Official Journal L 139 , 02/06/1994 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 li tirrigwarda l-pożizzjoni komuni ddefinita fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tirrigwarda t-tnaqqis tar-relazzjoniet ekonomiċi mal-Haiti (94/315/CFSP) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu, Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 917 (1994) adottata fis-6 ta' Mejju 1994 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Għandhom jiġu mnaqqsa r-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Haiti skond id-dispożizzjonijiet mandatorji rilevanti tar-riżoluzzjoni 917 (1994) adottata fis-6 ta' Mejju 1994 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. 2. L-Istati Membri għandhom jadottaw mingħajr dewmien il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-miżuri amministrattivi meħtieġa sabiex jiffriżaw il-fondi u r-riżorsi finanzjarji riferiti fil-paragrafu 4 ta' din ir-riżoluzzjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussell, fit-30 ta' Mejju 1994 Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis --------------------------------------------------