|
11.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/34 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8667 — Deutsche Alternative Asset Management/M&G Alternatives Investment Management/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 381/06)
|
1. |
Fit-30 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikoly 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
MAGAIM u DAAM jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Belmond JV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal MAGAIM: sussidjarja indiretta li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Prudential plc, grupp ta’ servizzi finanzjarji bil-kwartieri ġenerali fir-Renju Unit. M&G Investments hija diviżjoni tal-ġestjoni tal-investiment ta’ Prudential plc fl-Ewropa. IGP hija fond ta’ investiment imwaqqaf biex jinvesti fl-assi tal-infrastruttura ġdida (greenfield) madwar l-Ewropa. — għal DAAM: affiljata ta’ Deutsche Bank, li huwa fornitur dinji ta’ servizzi finanzjarji. DAAM tipprovdi ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ ġestjoni tal-fondi. — għal Belmond JV: se tkun imwaqqfa bħala joint venture ġdida bil-funzjonijiet kollha għall-finijiet li jsiru investiment speċifiċi marbuta mal-franchise tal-ferroviji tal-West Midlands fil-Gran Brittanja, inklużi il-kiri operazzjonali ta’ ferroviji u, potenzjalment, investimenti kapitali anċillari assoċjati. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8667 — Deutsche Alternative Asset Management/M&G Alternatives Investment Management/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.