<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑3/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0003</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:221">EU:C:2014:221</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C‑3/13</P><P>BALTIC AGRO</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑3/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Baltic Agro AS</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Tartu Ringkonnakohus (l-Estonja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika kummerċjali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2022/95</KEYWORD><KEYWORD>Eżami mill-ġdid minħabba l-iskadenza tal-miżuri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 661/2008</KEYWORD><KEYWORD>Impenji fir-rigward tal-prezz</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2008/577/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel klijent indipendenti</KEYWORD><KEYWORD>Importatur li jkun akkwista fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju mingħand esportatur Russu permezz ta’ kumpannija terza</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Invalidazzjoni fuq talba tad-dikjarant wara r-rilaxx tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 66</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja hija adita, primarjament, b’diversi domandi preliminari fuq l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tistabbilixxi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni li tirregola l-mod kif jiġu invalidati d-dikjarazzjonijiet doganali fuq talba tad-dikjarant, kif ukoll domanda preliminari dwar il-validità tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija leġiżlazzjoni doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi qed isiru fil-kuntest ta’ tilwima bejn importatur ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja u l-awtorità doganali tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit u li tirriżulta mir-rifjut ta’ din l-awtorità li tagħtih il-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazju antidumping prevista mil-leġiżlazzjoni applikabbli fuq il-merkanzija mixtrija mingħand produttur-esportatur Russu li daħal f’impenji fuq il-prezz aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rifjut, f’dan il-każ, kien immotivat mill-fatt li l-importazzjonijiet fil-kawża prinċipali, magħmulin permezz ta’ impriża oħra, ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti formali għall-għoti ta’ eżenzjoni previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni u l-portata tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni antidumping li jistabbilixxu dawn ir-rekwiżiti formali kif ukoll fuq il-validità, fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali li jipprekludu l-possibbiltà għall-imsemmi importatur li jikseb l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali marbuta mal-importazzjoni inkwistjoni u li jibbenefika, għalhekk, minn din l-eżenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni antidumping rilevanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19950816">16 ta’ Awwissu 1995</DATE>, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2022/95<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU L 198, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, stabbilixxa dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja. Id-dazju antidumping inizjali ġie sussegwentement emendat imbagħad estiż diversi drabi, wara, b’mod partikolari, talbiet għal eżami mill-ġdid minħabba l-iskadenza tal-miżuri jew għal eżami mill-ġdid intermedju ppreżentati kemm mir-rappreżentanti tal-produzzjoni Komunitarja kif ukoll mill-produtturi-esportaturi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-diversi regolamenti adottati f’dan il-kuntest ma humiex, madankollu, direttament rilevanti għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 185, p. 1</REF.DOC.OJ> u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="339" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 339, p. 59</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> li huwa l-iktar rilevanti hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 661/2008 jimponu dazji antidumping definittivi ta’ ammonti differenti fuq in-nitrat tal-ammonju u ċerti fertilizzanti u prodotti oħrajn li fihom in-nitrat tal-ammonju prodotti minn Eurochem u l-kumpanniji li huma marbutin magħha, minn naħa, u għall-kumpanniji esportatriċi Russi l-oħrajn kollha, min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2008, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-importazzjonijiet iddikjarati biex ikunu rilaxxati għall-moviment ħieles li huma fatturati mill-kumpaniji li minnhom impenji huma aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni 2008/577/KE, kif emendata minn żmien għal ieħor, għandhom ikunu eżenti mid-dazju antidumping impost bl-Artikolu 2, bil-kundizzjoni li:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>huma manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpanija msemmija lill-ewwel klijenti indipendenti fil-Komunità; u</P></ITEM><ITEM><P>dawn l-importazzjonijiet huma akkumpanjati minn fattura ta’ impenn li hija fattura kummerċjali li fiha ta’ l-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament; u</P></ITEM><ITEM><P>il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu eżattament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ l-impenn.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080704">4 ta’ Lulju 2008</DATE>, li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment ta’ l-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2008">ĠU L 185, p. 43</REF.DOC.OJ>, rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="339" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 339, p. 59</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, iċċitata fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008, hija dik li permezz tagħha l-Kummissjoni aċċettat l-impenji offruti fir-rigward tal-prezz, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 10, p. 45.</P></NOTE>, mill-produtturi-esportaturi tan-nitrat tal-ammonju Russi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>JSC Acron, Veliky Novgorod, Russie u JSC Dorogobuzh, Dorogobuzh, ir-Russja, membri tal-kumpannija holding <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Acron<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Doganali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tqajjem ukoll kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u ta’ validità ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</P></NOTE>, f’dan il-każ, l-Artikolu 66 tiegħu, li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali fuq talba tad-dikjarant, u l-Artikolu 220(2) tiegħu, li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-ġbir <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji tal-importazzjoni fil-każ ta’ żball tal-awtoritajiet doganali, kif ukoll tal-Artikolu 251 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3, iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>regolament ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009, tas-<DATE ISO="20090416">16 ta’ April 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="098" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU L 98, p. 3</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li jiddefinixxi, b’deroga mill-Artikolu 66(2), tal-Kodiċi Doganali, il-kundizzjonijiet ta’ invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali wara l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ser jiġi ċċitat, fejn xieraq, iktar ’il quddiem.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni li wasslet għat-tilwima fil-kawża prinċipali hija waħda tal-Maksu- ja Tolliameti Ida maksu- ja tollikeskus (awtoritajiet fiskali u doganali – ċentru fiskali u doganali tal-Lvant)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>MTA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE> li talbu mingħand Baltic Agro AS (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Baltic Agro<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), wara verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, il-ħlas tad-dazji antidumping u tal-VAT fuq l-importazzjonijiet ta’ fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Id-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja, inkwistjoni hawnhekk, li inizjalment ġew imposti permezz tar-Regolament Nru 2022/95, emendat diversi drabi, huma dawk imposti permezz tar-Regolament Nru 661/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bejn Ottubru tal-2009 u Jannar tal-2010 Baltic Agro xtrat diversi tunnellati ta’ fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju mingħand il-kumpannija JSC Acron, stabbilita fir-Russja, permezz ta’ intermedjarju, il-kumpannija Estonjana Magnet Group OÜ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Magnet Group<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE>. Diversi kuntratti ta’ bejgħ ġew konklużi għal dan l-iskop bejn Magnet Group u JSC Acron, minn naħa, u bejn Magnet Group u Baltic Agro min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’Jannar u fi Frar tal-2010, żewġ aġenziji tad-dwana ppreżentaw ħames dikjarazzjonijiet doganali marbuta ma’ dawn l-importazzjonijiet, li kienu jsemmu, bħala destinatarja tal-merkanzija importata, lil Baltic Agro u, bħala dik li qed tibgħat il-merkanzija, lil JSC Acron għal tnejn minnhom u l-kumpannija ta’ trasport Latvjana OOO Ventoil għat-tlieta l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl-1 ta’ Marzu, u fit-<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE>, l-imsemmija aġenziji tad-dwana ressqu talba għall-annullament ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet għand MTA, sa fejn dawn kienu jindikaw lil Baltic Agro bħala destinatarja minflok lil Magnet Group.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, MTA wettqet verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-ħames dikjarazzjonijiet doganali, sabiex tistabbilixxi jekk il-valur doganali tal-merkanzija importata, il-kalkolu u l-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni kinux korretti.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>, l-MTA, abbażi tal-verifika <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> li hija wettqet, adottat żewġ deċiżjonijiet li bihom imponiet fuq Baltic Agro l-ħlas tad-dazji doganali u tal-VAT fir-rigward tal-merkanzija importata, peress li kkunsidrat li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tad-dazji doganali previsti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008 ma kinux ġew sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>, Baltic Agro ppreżentat rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem it-Tartu Halduskohus (it-Tribunal Amministrattiv ta’ Tartu, l-Estonja), filwaqt li sostniet li l-fatt li hija kienet użat kumpannija intermedjarja għall-importazzjonijiet inkwistjoni kien mingħajr rilevanza mil-lat fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-rikors tagħha ġie miċħud b’sentenza tal-<DATE ISO="20110425">25 ta’ April 2011</DATE>. It-Tartu Halduskohus kkunsidrat li Baltic Agro ma setgħetx tibbenefika mill-eżenzjoni, billi hija ma kinitx akkwistat il-merkanzija importata direttament mingħand il-manifattur.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE>, Baltic Agro appellat quddiem it-Tartu Ringkonnakohus (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Tartu, l-Estonja), u talbet li tiġi annullata s-sentenza tat-Tartu Halduskohus, li jintlaqa’ r-rikors tagħha u li jsiru domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tartu Ringkonnakohus iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 661/2008 […] għandu jiġi interpretat li jfisser li l-importatur u l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità għandhom dejjem ikunu l-istess persuna?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 661/2008, moqri flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni minn dazju antidumping tapplika biss għall-imsemmi l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità, li ma bigħx mill-ġdid il-merkanzija qabel iddikjaraha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità […] moqri flimkien mal-Artikolu 251 tar-Regolament [ta’ applikazzjoni] u r-regoli proċedurali l-oħra li jikkonċernaw emendi sussegwenti għal dikjarazzjoni doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn id-destinatarju żbaljat jitniżżel f’dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni ta’ merkanzija, għandu jkun possibbli, permezz ta’ applikazzjoni, li d-dikjarazzjoni tiġi invalidata u d-dettalji tad-destinatarju jiġu korretti anki wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata jekk l-eżenzjoni mid-dazju doganali pprovduta fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament […] Nru 661/2008 kellha tapplika li kieku tniżżlu d-dettalji tad-destinatarju korrett, jew l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali […] għandu jiġi interpretat […] fis-sens li l-awtoritajiet doganali ma għandhomx permess idaħħlu entrata fil-kotba <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għaż-żewġ alternattivi [fit-tielet] domanda […] tkun fin-negattiv, l-Artikolu 66 huwa kompatibbli mal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31 tat-[TFUE], jekk l-istess Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali […], moqri flimkien mal-Artikolu 251 tar-Regolament [ta’ applikazzjoni] […] u ma’ regoli proċedurali oħra relatati ma’ emendi sussegwenti għal dikjarazzjoni doganali, ma jippermettix li dikjarazzjoni tiġi invalidata u d-dettalji tad-destinatarju jiġu korretti, permezz ta’ applikazzjoni, wara li l-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata jekk l-eżenzjoni mid-dazju doganali pprovduta fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament […] Nru 661/2008 kellha tapplika li kieku tniżżlu d-dettalji tad-destinatarju korrett?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan kif ukoll il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Il-Qorti tal-Ġustizzja, billi kkunsidrat li kellha biżżejjed informazzjoni biex tiddeċiedi, iddeċidiet, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, li ma żżommx seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Bl-ewwel żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-eżenzjoni mid-dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja li tirriżulta mill-applikazzjoni konġunta tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 u tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/577.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 fil-fatt jistabbilixxi eżenzjoni mid-dazji antidumping li l-imsemmi regolament jimponi fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja li huma ffatturati minn kumpanniji li l-impenji tagħhom kienu ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li huma ċċitati fid-Deċiżjoni 2008/577. B’mod partikolari, l-Artikolu 1 ta’ din tal-aħħar jiċċita lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>JSC Acron, Veliky Novgorod, Russie [u] JSC Dorogobuzh, Dorogobuzh, ir-Russja, membri ta’ l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Acron<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> Holding Company<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Madankollu, il-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni huwa suġġett, b’mod partikolari, għall-kundizzjoni, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008, li l-merkanzija importata tiġi mmanifatturata, mibgħuta u ffatturata direttament minn dawn il-kumpanniji lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità. L-Anness tar-Regolament Nru 661/2008 jistabbilixxi wkoll, fil-punt 8 tiegħu, li l-fattura kummerċjali li għandha takkumpanja l-merkanzija li tkun is-suġġett ta’ impenn importata fil-Komunità għandha ssemmi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>isem tal-kumpanija li taġixxi ta’ importatur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali huwa stabbilit li l-importazzjonijiet tal-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju mwettqa minn Baltic Agro saru permezz tal-kumpannija Estonjana Magnet Group, u huwa f’isem Magnet Group li l-fatturi konformi mal-impenji ġew stabbiliti u li hija Baltic Agro li kienet iddikjarathom lid-dwana. Huwa stabbilit ukoll li huwa preċiżament għar-raġuni li Baltic Agro ma xtratx direttament il-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju importat mingħand JSC Acron li l-MTA rrifjutat li tagħtiha l-eżenzjoni mid-dazji antidumping.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Hija r-raġuni li għaliha l-qorti tar-rinviju tistaqsi iktar speċifikament lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, jekk l-importatur u l-ewwel klijent indipendenti għandhomx ikunu neċessarjament l-istess persuna u, min-naħa l-oħra, jekk l-eżenzjoni tgħoddx biss għall-ewwel klijent indipendenti li ma jkunx reġa’ biegħ il-merkanzija qabel ma jkun iddikjaraha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan, l-istess bħall-Kummissjoni, li huma l-uniċi li ttrattaw dawn il-kwistjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Kunsill sempliċement irrisponda għat-tielet u r-raba’ domanda.</P></NOTE>, jaqblu meta jikkunsidraw, permezz ta’ raġunamenti differenti, li l-eżenzjoni mid-dazji antidumping prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 tapplika biss għall-persuna li tkun kemm l-importatur kif ukoll l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità li ma jkunx biegħ il-merkanzija qabel ma jkun iddikjaraha.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, la Baltic Agro u lanqas Magnet Group ma jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Baltic Agro, li hija l-importatur, ma hijiex l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità, għaliex hija xtrat il-merkanzija mingħand Magnet Group. Magnet Group hija l-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità imma biegħet mill-ġdid il-merkanzija lil Baltic Agro qabel id-dħul tagħha fit-territorju doganali tal-Komunità u Baltic Agro ħadet ħsieb il-formalitajiet tad-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Baltic Agro tikkunsidra, essenzjalment, li r-Regolament Nru 661/2008 bl-ebda mod ma jippreċiża li l-importatur u l-ewwel klijent indipendenti għandhom ikunu l-istess persuna u li huwa l-ewwel klijent indipendenti li għandu assolutament jippreżenta d-dikjarazzjoni f’ismu stess biex jibbenefika mill-eżenzjoni. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda raġuni sabiex din l-eżenzjoni tiġi rrifjutata ladarba ma hemm l-ebda dubju la fuq l-oriġini, il-kontenut, il-kwantità, il-valur tal-merkanzija u l-identità tax-xerrej, u lanqas fuq l-osservanza mill-produttur-esportatur tal-impenji tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Mill-premessa 159 tar-Regolament Nru 661/2008 jirriżulta li t-tliet kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tiegħu, fosthom dik li teħtieġ li l-merkanzija importata tkun immanifatturata, mibgħuta u fatturata direttament mill-kumpanniji esportaturi lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità huma ġġustifikati minħabba l-ħtieġa biex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana jkunu aktar f’qagħda biex b’mod effettiv jimmonitorjaw il-konformità tal-kumpaniji ma’ l-impenji, meta tiġi ppreżentata t-talba għal rilaxx għall-moviment ħieles lill-awtoritajiet tad-dwana rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Il-premessa 21 tad-Deċiżjoni 2008/577 essenzjalment tirriproduċi l-istess motivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li d-dispożizzjonijiet dwar il-bejgħ dirett jippermettulha, essenzjalment, li tikkontrolla b’mod trasparenti l-prezz minimu mal-importazzjoni li għalih impenjaw ruħhom il-produtturi-esportaturi, billi kull bejgħ mill-ġdid ulterjuri jista’ joħloq spejjeż supplimentari li jiġu mgħoddija fuq l-imsemmija prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalhekk dawn huma, essenzjalment, kunsiderazzjonijiet marbutin mal-kontroll, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-eżekuzzjoni mill-produtturi-esportaturi tal-impenji li daħlu għalihom, u li jippermettulhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mid-dazju antidumping fuq in-nitrat tal-ammonju, li jiġġustifikaw ir-rekwiżiti preċiżi previsti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Jista’ jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li dawn ir-rekwiżiti ma kinux jidhru fid-dispożittiv li kien jeżisti qabel, introdott fil-leġiżlazzjoni li timponi dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament tas-<DATE ISO="20040517">17 ta’ Mejju 2004</DATE>, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ammonium nitrate li joriġinaw mir-Russja u (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ammonium nitrate li joriġinaw mill-Polonja u l-Ukrajna, u li jtemm il-proċedura anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw mil-Litwanja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2004">ĠU L 142M, p. 29</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fil-fatt, dan tal-aħħar, li kien ġie adottat sabiex tiġi adattata l-imsemmija leġiżlazzjoni fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-għaxar Stati Membri ġodda tal-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, kien żied l-Artikolu 1a<?PAGE NO="7"?> mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament tal-<DATE ISO="20020415">15 ta’ April 2002</DATE>, li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41 P, p. 67).</P></NOTE>, li kien jinkludi rekwiżiti simili iżda mhux identiċi għal dak fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti, partikolarment fil-premessi 9, 10 u 17 tar-Regolament Nru 993/2004, l-għan tiegħu kien li jiġi stabbilit trattament speċjali, f’forma ta’ eżenzjoni, biss għall-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju fl-għaxar Stati Membri ġodda, biex jiġi evitat li l-applikazzjoni tad-dazju antidumping fuq in-nitrat tal-ammonju li oriġina mir-Russja, li f’dak iż-żmien kien previst mir-Regolament Nru 658/2002, ma jwassalx għal żieda esaġerata fil-prezzijiet f’dawn il-pajjiżi, biex in-nitrat tal-ammonju ma jispiċċax għali wisq għall-utenti finali u biex ma jiddisturbax il-flussi tal-kummerċ tradizzjonali.</P></NOTE>. Dan tal-aħħar lanqas ma kien jidher fir-regolamenti dwar l-aċċettazzjoni tal-impenji li għalihom kienet suġġetta l-eżenzjoni prevista mir-Regolament Nru 993/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1001/2004, tat-<DATE ISO="20040518">18 ta’ Mejju 2004</DATE>, li jaċċetta garanziji offerti in konnessjoni mal-proċedura anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mill-Federazzjoni Russa u mill-Ukraina u li tagħmel l-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa jew l-Ukraina suġġetta għar-reġistrazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183M" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2004">ĠU L 183 M, p. 25</REF.DOC.OJ>); Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2004, tad-<DATE ISO="20041119">19 ta’ Novembru 2004</DATE>, [li] jaċċetta l-impenji proposti in konnessjoni mal-proċeduri ta’ kontra d-dumping li għandhom x’jaqsmu man-nitrat tal-ammonju importat li joriġina mill-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna u li n-nitrat tal-ammonju li joriġina mill-Federazzjoni Russa jew l-Ukrajna jibqa’ jiġi importat bil-kundizzjoni tar-reġistrazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183M" PAGE.FIRST="332" DATE.PUB="2004">ĠU L 183M, p. 332</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, la r-Regolament Nru 661/2008 u lanqas id-Deċiżjoni 2008/577 ma jipprovdu preċiżazzjonijiet iktar ddettaljati fuq ir-raġunijiet speċifiċi li wasslu biex ikun hemm dan ir-rekwiżit ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi kkonstatat li la r-Regolament Nru 661/2008 u lanqas id-Deċiżjoni 2008/577 ma jippermettu li jiġi ddeterminat jekk l-importatur u l-ewwel klijent indipendenti għandhomx, b’mod obbligatorju, ikunu l-istess persuna jew li jinftiehmu r-raġunijiet għaliex neċessarjament għandu jkun hekk.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti previsti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 661/2008, li jidħlu fil-loġika nfisha tal-impenji u tar-rekwiżiti ta’ kontroll li huma jimponu, madankollu jissuġġettaw, b’mod ċar ħafna, il-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazju antidumping għall-kundizzjoni, b’mod partikolari, li l-importazzjonijiet jiġu ffatturati u mibgħuta direttament mill-produtturi-esportaturi lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju li Baltic Agro ma tistax titqies li tissodisfa din il-kundizzjoni doppja.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, la ġie stabbilit u lanqas allegat li dawn ir-rekwiżiti huma manifestament mhux xierqa sabiex jintlaħaq l-għan ta’ kontroll li huma għandhom jew li huma sproporzjonati.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel u t-tieni domanda preliminari billi tiddeċiedi li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mid-dazju antidumping li huwa jipprevedi favur il-produtturi-esportaturi ċċitati fid-Deċiżjoni 2008/577 tapplika biss għall-merkanzija ffatturata u mibgħuta direttament minn dawn tal-aħħar lill-ewwel klijent indipendenti ġewwa l-Komunità li ma jkunx biegħhom mill-ġdid qabel ma jkun iddikjarahom fid-dwana.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet u r-raba’</HT><HT TYPE="BOLD">domanda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda doppja ta’ interpretazzjoni fuq diversi dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali u tar-regolament ta’ applikazzjoni. Hija tistaqsi, l-ewwel nett, jekk huwiex possibbli għall-awtoritajiet doganali nazzjonali li jagħtu, fuq talba, l-invalidazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali wara l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija skont l-Artikolu 66<?PAGE NO="8"?> tal-Kodiċi tad-Dwana u tal-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni, meta l-imsemmija talba tkun ibbażata fuq żball fl-indikazzjoni tad-destinatarju tal-merkanzija u meta l-imsemmija merkanzija kienet tibbenefika minn eżenzjoni ta’ dazju antidumping kieku ma kienx jeżisti dan l-iżball. Imbagħad hija tistaqsi, sussidjarjament, jekk l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali għandux, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-imsemmija awtoritajiet idaħħlu fil-kotba <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> dan id-dazju.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Bir-raba’ domanda tagħha, suġġetta għar-risposta li tingħata għat-tielet waħda, il-qorti tar-rinviju tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari li tirrigwarda l-evalwazzjoni tal-validità tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali u tal-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni. B’mod iktar speċifiku, il-qorti tistaqsi jekk l-impossibbiltà li tiġi invalidata, fuq talba, dikjarazzjoni doganali żbaljata li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-impossibbiltà konsegwenti li jkun hemm benefiċċju mill-eżenzjoni mid-dazju antidumping prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 humiex kompatibbli mal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) u l-Artikoli 28(1) TFUE u 31 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan iqis li t-tielet u r-raba’ domanda huma inammissibbli, sa fejn huma bbażati fuq il-premessa żbaljata li d-dikjarazzjoni doganali kienet tinkludi żball dwar id-destinatarju tal-merkanzija. Peress li kienet Baltic Agro li wettqet il-formalitajiet doganali għat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija, Magnet Group ma setgħetx tidher fid-dikjarazzjoni doganali bħala destinatarja tal-imsemmija merkanzija. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqa’ taħt l-ebda wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali u fl-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni jew fl-Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali. Fi kwalunkwe każ, il-Kodiċi Doganali u r-regolament ta’ applikazzjoni ma humiex inkompatibbli mal-Artikolu 20 tal-Karta u mal-Artikoli 28(1) TFUE u 31 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Kunsill, li jillimita ruħu li jirrispondi għar-raba’ domanda, jikkunsidra li l-prinċipju ta’ ugwaljanza ggarantit mill-Artikolu 20 tal-Karta ma japplikax għal sitwazzjoni fejn dikjarazzjoni doganali tkun ġiet mimlija b’mod inkorrett.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra, essenzjalment, li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali u tal-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni jew tal-Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali ma humiex sodisfatti. Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ ugwaljanza ma japplikax għal sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li l-Artikolu 66(1) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi l-possibbiltà għad-dikjarant doganali li jikseb l-invalidazzjoni mill-awtoritajiet doganali kompetenti tad-dikjarazzjoni doganali li huwa jkun għamel u li tkun ġiet aċċettata minn dawk l-awtoritajiet, b’deroga, b’dan il-mod, mill-prinċipju tal-irrevokabbiltà tagħha, sakemm dan jipprova li l-merkanzija tkun ġiet iddikjarata bi żball għas-sistema doganali li tikkorrispondi għal din id-dikjarazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza DP grup (C‑138/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:587">EU:C:2011:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 41 u 42).</P></NOTE>. L-Artikolu 66(2) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi, madankollu, li d-dikjarazzjoni ma tistax tiġi invalidata wara l-għoti tar-rilaxx tal-merkanzija, ħlief fil-każijiet iddefiniti fl-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kif osservat il-Kummissjoni, l-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali ma japplikax għaċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, għaliex bl-ebda mod ma huwa allegat li l-merkanzija tqiegħdet bi żball taħt is-sistema ta’ importazzjoni speċifikata mid-dikjarazzjoni doganali, jiġifieri t-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni libera, imma biss li dik id-dikjarazzjoni kienet issemmi bi żball id-destinatarju tal-merkanzija, jiġifieri Baltic Agro minflok Magnet Group.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u kif osserva l-Gvern Estonjan, ma humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 78 tal-Kodiċi Doganali, li jippermetti lill-awtoritajiet doganali nazzjonali li jipproċedu bir-reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali, billi l-indikazzjoni tad-destinatarju tal-merkanzija ma kinitx żbaljata fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li l-Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li fihom persuna taxxabbli tista’ tiġi eżentata mill-ġbir <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji fuq l-importazzjoni minħabba żball tal-awtoritajiet doganali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Beemsterboer Coldstore Services (C‑293/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:162">EU:C:2006:162</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kif tosserva l-Kummissjoni, fl-ebda mument ma ġie allegat li l-awtoritajiet doganali nazzjonali wettqu żball fil-kawża prinċipali, peress li d-domanda tal-qorti tar-rinviju hija bbażata, bil-kontra, fuq is-sempliċi fatt li d-dikjarazzjoni doganali kienet issemmi d-destinatarju żbaljat. L-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni eżatta qiegħed fuq id-dikjarant doganali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza DP grup (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:587">EU:C:2011:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 39 u 40).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Minn dawn l-argumenti jirriżulta li t-tielet domanda tal-qorti tar-rinviju tirrigwarda dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li, fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet fattwali li hija pprovdiet, manifestament ma humiex applikabbli għaċ-ċirkustanzi fil-kawża prinċipali. Inqis, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li t-tielet domanda hija mingħajr skop u li ma hemmx lok li tingħata risposta għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tielet nett, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi ggarantita bl-Artikolu 20 tal-Karta tista’ twassal għall-konstatazzjoni tal-invalidità tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, billi din tal-aħħar ma tippermettix lil Baltic Agro tikseb l-invalidità tad-dikjarazzjoni doganali u, għaldaqstant, li tibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju antidumping prevista fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ppreċiżat, f’dan ir-rigward, essenzjalment, li għandu jsir paragun bejn is-sitwazzjoni ta’ impriża ta’ importazzjoni li tkun indikat l-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni bħala destinatarju fid-dikjarazzjoni doganali tagħha ma’ dik ta’ impriża ta’ importazzjoni li tkun indikat importatur li uża intermedjarju bħala destinatarju fid-dikjarazzjoni doganali tiegħu. In-nuqqas ta’ ugwaljanza qiegħed fil-fatt li tal-ewwel hija eżentata mid-dazju antidumping filwaqt li t-tieni waħda ma hijiex.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li issa huwa stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (C‑550/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:512">EU:C:2010:512</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54), u Schaible (C‑101/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:661">EU:C:2013:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76).</P></NOTE> jipprekludi li sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati b’mod differenti jew li sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod identiku, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Madankollu, ma naqbilx mal-paragun li l-qorti tar-rinviju qed tipproponi. Fil-fatt, ma jistax jitqies li l-importatur li ma osservax ir-rekwiżiti formali previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008 qiegħed fl-istess sitwazzjoni bħall-importatur li osservahom. L-Artikolu 20 tal-Karta ċertament jista’, eventwalment, jipprekludi dawn ir-rekwiżiti, jekk jiġi kkonstatat li huma irraġonevoli, arbitrarji jew<?PAGE NO="10"?> manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxihom. Madankollu, bl-ebda mod ma jirriżulta mill-proċess li allegazzjoni bħal din ġiet ifformulata fil-kawża prinċipali u l-eżami ta’ din id-dispożizzjoni ma jippermettix li wieħed jikkonkludi li dan jista’ jkun il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Lanqas ma jista’ jiġi kkunsidrat, barra minn hekk, li l-impożizzjoni fuq Baltic Agro tal-ħlas ta’ dazju antidumping fuq l-importazzjoni ta’ nitrat tal-ammonju tikkostitwixxi ksur tad-dritt tat-tariffa doganali komuni u, għalhekk, tal-Artikolu 28(1) TFUE u l-Artikolu 31 TFUE. Kif jirriżulta mill-argumenti preċedenti, il-ġbir tal-imsemmi dazju huwa, fil-fatt, pjuttost il-konsegwenza tan-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti bl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 661/2008, iktar milli l-applikazzjoni tar-regoli doganali tal-Unjoni. Anki kieku Baltic Agro kienet f’pożizzjoni li tikseb l-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali tagħha u li tikkoreġi l-indikazzjoni tad-destinatarju li kien jidher meta ssemmiet Magnet Group, fi kwalunkwe każ, ma kinitx tkun f’sitwazzjoni li tissodisfa l-imsemmija rekwiżiti fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għar-raba’ domanda preliminari fis-sens li l-eżami tagħha ma wera l-ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 66 tal-Kodiċi Doganali u tal-Artikolu 251 tar-regolament ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 20 tal-Karta u tal-Artikoli 28(1) TFUE u 31 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Biex nikkonkludi, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mit-Tartu Ringkonnakohus kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 661/2008, tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mid-dazju antidumping li huwa jipprevedi favur il-produtturi-esportaturi ċċitati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE, tal-<DATE ISO="20080704">4 ta’ Lulju 2008</DATE>, li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjoni tal-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina, tapplika biss għall-merkanzija ffatturata u mibgħuta direttament minn dawn tal-aħħar lill-ewwel klijent indipendenti ġewwa l-Unjoni Ewropea li ma jkunx biegħhom mill-ġdid qabel ma jkun iddikjarahom fid-dwana.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-eżami tar-raba’ domanda preliminari tal-qorti tar-rinviju ma wera l-ebda element tali li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 66 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, u tal-Artikolu 251 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2009, tas-<DATE ISO="20090416">16 ta’ April 2009</DATE>, fir-rigward tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 28(1) u 31 TFUE.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>