|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1843 |
1.4.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/1843)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Pacherenc du Vic-Bilh”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0593-AM05 — 8.1.2026
1. Isem il-prodott
Pacherenc du Vic-Bilh
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Organizzazzjoni
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143.
L-emendi ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif iddefiniti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-applikazzjoni għal emenda tad-DOP Pacherenc du Vic-Bilh ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:
|
(a) |
tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew ta’ prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Żoni u postijiet li fihom jitwettqu d-diversi operazzjonijiet
Deskrizzjoni
Il-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika ġew aġġornati f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025. Din l-emenda ma tibdilx iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Varjetajiet ta’ dwieli
Deskrizzjoni
Varjetajiet ta’ dwieli: Xi varjetajiet ta’ għeneb ewlenin inbidlu għal varjetajiet sekondarji għall-inbejjed ħelwin u xotti. Il-Petit Manseng saret l-unika varjetà ewlenija għall-inbejjed ħelwin, filwaqt li l-varjetajiet l-oħrajn saru varjetajiet sekondarji. Għall-inbejjed xotti, il-Courbu B saret varjetà sekondarja.
Regoli dwar il-proporzjonijiet tat-tħawwil:
Id-dispożizzjoni dwar il-proporzjon ta’ kull waħda mill-varjetajiet ewlenin, li kellhom ikunu ta’ 80 % tat-taħlita tal-varjetajiet jew anqas, tħassret.
Ir-regoli dwar il-proporzjonijiet tat-tħawwil ma japplikawx għall-kultivaturi tal-għeneb li ma jagħmlux inbid mill-produzzjoni tagħhom stess, li l-azjenda tagħhom fiż-żona tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta hija iżgħar minn 1,5 ha u li jżommu proporzjon tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb ewlenija/ewlenin ta’ 50 % tat-taħlita tal-varjetajiet jew akbar.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Limitu għal żoni mhux kultivati
Deskrizzjoni
Il-perċentwal ta’ dwieli mejtin jew neqsin żdied minn 15 % għal 20 %, minħabba l-impatt tal-eska fuq l-għeneb Cabernet u sabiex il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni jiġu armonizzati mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-DOP Béarn (żoni ġeografiċi li jikkoinċidu).
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Prattiki ta’ kultivazzjoni oħrajn
Deskrizzjoni
Żdiedu tliet dispożizzjonijiet agroambjentali mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għad-denominazzjoni. L-għan huwa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tad-denominazzjoni fid-dawl tat-tibdil fil-klima u l-aspettattivi għoljin tas-soċjetà. Dawn il-miżuri huma parti minn approċċ ta’ sostenibbiltà ġenerali meħud mill-produtturi tad-denominazzjoni.
|
— |
Il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin huwa pprojbit fiż-żoni mad-dawra. |
|
— |
Il-kontroll kimiku totali tal-ħaxix ħażin tal-irqajja’ huwa pprojbit. |
|
— |
Bejn il-flanni, il-veġetazzjoni naturali u/jew imħawla tiġi ġestita b’mezzi mekkaniċi jew fiżiċi. |
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Tagħmir tal-ħsad u tal-produzzjoni tal-inbid
Deskrizzjoni
Il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ trejlers f’forma ta’ kontejner mgħammra b’pompi bil-qala’ u l-projbizzjoni fuq il-pressi kontinwi tneħħew, peress li l-ebda operatur ma għandu tali tagħmir u ma ġie identifikat l-ebda nuqqas rigward dawn id-dispożizzjonijiet.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Ħsad
Deskrizzjoni
Il-grupp ta’ produtturi għad-denominazzjoni jixtieq li jneħħi l-proklamazzjoni dwar il-ħsad sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni amministrattiva, filwaqt li jinżamm kontroll fuq kemm hu misjur l-għeneb.
Id-dispożizzjoni dwar sensiliet multipli ġiet emendata biex jiġi ċċarat li l-inbejjed, bl-eċċezzjoni ta’ dawk bit-terminu “xotti”, iridu jiġu minn għeneb li jinħasad bl-idejn, u li l-varjetà Petit Manseng trid tinħasad f’sensiliet multipli. Bis-saħħa tal-qoxra ħoxna tagħha u l-għenieqed merħijin, il-Petit Manseng hija l-unika varjetà xierqa għall-ħsad tardiv u tippermetti żvilupp aromatiku reali (frott tal-konfettura).
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rendiment - L-ewwel produzzjoni
Deskrizzjoni
Ir-rendiment tal-inbejjed bojod xotti żdied minn 60 hL/ha għal 66 hL/ha. B’rendiment medju ta’ 44,2 hL/ha matul 5 snin, din il-miżura għandha l-għan li tistabbilizza l-produzzjoni.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
L-ipproċessar, il-produzzjoni, il-maturazzjoni, l-imballaġġ, il-ħażna
Deskrizzjoni
Għall-istess għan, kemm għall-inbejjed ħelwin kif ukoll għal dawk xotti, il-proporzjon tal-varjetà/varjetajiet ta’ għeneb ewlenija/ewlenin irid ikun ta’ 60 % tat-taħlita jew aktar. F’konformità mat-tneħħija tal-limitu ta’ 80 % fuq il-varjetajiet ewlenin fit-taħlita tal-varjetajiet.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Dwieli mħawla fuq għelieqi mtarrġa
Deskrizzjoni
Għad-dwieli mħawla fuq għelieqi mtarrġa, id-data tat-tħawwil ġiet speċifikata sabiex tikkorrispondi mad-data tal-pubblikazzjoni tad-digriet li japprova din id-dispożizzjoni.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Kapaċità tal-kantina tal-inbid
Deskrizzjoni
Sabiex jiġu armonizzati l-prattiki u jiġu ssimplifikati l-kontrolli, il-grupp ta’ produtturi tad-denominazzjoni jipproponi li l-kapaċità tal-kantina tal-inbid tiġi kkalkulata abbażi ta’ ħsad wieħed billi jiġi applikat koeffiċjent ta’ 1,5 sabiex tiġi żgurata antiċipazzjoni ottima tal-perikli tal-klima. Dan il-metodu ġdid ta’ kalkolu jissostitwixxi dak ibbażat fuq darbtejn il-medja tal-aħħar tliet vendemmji.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Dispożizzjonijiet dwar l-imballaġġ
Deskrizzjoni
L-analiżi issa trid titwettaq qabel l-imballaġġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-lottijiet upstream. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-analiżi issa jridu jinżammu għal 24 xahar minflok 6.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-prodott u t-tqegħid fis-suq għall-konsumatur
Deskrizzjoni
It-tqegħid fis-suq tal-inbejjed bojod xotti tmexxa ’l quddiem bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu D. 645-17 tal-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu għall-15 ta’ Diċembru minflok l-1 ta’ Jannar ta’ wara, u r-rekwiżit ta’ maturazzjoni sa dik id-data tneħħa wkoll.
Il-paragrafi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott relatati mat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-prodott skont it-tip u d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u t-tqegħid tagħhom fis-suq għall-konsumatur ġew emendati kif xieraq.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Miżuri tranżizzjonali
Deskrizzjoni
Peress li l-miżura tranżizzjonali dwar iż-żona ta’ rqajja’ definita skadiet, din tħassret mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Pjan ġenerali tal-post fejn jinħażnu l-inbejjed
Deskrizzjoni
L-obbligu li jitfassal pjan ġenerali għall-post fejn jinħażnu l-inbejjed tmexxa għat-taqsima dwar iż-żamma tar-rekords, sabiex tinżamm it-traċċabbiltà f’każ ta’ kontrolli.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni
Deskrizzjoni
It-tiġdid taċitu tad-dikjarazzjoni preċedenti tal-assenjazzjoni tal-irqajja’ tħassar, peress li l-bidliet annwali fl-irqajja’ art jippreżentaw riskju ta’ żball jew ommissjoni.
Din il-bidla ma għandhiex impatt operazzjonali, peress li l-ebda operatur bħalissa ma juża din l-għażla.
Id-dikjarazzjoni dwar l-imballaġġ issa hija meħtieġa mhux aktar tard mill-jum tal-operazzjoni tal-imballaġġ. Barra minn hekk, l-eżenjoni prevista għall-operaturi li jwettqu aktar minn 12-il operazzjoni tal-imballaġġ tħassret.
Dawn l-iżviluppi għandhom l-għan li jtejbu l-akkuratezza tal-volumi rapportati u li jiġu armonizzati l-obbligi bejn l-operaturi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Referenzi
Deskrizzjoni
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO, Institut national de la qualité et de l’origine) ġew aġġornati.
L-arranġamenti għall-ispezzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew emendati.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Punti ewlenin li jridu jiġu vverifikati u metodi ta’ evalwazzjoni
Deskrizzjoni
Din il-parti terġa’ tinġieb f’konformità mal-bqija tal-emendi tat-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni”.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Is-sentenza dwar il-kontribut tal-maturazzjoni tħassret mit-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika”.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed
“Pacherenc du Vic-Bilh”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0593-AM05 — 8.1.2026
1. Isem/Ismijiet
Pacherenc du Vic-Bilh
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod bla gass
Karatteristiċi organolettiċi
Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Pacherenc du Vic-Bilh tintuża esklużivament għall-inbejjed bojod bla gass.
Dawn l-inbejjed xotti huma aromatiċi, ġeneralment b’aromi ta’ frott abjad u eżotiku jew ta’ fjuri.
L-għeneb għandu konċentrazzjoni ta’ zokkor, ta’ aromi u ta’ aċidità. L-inbejjed bojod ħelwin imbagħad jistgħu jiġu prodotti permezz tal-ħsad f’sensiliet multipli. Huma bbilanċjati tajjeb, robusti u għandhom aċidità tajba. L-aromi ta’ frott ġeneralment jiddominaw u jistgħu jinbidlu matul il-maturazzjoni għal noti aktar ta’ konfettura u ta’ għasel.
Il-bilanċ huwa kkaratterizzat mill-aċidità u min-natura robusta tagħhom.
Din il-kumplessità aromatika tiżviluppa u titrawwem mill-perjodu ta’ maturazzjoni minimu li jintemm fil-15 ta’ Marzu tas-sena wara s-sena tal-ħsad.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
—
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
14 |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
— |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
L-inbejjed bojod xotti għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn 4 grammi għal kull litru, u qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11,5 %. Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx taqbeż l-14 %.
L-inbejjed bojod b’zokkor fermentabbli għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ tal-anqas 45 gramma għal kull litru. Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum: 14,5 %
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 18,5
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11,5
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Arrikkiment
Tip ta’ prattika enoloġika:
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni:
L-arrikkiment huwa permess kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Kontroll tat-temperatura waqt il-produzzjoni tal-inbid
Tip ta’ prattika enoloġika:
Prattika enoloġika speċifika
Deskrizzjoni:
Għall-produzzjoni ta’ nbejjed xotti, l-użu ta’ mezzi ta’ kontroll tat-temperatura huwa obbligatorju waqt il-produzzjoni tal-inbid.
Densità tat-tħawwil
Tip ta’ prattika enoloġika:
Metodu tal-kultivazzjoni
Deskrizzjoni:
Id-densità tat-tħawwil tad-dwieli minima hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Il-wisa’ bejn il-flanni tad-dwieli ma jridx jaqbeż iż-2,50 metri. Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann irid ikun tal-anqas ta’ 0,80 metri. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-irqajja’ ta’ vinji mħawla fuq għelieqi mtarrġa. “Roqgħa ta’ vinja fuq għelieqi mtarrġa” tfisser roqgħa b’għamla ta’ pajsaġġ speċifiku, stabbilita qabel ma tħawlet id-dielja, meħtieġa mix-xaqliba li kienet teżisti minn qabel. Dan il-pajsaġġ imtarraġ huwa tali li r-regoli tad-densità tat-tħawwil tas-soltu ma japplikawx u l-użu tal-magni tal-ħsad mekkanizzati bejn il-livelli varji huwa impossibbli. Għad-dwieli mħawla fuq għelieqi mtarrġa, id-distanza bejn id-dwieli fl-istess flann ma tridx tkun anqas minn 0,80 metru.
Żbir
Tip ta’ prattika enoloġika:
Metodu tal-kultivazzjoni
Deskrizzjoni:
Regoli taż-żbir Id-dwieli jitħarrġu bl-użu ta’ żabra qasira (cordon de Royat), jew bi żbir Guyot sempliċi jew doppju, bl-għadd ta’ għejun massimu li ġej għal kull pjanta: 15 għaż-żabra qasira (cordon de Royat) u għaż-żabra Guyot sempliċi, - 20 għaż-żabra Guyot doppja. L-għadd ta’ friegħi li jagħtu l-frott fis-sena għal kull pjanta wara l-fjur (l-istadju ta’ tkabbir fenoloġiku 23 ta’ Lorenz) huwa anqas minn jew ta’: -12 għaż-żabra qasira (cordon de Royat) u għaż-żabra Guyot sempliċi, - 12 għaż-żabra Guyot doppja, għall-varjetà Gros Manseng B, - 16 għaż-żabra Guyot doppja, għall-varjetajiet l-oħrajn.
Irrigazzjoni
Tip ta’ prattika enoloġika
Metodu tal-kultivazzjoni
Deskrizzjoni:
L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata.
Ħsad tal-għeneb
Tip ta’ prattika enoloġika:
Metodu tal-kultivazzjoni
Deskrizzjoni:
Bl-eċċezzjoni tal-inbejjed bit-terminu “xott”, l-inbejjed isiru minn għeneb li jinħasad bl-idejn u l-varjetà Petit Manseng tinħasad f’sensiliet multipli.
7.2. Rendimenti massimi
Inbejjed bojod xotti
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
66 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
Inbejjed bojod b’zokkor residwu
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
40 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitri għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Arrufiac B - Arrufiat |
|
— |
Courbu B - Gros Courbu |
|
— |
Gros Manseng B |
|
— |
Petit Courbu B |
|
— |
Petit Manseng B |
|
— |
Sauvignon B - Sauvignon blanc |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
1- Żona ġeografika
L-għeneb jinħasad u l-inbejjed isiru, jiġu żviluppati u mqaddma fiż-żona ġeografika, li, fid-data tal-approvazzjoni ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott mill-kumitat nazzjonali kompetenti, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2025:
|
— |
Id-dipartiment ta’ Gers:
|
|
— |
Id-dipartiment ta’ Hautes-Pyrénées: Castelnau-Rivière-Basse, Hagedet, Lascazères, Madiran, Saint-Lanne u Soublecause. |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Pyrénées-Atlantiques: Arricau-Bordes, Arrosès, Aubous, Aurions-Idernes, Aydie, Bétracq, Burosse-Mendousse, Cadillon, Castetpugon, Castillon (canton ta’ Lembeye), Conchez-de-Béarn, Corbère-Abères, Crouseilles, Diusse, Escurès, Gayon, Lasserre, Lembeye, Mascaraàs-Haron, Moncaup, Moncla, Monpezat, Mont-Disse, Portet, Saint-Jean-Poudge, Séméacq-Blachon, Tadousse-Ussau u Vialer. |
2- Iż-żona ta’ rqajja’ definita
L-inbejjed iridu jsiru minn għeneb li jitkabbar fi rqajja’ li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni kif approvat mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (INAO) fil-laqgħat tal-kumitat nazzjonali rilevanti fis-6 ta’ Marzu 1997, fit-8 u fid-9 ta’ Novembru 2006, fit-3 ta’ Mejju 2017 u fid-29 u fit-30 ta’ Ġunju 2023.
L-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità jissottometti l-mapep li jistabbilixxu l-konfini tal-irqajja’ taż-żona ta’ produzzjoni approvati b’dan il-mod lill-kunsilli lokali tal-muniċipalitajiet elenkati fil-paragrafu 1.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona ġeografika tinsab fin-Nofsinhar u fil-Punent tax-Xmara Adour, f’qiegħ l-għoljiet tan-Nofsinhar tal-Pirinej. Din tkopri sezzjoni ta’ għoljiet li tinkludi 37 muniċipalità fi tliet dipartimenti. Klima relattivament omoġenja, moderata u pjuttost umda tippredomina fiż-żona kollha. Fi tmiem is-sajf u fil-ħarifa, ir-riħ sħun u xott min-Nofsinhar tat-tip foehn huwa frekwenti. Il-promontorji ta’ Madirannais huma essenzjalment magħmula minn molassa prinċipalment iffurmata mill-marl u xi ġnub tal-ġebla tal-ġir. Ġie ddepożitat tafal biż-żrar fuq dawn id-depożiti tal-molassa, segwit minn saff alluvjali ta’ ċagħaq, li llum il-ġurnata jinsab fl-ogħla pożizzjoni. Dawn il-formazzjonijiet ittieklu bl-erożjoni matul il-perjodu Kwaternarju, u dan irriżulta fil-ħolqien ta’ ħames promontorji mifrudin b’widien assimetriċi: id-depożitu tal-molassa jidher bħala ġnub kalkarji ’l hemm u ’l hawn fuq ix-xaqlibiet weqfin li jħarsu lejn il-Punent. Ix-xaqlibiet anqas weqfin, li jħarsu lejn il-Lvant huma miksijin b’ramal minfuħ mir-riħ li tħallat mad-depożiti sottostanti. Il-ħamrija assoċjata hija ta’ żewġ tipi ewlenin: ħamrija taflija bil-ġebla tal-ġir u ħamrija tal-lissija. L-arkivji tal-Prijorat ta’ Madiran juru li, fil-bidu tas-seklu 13, il-vinji kienu jinsabu kullimkien fiż-żona. L-arkivji minn dan il-perjodu jirreferu għall-ħsad f’sensiliet multipli, li jagħmluha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ħelwin u nbejjed xotti fuq l-istess roqgħa. F’nofs is-seklu 16, l-inbejjed bojod ħelwin jew xotti bdew jiġu esportati lejn l-Olanda. Kienu jinbiegħu l-aktar bl-isem ta’ Vins du Vic-Bilh. It-terminu “Pacherenc”, li jirreferi għall-metodu ta’ tħarriġ mal-kannizzati fi flanni, deher fi tmiem is-seklu 19 biex jiddeskrivi l-inbejjed bojod xotti jew ħelwin mir-reġjun Vic-Bilh. Ir-reputazzjoni tal-inbejjed bojod Vic-Bilh, li inizjalment inkisbet barra minn Franza, issa qed tiżviluppa fil-livell reġjonali. Id-denominazzjoni ta’ oriġini reġistrata Pacherenc du Vic-Bilh ġiet rikonoxxuta fl-1948. Iż-żoni ddikjarati kienu żgħar ħafna fl-ewwel ftit snin. Dawn bdew jikbru malajr biss fis-snin 80, u laħqu madwar 300 ettaru mill-2009. Il-popolazzjoni tad-dwieli hija komposta primarjament mill-varjetajiet tipiċi tal-baċir ta’ Adour (il-Petit Manseng B u l-Gros Manseng B, il-Courbu B u l-Petit Courbu B, l-Arrufiac B), jew mill-varjetajiet reġjonali (is-Sauvignon B). Il-produzzjoni tinsab hawn minħabba l-ambjent fiżiku li jiffavorixxiha. Din iż-żona fuq ġnub l-għoljiet tibbenefika minn skular tal-ħamrija tajjeb u xaqlibiet li jiżguraw li jiskula l-ilma tax-xita żejjed, temperaturi għoljin u ħafna dawl tax-xemx, meta x-xaqlibiet ikunu orjentati b’mod favorevoli. Il-klima moderata u relattivament xotta fil-ħarifa, b’mod partikolari bis-saħħa tar-riħ min-Nofsinhar, tippermetti t-tqaddid u s-sajran eċċessiv tal-għeneb f’kundizzjonijiet b’saħħithom. L-eżistenza ta’ rotta ta’ komunikazzjoni faċli (il-wied ta’ Adour) iffaċilitat ukoll l-iżvilupp. Iż-żona ta’ rqajja’ tiddemarka l-irqajja’ li jippermettu li l-għeneb isir u possibbilment jitqadded f’kundizzjonijiet sani. F’dan it-terren bl-għoljiet u parzjalment imsaġġar b’medda wiesgħa ta’ orjentazzjonijiet u ta’ ħamriji, id-dwieli jinsabu mferrxin b’mod invarjabbli, u jiffurmaw pajsaġġ imlaqqat. L-għażla tal-popolazzjoni tad-dwieli, li xxaqleb lejn varjetajiet tardivi li jipproduċu nbejjed b’kontenut alkoħoliku għoli, tirrifletti ż-żewġ tipi ta’ prodotti mfittxija u l-klima lokali. Bis-saħħa tal-qoxra ħoxna tagħhom, dawn il-varjetajiet ma humiex suxxettibbli għall-moffa griża u huma reżiljenti fi klimi relattivament umdi, u hekk jippermettu s-sajran eċċessiv u t-tqaddid. It-teknika tal-ħsad f’sensiliet multipli tagħmilha possibbli li tiġi ottimizzata l-kwalità tal-ħsad hekk kif jipprogressaw is-sajran eċċessiv u t-tqaddid tal-għeneb, sabiex jinkisbu kemm inbejjed bojod xotti u vivaċi kif ukoll inbejjed bojod ħelwin rikki fiz-zokkor fermentabbli u fl-aromi. Il-produtturi jagħmlu l-inbejjed bojod xotti billi jaħsdu l-għeneb fil-punt tas-sajran. Dawn l-inbejjed huma aromatiċi, ġeneralment b’aromi ta’ frott abjad u eżotiku, jew ta’ fjuri. Il-bilanċ huwa kkaratterizzat mill-aċidità u min-natura robusta tagħhom. Fil-ħarifa, is-sajran ikompli, u s-sajran eċċessiv isir evidenti permezz tat-tqaddid. L-għeneb għandu konċentrazzjoni ta’ zokkor, ta’ aromi u ta’ aċidità. L-inbejjed bojod ħelwin imbagħad jistgħu jiġu prodotti permezz tal-ħsad f’sensiliet multipli. Huma bbilanċjati tajjeb, robusti u għandhom aċidità tajba. L-aromi ta’ frott ġeneralment jiddominaw u jistgħu jinbidlu matul il-maturazzjoni għal noti aktar ta’ konfettura u ta’ għasel. Din il-kumplessità aromatika tiżviluppa u titrawwem mill-perjodu ta’ maturazzjoni minimu li jintemm fil-15 ta’ Marzu tas-sena wara s-sena tal-ħsad, indikata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, filwaqt li jiġi rrispettat l-għarfien prattiku tal-produttur.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Tikkettar: “Xott”
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
L-isem tad-denominazzjoni jrid jiġi segwit mit-terminu “xott” għall-inbejjed li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ttikkettati bħala tali, kif indikat fit-taqsima “Deskrizzjoni”. It-terminu “xott” jiddaħħal immedjatament wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Tikkettar: unità ġeografika iżgħar u unità ġeografika akbar
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
L-isem ta’ unità ġeografika iżgħar jista’ jidher fuq it-tikketti tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini reġistrata, dment li: - ikun l-isem ta’ post elenkat fir-reġistru tal-artijiet; - l-isem jidher fid-dikjarazzjoni dwar il-ħsad. L-inbejjed b’din id-denominazzjoni jistgħu jispeċifikaw l-unità ġeografika usa’ “Sud-Ouest” fuq it-tikketti tagħhom.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żona fil-viċinanza immedjata
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-produzzjoni, għall-iżvilupp u għat-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-Dipartiment ta’ Gers: Labarthète, Riscle u Saint-Mont.
F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, iż-żona fil-viċinanza immedjata tikkorrispondi għal żona fil-viċinanza immedjata taż-żona definita inkwistjoni.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-f98a4f82-b5de-47fc-92b6-afed6141e44e
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1843/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)