02017R0271 — MT — 18.02.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/271

tas-16 ta' Frar 2017

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata

(ĠU L 040 17.2.2017, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2213 tat-30 ta' Novembru 2017

  L 316

17

1.12.2017




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/271

tas-16 ta' Frar 2017

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju ftit modifikata



▼M1

Artikolu 1

1.  Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2384 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minn issa huwa estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta'

— fuljetta tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,007 mm u anqas minn 0,008 mm, indipendentement mill-wisa' tar-rombli, sew jekk ittemprata jew le, li bħalissa taqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (il-kodiċi TARIC 7607111930 ) jew

— fuljetta tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,008 mm u anqas minn 0,018 mm, f'rombli b'wisa' li jaqbeż is-650 mm, sew jekk ittemprata jew le, li bħalissa taqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (il-kodiċi TARIC 7607111940 ) jew

— fuljetta tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,018 mm u anqas minn 0,021 mm, indipendentement mill-wisa' tar-rombli, sew jekk ittemprata jew le, li bħalissa taqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (il-kodiċi TARIC 7607111950 ) jew

— fuljetta tal-aluminju ta' ħxuna mhux anqas minn 0,021 mm u mhux aktar minn 0,045 mm, meta ppreżentata b'tal-anqas żewġ saffi, indipendentement mill-wisa' tar-rombli, sew jekk ittemprata jew le, li bħalissa taqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 90 (il-kodiċi TARIC 7607119045 u 7607119080 ).

▼B

2.  Din l-estensjoni ma tapplikax għall-importazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:



L-isem tal-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Jiangsu Zhongji Lamination Materials Co., Ltd

C198

Luoyang Wanji Aluminium Processing Co., Ltd

C199

Xiamen Xiashun Aluminium Foil Co., Ltd

C200

Yantai Donghai Aluminum Foil Co., Ltd

C201

▼M1 —————

▼B

4.  Il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandu jiġi eżentat mid-dazju antidumping definittiv jekk jiġi importat għal użi oħrajn għajr għall-użu domestiku. Tali eżenzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet doganali relevanti tal-Unjoni dwar il-proċedura tal-użu finali, b'mod partikolari fl-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

5.  Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta'dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/865 u skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, bl-eċċezzjoni ta' dawk manifatturati mill-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u bl-eċċezzjoni ta' dawk li għalihom jista' jintwera li ntużaw għal użi oħra għajr l-użu domestiku f'konformità mal-paragrafu 4.

6.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.  It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiżi permezz tal-Artikolu 1, għandhom isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Brussels

Belgium

2.  F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2384, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/865.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.