk l‑adattazzjonijiet formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fil‑lingwi uffiċjali kollha, tad-Direttiva 2003/25/KE u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in‑numri qodma u dawk ġodda tidher f’tabella kif stabbilit fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata.

🡻 2003/25/KE (adattat)

2026/0215 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti speċifiċi tal-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu ⌦ 100(2) ⌫ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 

(1)Ir-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 ġiet emendata kemm-il darba 8 b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi kkodifikata.

🡻 2003/25/KE premessa 1 (adattat)

(2)Fil-qafas tal-politika tat-trasport komuni għandhom jittieħdu miżuri sabiex ⌦ jiġi garantit il-livell neċessarju ta’ sikurezza ⌫ fit-trasport marittimu tal-passiġġieri.

🡻 2003/25/KE premessa 2 (adattat)

(3)⌦ L-Unjoni ⌫ tixtieq li tevita bil-mezzi xierqa kollha l-inċidenti fit-trasport bil-baħar li jinvolvu l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u li jirriżultaw fit-telf tal-ħajjiet.

🡻 2003/25/KE premessa 4 (adattat)

(4)Il-persuni li jużaw il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ li jaħdem abbord dawk il-vapuri ⌦ madwar l-Unjoni ⌫ kollha għandu jkollhom id-dritt li jitolbu l-istess livell għoli ta’ ⌦ sikurezza indipendentement ⌫ miż-żona li fiha joperaw il-vapuri.

🡻 2003/25/KE premessa 5 (adattat)

(5)Fid-dawl tad-daqs tas-suq intern tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, l-azzjoni ⌦ fil-livell tal-Unjoni ⌫ hija l-iktar mod effettiv sabiex ⌦ ikun hemm ⌫ livell minimu komuni ta’ ⌦ sikurezza ⌫ għall-vapuri ⌦ fl-Unjoni ⌫ kollha.

🡻 2003/25/KE premessa 6 (adattat)

(6)L-azzjoni fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫ hija l-aħjar mod sabiex jiġi żgurat l-infurzar armonizzat tal-prinċipji miftiehma fl-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (l-IMO), biex b'hekk tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw ⌦ fl-Unjoni ⌫.

🡻 2003/25/KE premessa 3

(7)Il-kapaċità ta’ sopravivenza wara ħsara minn kolliżjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri, kif stabbilita bl-istandard tal-ħsara tiegħu fl-istabbiltà, hija fattur essenzjali għas-sigurtà tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ u hija rilevanti b'mod partikolari fl-operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ; l-iktar problema perikoluża għall-istabbiltà ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri bi gverta magħluqa tar-ro-ro, wara ħsara minn kolliżjoni, hija dik li tiġri bl-effett tad-dħul ta' ammonti kbar tal-ilma fuq din il-gverta.

🡻 2003/25/KE premessa 7 (adattat)

(8)Il-ħtiġiet ġenerali ta’ stabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri f'kondizzjoni ta' ħsara ġew stabbiliti fil-livell internazzjonali mill-Konferenza ⌦ tal-Gvernijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali ⌫ tas-sena 1990 dwar is-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (is-SOLAS 90) u ġew inklużi fir-Regolament II-1/B/8 tas-SOLAS (⌦ il-Konvenzjoni ⌫ SOLAS). Dawk il-ħtiġiet jistgħu jiġu applikati fl-Unjoni kollha minħabba li ġiet applikata b'mod dirett il-Konvenzjoni tas-SOLAS għall-vjaġġi internazzjonali u ġiet applikataid-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 għall-vjaġġi domestiċi.

🡻 2003/25/KE premessa 8 (adattat)

(9)⌦ Ir-rekwiżiti speċifiċi ⌫ ta’ stabbiltà ⌦ fl- istandard ⌫ SOLAS 90 jinkludu b'mod impliċitu l-effett tad-dħul tal-ilma fuq il-gverta tar-ro-ro fi stat tal-baħar ⌦ fejn il-mewġ ikun ta’ għoli ⌫ sinifikantita' 1,5 m.

🡻 2023/946 premessa 3 (adattat)

(10)Ir-Riżoluzzjoni 14 ⌦ dwar l-arranġamenti reġjonali tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbilità għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri adottata mill-Konferenza tal-Gvernijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974, fid-29 ta’ Novembru 1995 ⌫ tippermetti lill-membri tal-OMI li jikkonkludu ftehimiet reġjonali jekk jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet prevalenti tal-baħar u kondizzjonijiet lokali oħra jirrikjedu rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà f’żona deżinjata.

🡻 2003/25/KE premessa 10

(11)Tmien pajjiżi fl-Ewropa tat-Tramuntana, inklużi seba' Stati Membri, ftiehmu fi Stokkolma fis-28 ta' Frar 1996 li jdaħħlu standard ta' stabbiltà iktar għoli għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri sabiex iqisu l-effet tal-akkumulazzjoni tal-ilma fuq il-gverta tar-ro-ro u jgħinu lill-vapuri li jissopravivu fi stati tal-baħar iktar severi mill-istandard tas-SOLAS 90, sa għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 4 m.

🡻 2003/25/KE premessa 11 (adattat)

(12)Skond dak il-ftehim, magħruf bħala l-Ftehim ta' Stokkolma, l-istandard speċifiku ta’ stabbiltà għandu x'jaqsam b'mod dirett maż-żona tal-baħar li fiha jopera l-vapur u b'mod partikolari skond l-għoli sinifikanti tal-mewġ irreġistrat fiz-zona tal-operazzjoni; l-għoli sinifikanti tal-mewġ fejn jopera l-vapur jistabbilixxi l-qawwa tal-baħar fuq il-gverta tar-ro-ro li jinħoloq waraħsara aċċidentali.

🡻 2023/946 premessa 1 (adattat)

(13)Id-Direttiva 2003/25/KE ⌦ stabbilixxiet ⌫ livell uniformi ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtejbu l-kapaċità ta’ sopravivenza ta’ dan it-tip ta’ bastiment fil-każ ta’ ħsara f’kolliżjoni u li jipprovdu livell għoli ta’ sikurezza għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Konvenzjoni SOLAS fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva.

🡻 2003/25/KE premessa 20 (adattat)

(14)⌦ Ċerti ⌫ ħtiġiet speċifiċi ta’ istabbiltà ⌦ stipulati f’din ⌫ id-Direttiva għandhom ikunu msejsa fuq metodu, kif stabbilit fl-Annessi tal-Ftehim ta' Stokkolma, li jikkalkola l-qawwa tal-baħar fuq il-gverta tar-ro-ro wara li jġarrab ħsara b'relazzjoni ma' żewġ parametri bażiċi: l-ispazju ħieles residwali tal-vapur u l-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żona tal-baħar fejn jopera l-vapur.

🡻 2023/946 premessa 2

(15)Fil-15 ta’ Ġunju 2017, l-OMI adottat ir-Riżoluzzjoni MSC.421(98) li temenda l-Konvenzjoni SOLAS u li tistabbilixxi rekwiżiti riveduti ta’ istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri f’kondizzjoni ta’ ħsara. Dawk ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri.

🡻 2023/946 premessa 5 (adattat)

(16)Ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/45/KE japplikaw għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri. ⌦ L-applikazzjoni ta r-rekwiżiti ta’ stabbilità ⌫ tal-Konvenzjoni SOLAS kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.421(98) (‘SOLAS 2020’) ⌦ għandha ⌫ tirriżulta fi tnaqqis sinifikanti tar-riskju għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ċċertifikati biex iġorru aktar minn 1350 persuna abbord.

🡻 2023/946 premessa 7

(17)Għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ċċertifikati biex iġorru 1350 persuna jew anqas abbord, l-applikazzjoni fakultattiva tar-rekwiżiti tas-SOLAS 2020 jenħtieġ li tkun tiddependi minn livell ogħla ta’ indiċi-R minn dak definit fis-SOLAS 2020, sabiex jinkiseb il-livell xieraq ta’ sikurezza.

🡻 2023/946 premessa 6 (adattat)

(18)Ikun diffiċli li jiġi stabbilit livell ogħla ta’ indiċi-R f’din id-Direttiva għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ċċertifikati biex iġorru 1350 persuna jew anqas abbord fir-rigward ta’ ċerti disinji ta’ vapuri. Għalhekk, il-kumpaniji sidien jew operaturi ta’ dawk il-vapuri b’servizz regolari fl-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-għażla li japplikaw ir-rekwiżiti ta’ stabbiltà applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ⌦ (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10  ⌫.

(19)⌦ Jeħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa, għaxar snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ⌫ l-użu ⌦ tal-għażla relatata mal-vapuri iċċertifikati biex iġorru 1350 persuna jew anqas abbord, sabiex tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa reviżjoni ta’ din id-Direttiva. ⌫ Jeħtieġ li l-Istati Membri ⌦ jinnotifikaw ⌫ lill-Kummissjoni ⌦ jekk jagħmlu użu minn dik l-għażla ⌫ flimkien mad-data relatata mal-vapuri kkonċernati.

🡻 2023/946 premessa 8

(20)Sabiex jiġi żgurat il-livell meħtieġ ta’ sikurezza, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà f’każ ta’ ħsara jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti li qatt ma jkunu ġew iċċertifikati f’konformità mad-Direttiva 2003/25/KE u li jkunu se jibdew jagħtu servizz regolari fl-Unjoni.

🡻 2003/25/KE premessa 17 (adattat)

(21)Fl-interess li tittejjeb is-sikurezza u sabiex tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-istandards komuni tas-⌦ sikurezza ⌫ rigward l-istabbiltà għandhom japplikaw għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri kollha li jipprovdu servizzi regolari lejn jew minn port fl-Istati Membri fuq vjaġġi internazzjonali ⌦ , tkun xi tkun il-bandiera li jtajru ⌫.

🡻 2003/25/KE premessa 18 (adattat)

(22)Is- ⌦ sikurezza ⌫ tal-vapuri hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati tal-bandiera u għalhekk kull Stat Membru għandu jiżgura li jitħarsu r-rekwiżiti tas-⌦ sikurezza ⌫ li japplikaw għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru.

🡻 2003/25/KE premessa 19 (adattat)

(23)L-Istati Membri għandhom ukoll jiġu indirizzati fil-kapaċità tagħhom ta' Stati ⌦ Portwali ⌫. Ir-responsabbiltajiet eżerċitati f'dik il-kapaċità huma msejsa fuq ir-responsabbiltajiet speċifiċi tal-Istat ⌦ Portwali ⌫ li huma allinjati mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar.

🡻 2003/25/KE premessa 21 (adattat)

(24)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u ⌦ jippubblikaw ⌫ l-għoli sinifikanti tal-mewġ fiż-żoni tal-ibħra li fuqhom jaqsmu l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fuq servizz regolari lejn u mill-portijiet tagħhom. Għar-rotot internazzjonali, l-għoli tal-mewġ għandu, kulfejn japplika u jkun posibbli, jiġi stabbilit bi ftehim bejn l-Istati fuq iż-żewġt itruf tal-vjaġġ.

🡻 2023/946 premessa 9 (adattat)

(25)Jenħtieġ li -Istati Portwali jikkooperaw kemm jista’ jkun sabiex jistabbilixxu l-lista taż-żoni tal-ibħra msemmija f’din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu s-sovranità tal-Istati fuq iż-żoni tal-ibħra taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-prinċipji ġenerali tad-dritt marittimu.

🡻 2023/946 premessa 10 (adattat)

(26)L-Aġenzija Ewropea għas- ⌦ Sikurezza ⌫ Marittima ilha tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2003/25/KE u jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tkompli tassistiha f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2020/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 .

🡻 2023/946 premessa 11 (adattat)

(27)Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ⌦ jenħtieġ li ⌫ l-Istati Membri jipprovdu data dwar kull vapur ro-ro tal-passiġġieri ġdid li jkun iċċertifikat biex iġorr 1350 persuna jew anqas abbord għal servizz regolari f’konformità mar-rekwiżiti ta’ stabbiltà ⌦ stipulati ⌫ f’din id-Direttiva. ⌦ Dik ⌫ id-data jenħtieġ li tingħata f’konformità mal-istruttura stabbilita fl-Anness III. ⌦ Id- ⌫ data jenħtieġ li tkun disponibbli għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ġodda kollha, peress li huma mitluba jikkonformaw mar-rekwiżiti probabilistiċi ta’ stabbiltà ⌦ stipulati ⌫ fis-SOLAS 2020.

🡻 2003/25/KE premessa 22

(28)Kull vapur ro-ro tal-passiġġieri li jagħmel vjaġġi fl-ambitu ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jġorr ċertifikat ta’ konformita maħruġ mill-amministrzzjoni tal-Istat tal-bandiera, li jenħtieġ li jiġi aċċettat mill-Istati Membri l-oħra kollha.

🡻 2019/1243 Art. 1 u l-Annex, point IX(4) (adattat)

(29)Sabiex ⌦ din ⌫ id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku, għall-iżviluppi fil-livell internazzjonali u għall-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tagħha, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat ⌦ dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ⌫ biex temenda l-Annessi ⌦ ta’ din ⌫ id-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 12 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

🡻 2003/25/KE premessa 28 (adattat)

(30)Minħabba li ⌦ l-objettivi ta’ ⌫ din id-Direttiva, jiġifieri is-salvagwardja tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar billi ttejjeb il-kapaċità tas-sopravivenza tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri fl-eventwalità ta' ħsara, ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri ⌦ iżda ⌫ ⌦ jistgħu pjuttost, minħabba ⌫ l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell ⌦ tal-Unjoni ⌫, ⌦ l-Unjoni ⌫ tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat ⌦ dwar l-Unjoni Ewropea ⌫. ⌦ F’konformità ⌫ mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx ⌦ lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi ⌫.

🡻 2023/946 premessa 13 (adattat)

(31)Sabiex ma jiġix impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq Stati Membri mingħajr kosta li ma għandhomx portijiet marittimi, u li ma għandhomx vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera tagħhom u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li dawk l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Dan ifisser li sakemm dawk il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, ma humiex obbligati jittrasponu id-Direttiva ⌦ 2003/25/KE ⌫.

🡻 

(32)Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness IV,

🡻 2003/25/KE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi livell uniformi tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri, li jtejbu l- ⌦probabilità ⌫ tas-sopravivenza ta' dan it-tip ta' vapur fil-każ ta' ħsara minn kolliżjoni u tipprovdi livell għoli ta’ ⌦ sikurezza ⌫ għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

🡻 2023/946 Art. 1.1(b) (adattat)

(1)“Konvenzjoni SOLAS” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974 u l-emendi tagħha fis-seħħ;

🡻 2023/946 Art. 1.1(c)

(2)“SOLAS 90” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.117(74);

(3)“SOLAS 2009” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.216(82);

(4)“SOLAS 2020” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974, kif emendata bir-Riżoluzzjoni MSC.421(98);

🡻 2003/25/KE (adattat)

(5)“il-Ftehim ta' Stokkolma” ifisser il-Ftehim konkluż fi Stokkolma fit-28 ta' Frar 1996 skont ir-Riżoluzzjoni 14 ⌦ dwar ⌫ “Ftehimijiet reġjonali dwar il-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri”, adottata ⌦ mill-Konferenza ta’ Gvernijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974, ⌫ fid-29 ta' Novembru 1995 (ir-⌦ Riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza SOLAS tal-1995) ⌫;

(6)“vapur ro-ro tal-passiġġieri” ifisser vapur li jġorr ⌦ iktar minn ⌫ 12-il pasiġġier, u li għandu spazji għat-tagħbija tar-ro-ro jew kategoriji ta' spazji speċjali, kif iddefinit fir-Regolament II-2/3 tal-Konvenzjoni tas-SOLAS;

🡻 2023/946 Art. 1.1(a) (adattat)

(7)“vapur ro-ro tal-passiġġieri eżistenti” tfisser vapur ro-ro tal-passiġġieri li l-prim tiegħu jkun tqiegħed jew li ⌦ kien ⌫ fi stadju simili ta’ kostruzzjoni qabel il-5 ta’ Diċembru 2024; stadju simili tal-kostruzzjoni jfisser l-istadju li fih:

(a)tibda l-kostruzzjoni identifikabbli ma’ vapur speċifiku; u

(b)ikun beda l-assemblaġġ ta’ dak il-vapur li jkun jinkludi mill-anqas 50 tunnellata jew 1 % tal-massa stmata tal-materjal strutturali, skont liema minnhom tkun l-anqas;

(8)“vapur ro-ro tal-passiġġieri ġdid” tfisser vapur ro-ro tal-passiġġieri li ma jkunx vapur ro-ro tal-passiġġieri eżistenti;

🡻 2003/25/KE (adattat)

(9)“passiġġier” ⌦ tfisser ⌫ kull persuna għajr il-kaptan u l-membri tal-ekwipaġġ jew persuni oħra impjegati jew jaħdmu f'kull kapaċità abbord vapur ⌦ fl-attività ⌫ ta' dak il-vapur u għajr tarbija taħt l-età ta' sena;

🡻 2023/946 Art. 1.1(d) (adattat)

(10)“servizz regolari” tfisser serje ta’ vjaġġi ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri operati sabiex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew aktar, jew serje ta’ vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedji:

(a)f’konformità ma’ skeda ppubblikata; jew

(b)bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu serje sistematika identifikabbli;

🡻 2003/25/KE (adattat)

(11)“l-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera” tfisser l-awtoritjiet kompetenti tal-Istat li l-bandiera tiegħu l-vapur ro-ro tal-passiġġieri huwa intitolat li jtajjar;

🡻 2023/946 Art. 1.1(e) (adattat)

(12)“Stat Portwali” tfisser Stat Membru li vapur ro-ro tal-passiġġieri jkun involut f’servizz regolari lejn il-portijiet tiegħu jew minnhom;

🡻 2003/25/KE (adattat)

(13)“vjaġġ internazzjonali” ifisser vjaġġ bil-baħar minn port ta' Stat Membru lejn port 'il barra minn dak l-Istat Membru, jew bil-maqlub;

🡻 2023/946 Art. 1.1(f) (adattat)

(14)“rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà” tfisser ir-rekwiżiti ta’ istabbiltà msemmija fl-Artikolu 6 ⌦ ta’ din id-Direttiva ⌫ ;

🡻 2003/25/KE (adattat)

(15)“l-għoli sinifikanti tal-mewġ” (HS) ⌦ tfisser ⌫ l-għoli medju tal-ogħla terz ta’ għoli tal-mewġ osservat fuq perjodu ta’ żmien speċifiku;

(16)“spazju ħieles residwali” (fr) huwa d-distanza minima bejn il-ġverta tar-ro-ro li tkun ġarrbet ħsara u l-linja finali tal-ilma baħar fil-post fejn tkun iġġarbet il-ħsara, mingħajr ma jitqies l-effett addizzjonali tal-ilma baħar akkumulat fuq il-gverta tar-ro-ro li tkun ġarrbet il-ħsara;

🡻 2023/946 Art. 1.1(g) (adattat)

(17)“kumpanija” tfisser is-sid tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew min jikri l-vapur mingħajr ekwipaġġ, li jkun ħa r-responsabbiltà għat-tħaddim tal-vapur tal-passiġġieri mingħand is-sid.

🡻 2003/25/KE

Artikolu 3

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn port ta' Stat Membru fuq servizz regolari, tkun xi tkun il-bandiera tagħhom, meta jagħmlu vjaġġi internazzjonali.

🡻 2023/946 Art. 1.2

2. Kull Stat Membru, fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat Portwali, għandu jiżgura li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera ta’ Stat li mhuwiex Stat Membru jikkonformaw għal kollox mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva qabel ma jibdew jagħmlu vjaġġi f’servizz regolari minn jew lejn il-portijiet ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mad-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 .

🡻 2023/946 Art. 1.3 (adattat)

3. L-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi u li ma għandhomx vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jtajru l-bandiera tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-obbligu stabbilit fit-tieni subparagrafu.

Dawk l-Istati Membri li biħsiebhom jagħmlu użu minn tali deroga għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2024 jekk il-kondizzjonijiet ikunu ġew issodisfati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti. Tali Stati Membri ma jistgħux jippermettu li vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jtajru l-bandiera tagħhom qable ma jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva ⌦ 2003/25/EC ⌫.

🡻 2023/946 Art. 1.4 (adattat)

Artikolu 4

Għoli sinifikanti tal-mewġ

L-għoli sinifikanti tal-mewġ għandu jintuża sabiex jiġi stabbilit l-għoli tal-ilma baħar fuq il-gverta tal-karozzi meta jiġu applikati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I. Iċ-ċifri tal-għoli sinifikanti tal-mewġ għandhom ikunu dawk li kull sena ma jinqabżux bi probabbiltà ta’ aktar minn 10 %.

🡻 2003/25/KE

Artikolu 5

Iż-żoni tal-ibħra

🡻 2023/946 Art. 1.5(a)

1. L-Istati Portwali għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata lista taż-żoni tal-ibħra salpati mill-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw f’servizz regolari lejn il-portijiet tagħhom jew minnhom kif ukoll il-valuri korrispondenti tal-għoli sinifikanti tal-mewġ f’dawk iż-żoni.

🡻 2003/25/KE (adattat)

2. Iż-żoni tal-ibħra u l-valuri applikabbli tal-għoli sinifikanti tal-mewġ f'dawk iż-żoni ⌦ , kif imsemmija fil-paragrafu 1, ⌫ għandhom jiġu ddefiniti bi qbil bejn l-Istati Membri jew, kulmeta japplika jew ikun possibbli, bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fiż-żewġt itruf tar-rotta. Meta r-rotta tal-vapur taqsam iktar minn żona waħda tal-baħar, il-vapur għandu jissodisfa l-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà għall-ogħla valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ identifikat f’dawk iż-żoni.

🡻 2023/946 Art. 1.5(b) (adattat)

3. Il-lista ⌦ msemmija fil-paragrafu 1 ⌫ għandha tiġi ppubblikata f’bażi tad-data pubblika disponibbli fuq is-sit web tal-awtorità marittima kompetenti. Il-post fejn tinsab tali informazzjoni kif ukoll kwalunkwe aġġornament fil-lista u r-raġunijiet għal dak l-aġġornament għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

🡻 2023/946 Art. 1.6 (adattat)

Artikolu 6

Rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà

1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/45/KE, il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ġodda ċċertifikati biex iġorru aktar minn 1350 persuna abbord għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fil-Kapitolu II-1, il-Parti B, tas-SOLAS 2020.

2. Skont l-għażla tal-kumpanija, il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ġodda ċċertifikati biex iġorru 1350 persuna jew anqas abbord għandhom jikkonformaw ma’:

(a)ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; jew

(b)ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Għal kull wieħed mit-tali vapuri, l-amministrazzjoni tal-Istat tal-Bandiera għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 7, dwar l-għażla magħmula rigward l-opzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu u għandha tinkludi f’tali notifika d-dettalji msemmija fl-Anness III.

3. Fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fit Taqsima A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jużaw il-linji gwida stabbiliti fl-Anness II, sa fejn u sakemm ikun prattikabbli u kompatibbli mad-disinn tal-vapur inkwistjoni.

4. Skont l-għażla tal-kumpanija, il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti ċċertifikati biex iġorru aktar minn 1350 persuna abbord li l-kumpanija tintroduċi biex joperaw servizz regolari lejn port ta’ Stat Membru jew minnu wara l-5 ta’ Diċembru 2024, u li qatt ma kienu ċċertifikati f’konformità ma’ din id-Direttiva, għandhom jikkonformaw:

(a)marr-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fil-Kapitolu II-1, il-Parti B, tas-SOLAS 2020; jew

(b)mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu II-1, il-Parti B, tas-SOLAS 2009.

Ir-rekwiżiti tal-istabbiltà li jiġu applikati għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat tal-vapur ⌦ imsemmi f ⌫l-Artikolu 7.

5. Skont l-għażla tal-kumpanija, il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti ċċertifikati biex iġorru 1350 persuna jew anqas abbord li, l-kumpanija tintroduċi biex joperaw servizz regolari lejn port ta’ Stat Membru jew minnu wara l-5 ta’ Diċembru 2024, u li qatt ma kienu ċċertifikati f’konformità ma’ din id-Direttiva, għandhom jikkonformaw :

(a)mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà, stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva; jew

(b)mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà, stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Ir-rekwiżiti ta’ stabbiltà li jiġu applikati għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat tal-vapur imsemmi fl-Artikolu 7.

6. Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri eżistenti li kienu ⌦ joperaw ⌫ servizz regolari lejn port ta’ Stat Membru jew minnu sal-5 ta’ Diċembru 2024 għandhom ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fl-Anness I fil-verżjoni li kienet tapplika qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (UE) 2023/946.

🡻 2023/946 Art. 1.8

Artikolu 7

Ċertifikati

1. Il-vapuri ro-ro tal-passiġġieri ġodda jew eżistenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom iġorru ċertifikat li jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà msemmija fl-Artikolu 6.

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera u jistgħu jiġu kkombinati ma’ ċertifikati relatati oħra. Għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness I, iċ-ċertifikat għandu jindika l-għoli sinifikanti tal-mewġ sa fejn il-vapur jista’ jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà.

Iċ-ċertifikat għandu jibqa’ validu dment li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jopera f’żona bl-istess valur ta’ għoli sinifikanti tal-mewġ jew b’valur iżjed baxx.

2. Kull Stat Membru li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala Stat Portwali għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikati maħruġa minn Stat Membru ieħor f’konformità ma’ din id-Direttiva.

3. Kull Stat Membru li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat Portwali għandu jaċċetta ċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiż terz li jiċċertifikaw li vapur ro-ro tal-passiġġieri jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà stabbiliti f’din id-Direttiva.

🡻 2023/946 Art. 1.9 (adattat)

Artikolu 8

Operat staġunali u operat ieħor għal perjodu ta’ żmien qasir

1. Jekk kumpanija li topera servizz regolari matul is-sena kollha tkun tixtieq iżżid vapuri ro-ro tal-passiġġieri addizzjonali biex joperaw dak is-servizz għal perjodu iqsar, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat jew l-Istati Portwali mhux aktar tard minn xahar qabel il-vapuri msemmija jibdew joperaw dak is-servizz.

2. Madankollu, f’każijiet meta, minħabba ċirkostanzi mhux previsti, vapur ro-ro tal-passiġġieri ta’ sostituzzjoni jkun jeħtieġ li jiġi introdott malajr sabiex jiżgura l-kontinwità tas-servizz, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 u l-punt 1.3 tal-Anness XVII tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 għandhom japplikaw minflok ir-rekwiżit ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 1.

3. Jekk kumpanija tkun tixtieq topera servizz regolari fuq bażi staġunali għal perjodu iqsar li ma jkunx itwal minn sitt xhur fis-sena, għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat jew l-Istati Portwali mhux aktar tard minn tliet xhur qabel jibda dak l-operat.

4. Għall-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi ⌦ ta’ stabbilità stabbiliti ⌫ fit-Taqsima A tal-Anness I, meta operati skont it-tifsira tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jitwettqu f’kondizzjonijiet ta’ għoli sinifikanti tal-mewġ aktar baxx minn dawk stabbiliti għall-istess żona tal-baħar għall-operat matul is-sena kollha, l-awtorità kompetenti tista’ tuża l-valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ applikabbli għall-perjodu iqsar sabiex tiddetermina il-qawwa tal-ilma baħar fuq il-gverta meta jiġu applikati r-rekwiżiti speċifiċi ta’ stabbiltà ⌦ stabbiliti ⌫ fit-Taqsima A tal-Anness I. Il-valur tal-għoli sinifikanti tal-mewġ applikabbli għal dak il-perjodu iqsar ta’ żmien għandu jiġi miftiehem bejn l-Istati Membri jew, kull meta jkun applikabbli u possibbli, bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fiż-żewġt truf tar-rotta.

5. Wara l-qbil tal-awtorità kompetenti tal-Istat jew l-Istati tal-Porwali dwar l-operati skont it-tifsira tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, il-vapur ro-ro tal-passiġġieri li jagħmel tali operati għandu jkollu l-obbligu li jġorr ċertifikat li jikkonferma l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, kif previst fl-Artikolu 7(1).

🡻 2019/1243 Art. 1 u Anness .IX(4) (adattat)

Artikolu 9

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 li jemendaw l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-⌦ Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ⌫ (OMI), u biex tittejjeb l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku.

🡻 2019/1243 Art. 1 u Anness .IX(4)

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

🡻 2003/25/KE

Artikolu 11

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

🡻 2023/946 Art. 1.10

Artikolu 12

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-5 ta’ Ġunju 2033. L-informazzjoni bbażata fuq in-notifiki msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tkun disponibbli f’forma anonimizzata.

🡻 

Artikolu 13

Tħassir

Id-Direttiva 2003/25/KE, kif emendata bl-atti elenkati fil-Parti A tal-Anness IV,, hija mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fil-Parti B tal-Anness IV.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

🡻 2003/25/KE (adattat)

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    COM(87) 868 PV.
(2)    Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.
(3)    Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għall-2026.
(4)    Ara l-Parti A tal-Anness IV ta’ din il-proposta.
(5)    ĠU C […], […], p. […].
(6)    ĠU C […], […], p. […].
(7)    Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbilta' speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2003/25/oj ).
(8)    Ara Parti A tal-Anness IV.
(9)    Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2009/45/oj ).
(10)    Direttiva (UE) 2023/946 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2023/946/oj ).
(11)    Ir-Regolament (UE) 2025/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (ĠU L, 2025/2434, 29.12.2025, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2434/oj ).
(12)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI:  http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj .
(13)    Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2017/2110/oj ).
(14)    Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57, ELI:  http://data.europa.eu/eli/dir/2009/16/oj ).