|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/445 |
17.1.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11809 – ROLLS-ROYCE / CEZ HOLDINGS / ROLLS-ROYCE SMR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/445)
1.
Fid-9 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Rolls-Royce Plc (“Rolls-Royce”, ir-Renju Unit), |
|
— |
CEZ Holdings B.V. (“CEZ”, ir-Repubblika Ċeka), u |
|
— |
Rolls-Royce SMR Limited (“RR SMR”, ir-Renju Unit). |
Rolls-Royce and CEZ se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ RR SMR.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Rolls-Royce huwa parti mill-Grupp Rolls-Royce, li l-attivitajiet prinċipali tiegħu jinvolvu l-iżvilupp u l-manifattura ta’ magni u sistemi tal-enerġija għall-ajruspazju ċivili, id-difiża, l-ibħra u l-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, u |
|
— |
CEZ Holdings hija parti mill-Grupp CEZ, grupp Ewropew tal-enerġija, li l-attivitajiet prinċipali tiegħu jinvolvu l-ġenerazzjoni, il-kummerċ bl-ingrossa, id-distribuzzjoni u l-provvista bl-imnut tal-elettriku, il-kummerċ bl-ingrossa u l-provvista bl-imnut tal-gass naturali, u l-forniment ta’ servizzi ta’ inġinerija fir-rigward tal-enerġiji rinnovabbli. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-RR SMR huma r-riċerka, l-iżvilupp, u fi żmien debitu l-użu ta’ disinji żgħar ta’ reatturi nukleari modulari.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11809 – ROLLS-ROYCE / CEZ HOLDINGS / ROLLS-ROYCE SMR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/445/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)