|
10.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9339 — Kennedy Wilson/AXA/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 158/08)
1.
Fil-25 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kennedy-Wilson Holdings, Inc. (“Kennedy Wilson”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
AXA S.A. (“AXA”, Franza). |
Kennedy Wilson u AXA jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ tliet kumpaniji stabbiliti ġodda (flimkien, l-“IK”), li se jakkwistaw, iżommu u jimmaniġġjaw akkomodazzjoni mikrija u spazji għall-uffiċċji privati fl-Irlanda.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma fl-IK.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Kennedy Wilson: l-investiment, l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli;
— għal AXA: assigurazzjoni dwar il-ħajja, is-saħħa u forom oħra, kif ukoll il-ġestjoni tal-investimenti.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9339 — Kennedy Wilson/AXA/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).