Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007).
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Ġunju 2007, li ma tittiħidx azzjoni fuq il-petizzjoni ppreżentata minn Ingo-Jens Tegebauer fis-7 ta’ Frar 2007 (Petizzjoni Nru 95/2007) hija annullata.
2) Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ I. J. Tegebauer.