16.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 54/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10110 — IKB/Hypoport/Fundingport)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 54/04)

1.   

Fid-9 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

IKB Deutsche Industriebank AG (“IKB”, il-Ġermanja);

—

Hypoport SE (“Hypoport”, il-Ġermanja); kif ukoll

—

Fundingport GmbH (“Fundingport”, il-Ġermanja)

IKB u Hypoport jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Fundingport.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

IKB hija kumpanija finanzjarja, li fost oħrajn tipprovdi kreditu għal klijenti korporattivi ta’ daqs medju kif ukoll tassisti kumpaniji ta’ daqs medju b’servizzi ta’ konsulenza dwar kwistjonijiet ta’ kreditu u tas-suq kapitali.

—

Hypoport hija kumpanija tal-fin-tech, li tħaddem diversi sussidjarji fil-qasam tal-kreditu, il-proprjetà immobbli u l-assikurazzjoni.

—

Fundingport tħaddem pjattaforma għall-provvista ta’ krediti għal klijenti korporattivi ta’ daqs medju. L-attivitajiet kummerċjali tagħha bħalissa huma kkonċentrati fuq il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10110 — IKB/Hypoport/Fundingport

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta, permez tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.