|
18.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 243/41 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/55/KE
tas-17 ta’ Settembru 2007
li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal azinphos-methyl
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar- residwi ta’ pestiċidi ġewwa l-frott u ħaxix u fuqhom, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi ġewwa ċ-ċereali u fuqhom (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġewwa affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u fuqhom (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti u fuqhom, inkluż il-frott u l-ħaxix (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni kienet mgħarrfa li għal azinphos-methyl l-MRLs (Livelli Massimi ta’ Residwi) attwali jista’ jkun li jeħtieġu li jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibilità ta’ tagħrif ġdid dwar it-tossikoloġija u l-konsum tal-konsumatur. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri li qagħdu bħala rapporteur għal azinphos-methyl skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (5), sabiex jagħmlu proposta għar-reviżjoni ta’ l-MRLs tal-Komunità. Proposta bħal din tressqet quddiem il-Kummissjoni. |
|
(2) |
L-MRLs tal-Komunità u l-livelli rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm numru ta’ MRLs tal-Codex għal azinphos-methyl. L-MRLs tal-Komunità bbażati fuq l-MRLs tal-Codex ġew evalwati wkoll mill-Istat Membru Rapporteur fid-dawl tat-tagħrif ġdid dwar ir-riskji għall-konsumaturi. |
|
(3) |
Is-soġġettar ta’ matul il-ħajja u dak fuq terminu ta’ żmien qasir tal-konsumaturi għal azinphos-methyl permezz tal-prodotti ta’ l-ikel ġie evalwat mill-ġdid skond il-proċeduri u l-prattiċi tal-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (6). Fuq din il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda ta’ residwi, li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda soġġettar inaċċettabbli tal-konsumatur. |
|
(4) |
Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jitħares kif xieraq mis-soġġettar għar-residwi li jirriżultaw mill-użu mhux awtorizzat tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti, livelli massimi ta’ residwi għandhom ikunu stabbiliti għall-permutazzjonijiet ta’ prodotti/perstiċidi rilevanti fil-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika. |
|
(5) |
Għalhekk jinħtieġ li jitbiddlu l-livelli massimi ta’ residwi stipulati fl-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/EEC, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użi tagħhom u sabiex iħarsu l-konsumatur. |
|
(6) |
Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Komunità kienu mgħarrfa dwar il-livelli massimi ġodda ta’ residwi u se jitqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli. |
|
(7) |
Għalhekk id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jiġu emendati skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, titħassar l-entrata relatata ma’ azinphos-methyl.
Artikolu 2
Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Marzu 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza tali meta jiġu uffiċjalment ippubblikati. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din it-tip ta’ referenza.
Artikolu 6
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9).
(2) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, 31).
(3) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).
(4) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25).
(5) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).
(6) Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).
ANNESS I
Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:
|
Residwi tal-Pestiċida |
Livelli massimi f’mg/kg |
|
“Azinphos-methyl |
0,05 (*) ĊEREALI” |
ANNESS II
Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:
|
|
Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |
||
|
Residwi tal-Pestiċida |
tax-xaħam fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 00 00 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 00 , 0210 , 1601 00 u 1602 (1) (4) |
għal ħalib tal-baqra u ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0401 ; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri. 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406 skond (2) (4) |
ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 00 u 0408 (3) (4) |
|
“Azinphos-methyl |
0,01 (*1) |
0,01 (*1) |
0,01 (*1) |
(*1) tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika”
ANNESS III
Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, tiżdied il-kolonna li ġejja:
|
“Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs |
Azinphos-methyl |
||
| 1. Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippreżervat bl-iffriżar, li ma fihx zokkor miżjud, ġewż |
|||
|
0,05 (*1) |
||
|
Grejpfrut |
|
||
|
Lumi |
|
||
|
Lajm |
|
||
|
Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) |
|
||
|
Larinġ |
|
||
|
Pomelos |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,5 |
||
|
Lewż |
|
||
|
Ġewż tal-Brażil |
|
||
|
Ġewż ta’ l-anakardju |
|
||
|
Qastan |
|
||
|
Ġewż ta' l-Indi |
|
||
|
Ġellewż |
|
||
|
Makadamja |
|
||
|
Ġewż tal-Pekan |
|
||
|
Ġewż ta’ l-arznu (pine nuts) |
|
||
|
Pistaċċi |
|
||
|
Ġewż |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,5 (t) |
||
|
Tuffieħ |
|
||
|
Lanġas |
|
||
|
Sfarġel |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,5 (t) |
||
|
Berquq |
|
||
|
Ċirasa |
|
||
|
Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) |
|
||
|
Għanbaqar |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Għeneb tal-mejda |
|
||
|
Għeneb ta' l-inbid |
|
||
|
0,5 (t) |
||
|
0,5 (t) |
||
|
Tut |
|
||
|
Dewberries |
|
||
|
Loganberries |
|
||
|
Ċawsli |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Bilberries |
|
||
|
Cranberries |
0,1 |
||
|
Passolina (ħamra, sewda u bajda) |
0,5 (t) |
||
|
Gooseberries |
0,5 (t) |
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Avokado |
|
||
|
Banana |
|
||
|
Tamal |
|
||
|
Tin |
|
||
|
Kiwi |
|
||
|
Kumquats |
|
||
|
Litchis |
|
||
|
Mango |
|
||
|
Żebbuġ (konsum domestiku) |
|
||
|
Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) |
|
||
|
Papaja |
|
||
|
Passion fruit |
|
||
|
Ananas |
|
||
|
Rummien |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
| 2. Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin |
|||
|
0,05 (*1) |
||
|
Pitrava zokkrija |
|
||
|
Zunnarija |
|
||
|
Cassava |
|
||
|
Krafes |
|
||
|
Fiġel |
|
||
|
Artiċokks |
|
||
|
Zunnarija bajda |
|
||
|
Għeruq tat-tursin |
|
||
|
Ravanell |
|
||
|
Sassefrika |
|
||
|
Patata ħelwa |
|
||
|
Swedes |
|
||
|
Ġdur |
|
||
|
Ġamm |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Tewm |
|
||
|
Basal |
|
||
|
Shallots |
|
||
|
Spring onions |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Tadam |
|
||
|
Bżar |
|
||
|
Brunġiel |
|
||
|
Okra |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Ħjar |
0,2 |
||
|
Gherkins |
|
||
|
Qarabali |
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Bettieħ |
|
||
|
Squashes |
|
||
|
Dulliegħ |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
|
||
|
Brokkli (inkluża l-Calabrese) |
|
||
|
Pastard |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Brussels sprouts |
|
||
|
Kaboċċa tar-ras |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Kaboċċa taċ-Ċina |
|
||
|
Kale |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
|
||
|
Krexxuni |
|
||
|
Ħass tal-ħaruf |
|
||
|
Ħass |
|
||
|
Scarole (spinaċi tal-werqa wiesa) |
|
||
|
Insalata |
|
||
|
Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tal-ġidra |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Spinaċi |
|
||
|
Weraq tal-pitravi (chard) |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Maxxita |
|
||
|
Il-kurrat salvaġġ |
|
||
|
Tursin |
|
||
|
Weraq tal-karfus |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Fażola (bl-imżiewed) |
|
||
|
Fażola (mingħajr imżiewed) |
|
||
|
Piżelli (bl-imżiewed) |
|
||
|
Piżelli (mingħajr imżiewed) |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Asparagu |
|
||
|
Kardun |
|
||
|
Karfus |
|
||
|
Bużbież |
|
||
|
Qaqoċċ |
|
||
|
Kurrat |
|
||
|
Ir-Rabarbru |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
|
||
|
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Fażola |
|
||
|
Għads |
|
||
|
Piżelli |
|
||
|
Lupini |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
| 4. Żjut ta’ żrieragħ |
|||
|
Żerriegħa tal-kittien |
|
||
|
Karawett |
|
||
|
Żerriegħa tal-pepprin |
|
||
|
Ġulġlien |
|
||
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
||
|
Żerriegħa tal-lift |
|
||
|
Żerriegħa tas-sojja |
|
||
|
Żerriegħa tal-mustarda |
|
||
|
Żerriegħa tal-qoton |
0,2 |
||
|
Żerriegħa tal-qanneb |
|
||
|
Oħrajn |
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
|
Patata bikrija |
|
||
|
Varjazzjonijiet ta’ patata |
|
||
|
0,1 (*1) |
||
|
0,1 (*1) |
(*1) Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.
(t) Il-livelli massimi temporanji ta’ residwi sat-18 ta’ Settembru 2008. Wara din id-data l-livelli massimi ta’ residwi għandhom ikunu 0.05 (*1) mg/kg sakemm ma jitbiddlux permezz ta' Direttiva jew Regolament.”.