European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/468

13.3.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/468

tat-12 ta’ Marzu 2025

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw mir-Repubblika taċ-Ċilì

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 (2), il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (3) ġie konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2024.

(2)

Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ oġġetti li joriġinaw fiċ-Ċilì għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-iskeda ta’ tneħħija tat-tariffi stabbiliti fl-Anness 2 tal-Ftehim. L-Anness 2 jipprevedi li għal ċerti oġġetti li joriġinaw fiċ-Ċilì, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali huma mogħtija fi ħdan il-kwoti tariffarji.

(3)

It-Taqsima B, tal-Anness 2 tal-Ftehim tipprevedi li l-Unjoni għandha tamministra dawn il-kwoti tariffarji fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kummissjoni tenħtieġ li tiġġestixxi dawk il-kwoti tariffarji skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4).

(4)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2025. Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika minn dik id-data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għal oġġetti li joriġinaw fiċ-Ċilì kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3016 tat-18 ta’ Marzu 2024 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2024/3016, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3016/oj).

(3)  Ftehim Interim dwar Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (ĠU L, 2024/2953, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2024/2953/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem ta’ valur indikattiv biss, bl-iskema preferenzjali tkun deċiża, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu meta jiġi adottat dan ir-Regolament. Fejn huma indikati l-kodiċi ex NM, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Nru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota (piż nett f’tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor)

Dazju fuq il-kwota tariffarja

(% tnaqqis)

09,1931

1704 10 U

1704 90 30

1704 90 51

1704 90 55

1704 90 61

1704 90 65

1704 90 71

1704 90 75

1704 90 81

1704 90 10

Ħelu taz-zokkor (inkluż ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw

Minn 1.2.2025 sa 31.12.2025:

366,67 tunnellata

u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12:

400 tunnellata

100

09,1932

1806 20 10

1806 20 30

1806 20 50

1806 20 70

1806 20 80

1806 31 00

1806 32 U

1806 90 U

Ċikkulata u preparati oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw

Minn 1.2.2025 sa 31.12.2025:

366,67 tunnellata

u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12:

400 tunnellata

100

09,1933

1905 31 U

1905 32 U

1905 90 45

Gallettini ħelwin; waffles u wejfers

Minn 1.2.2025 sa 31.12.2025:

458,34 tunnellata

u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12:

500 tunnellata

100

09,1936

1604 14 21

1604 14 26

1604 14 28

1604 14 31

1604 14 36

1604 14 38

1604 14 41

1604 14 46

1604 14 48

1604 19 31

1604 19 39

1604 20 70

Ħut imħejji jew ippreservat

Minn 1.2.2025 sa 31.12.2025:

229,17 tunnellata

u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12:

250 tunnellata

100

09,1952

2208 40 11

2208 40 39

2208 40 51

2208 40 99

Rum

Minn 1.2.2025 sa 31.12.2025:

458,34 ettolitru (ekwivalenti għal alkoħol pur)

u għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12:

500 ettolitru (ekwivalenti għal alkoħol pur)

100


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/468/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)