7.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/3


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar miżura ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward ta’ “Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance SA”

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 271 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2016/C 329/03)

Impriża tal-assigurazzjoni

“Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance SA”, bl-uffiċċju rreġistrat fi str. Constantin Aricescu nr. 5-7, pjan terran u semi-basement, Sector 1, Bucharest, ir-Rumanija, J40/3150/31.3.1998, 10392742, RA-008/10.4.2003

Id-data, id-dħul fis-seħħ u t-tip ta’ deċiżjoni

Deċiżjoni Nru 901 tat-18 ta’ April 2016 dwar it-tnedija tal-proċedura finanzjarja ta’ rkupru, ibbażata fuq il-pjan finanzjarju ta’ rkupru, sabiex “Societatea de Asigurare-Reasigurare City Insurance SA”, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Nru 304 tal-20 ta’ April 2016

Awtoritajiet kompetenti

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [Awtorità Superviżorja Finanzjarja], li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Splaiul Independenței nr. 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija

Awtorità superviżorja

“Autoritatea de Supraveghere Financiară” (ASF) [Awtorità Superviżorja Finanzjarja], li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Splaiul Independenței nr. 15, Sector 5, Bucharest, ir-Rumanija

Amministratur maħtur

—

Il-liġi applikabbli

Ir-Rumanija

Id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 93/2012 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja, approvata bl-emendi mil-Liġi Nru 113/2013, kif emendat;

Liġi Nru 503/2004 dwar l-irkupru finanzjarju, il-falliment, ix-xoljiment u l-istralċ volontarju u fin-negozju tal-assigurazzjoni, ippubblikat mill-ġdid;

Liġi Nru 32/2000 dwar l-assigurazzjoni u s-superviżjoni tal-assigurazzjoni, kif emendata.