Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-9 ta’ Lulju 2009 – Biotronik vs UASI (BioMonitor)
(Kawża T‑257/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 22, 30)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ April 2008 (Każ R 466/2007‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioMonitor bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
|
Applikant għat-trade mark Komunitarja: |
Biotronik GmbH & Co. KG |
|
Trade mark Komunitarja kkonċernata: |
Trade mark verbali BioMonitor għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 38, filwaqt li għandu jiġi speċifikat li l-lista tal-prodotti ġiet sussegwentement limitata għal prodotti fil-klassi 10 –Applikazzjoni tat-trade mark Nru 4556023 |
|
Deċiżjoni tal-eżaminatur: |
Reġistrazzjoni miċħuda |
|
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: |
Appell miċħud |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Biotronik GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |