Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98) - Derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi - Regione Veneto
Dispożittiv
1) Peress li r-Regione Veneto adotta u applika leġiżlazzjoni li tawtorizza derogi mis-sistema ta’ protezzjoni tal-għasafar selvaġġi li ma tosservax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-2 ta’ April 1979, ir-Repubblika Taljan naqset milli twettaq l-obbligi taħt l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva.
2) Ir‑Repubblika Taljana hija kkundannata għall‑ispejjeż.