2009D0935 — MT — 14.05.2014 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/935/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 325, 11.12.2009, p.12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 |
L 138 |
104 |
13.5.2014 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/935/ĠAI
tat-30 ta’ Novembru 2009
li tiddetermina l-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) ( 1 ) (id-“Deċiżjoni Europol”) u b’mod partikolari l-Artikolu 26(1)(a) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li’ tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta’ data personali u informazzjoni kklassifikata ( 2 ) u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:|
(1) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, li jiddetermina, f’lista, l-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni Europol li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet. |
|
(2) |
Hija r-responsabbiltà tal-Bord ta’ Amministrazzjoni li jipprepara dik il-lista. |
|
(3) |
Huwa opportun li tkun prevista proċedura li tistabbilixxi l-mod li bih Stati terzi u organizzazzjonijiet addizzjonali jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. F’konformità mal-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Europol, l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet mal-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet li ddaħħlu fil-lista tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Europol jista’ jagħti bidu għall-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehim hekk kif l-Istat terz jew l-organizzazzjoni tiddaħħal fil-lista. L-Europol għandu jagħmel dak kollu li jista’ biex jiġi konkluż ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li jippermetti l-iskambju ta’ data personali, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor mill-Bord ta’ Amministrazzjoni.
2. L-Europol għandu jagħti prijorità lill-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li ddaħħlu fil-lista, b’kont meħud tal-bżonnijiet operattivi tal-Europol u r-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jipprovdi lid-Direttur bi kwalunkwe struzzjonijiet oħra dwar in-negozjar ta’ ftehim speċifiku kif iqis meħtieġ.
3. Id-Direttur għandu jinforma lill-Bord ta’ Amministrazzjoni fuq bażi regolari dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati li jkunu għaddejjin ma’ partijiet terzi u kull sitt xhur għandu jippreżenta rapport dwar il-progress.
Artikolu 2
1. Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni jew l-Europol jista’ jipproponi li fil-lista jiżdied Stat terz jew organizzazzjoni ġdida. Meta jagħmlu hekk, huma għandhom ifissru fil-qosor il-bżonn operattiv għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ dak l-Istat terz jew organizzazzjoni.
2. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi jekk jipproponix lill-Kunsill jew le biex jiżdied fil-lista dak l-Istat terz jew l-organizzazzjoni.
3. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar iż-żieda tal-Istat terz jew l-organizzazzjoni ġdida fil-lista billi jemenda l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet:
1. Stati terzi (f’ordni alfabetika):
— Albanija
— Awstralja
— Bolivja
— Bożnja-Ħerzegovina
— Brażil
— Ċina
— L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM)
— Emirati Għarab Magħquda
— Ġeorġja
— Indja
— Iżlanda
— Iżrael
— Kanada
— Kolumbja
— Kroazja
— Liechtenstein
— Marokk
— Messiku
— Moldova
— Monako
— Montenegro
— Norveġja
— Perù
— Russja
— Serbja
— Stati Uniti tal-Amerika
— Turkija
— Ukraina
— Żvizzera
2. Organizzazzjonijiet (f’ordni alfabetika):
— ICPO-Interpol
— Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana
— Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC)
( 1 ) ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.
( 2 ) Ara paġna 6 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.