Official Journal L 099 , 29/04/1995 P. 0002 - 0002
Pożizzjoni komuni tat-28 ta' April 1995 definita mill-Kunsill fuq il-bażi ta' l-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea dwar l-estensjoni tas-sospensjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro) (95/150/CFSP) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu J.2 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 943 (1994), 970 (1995) u 988 (1995) adottati fit-23 ta' Settembru 1994, fit-12 ta' Jannar u fil-21 ta' April 1995 rispettivament mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, IDDEFINIXXA L-POŻIZZJONI KOMUNI LI ĠEJJA: Artikolu 1 Skond ir-Riżoluzzjonijiet 943 (1994), 970 (1995) u 988 (1995) adottati fit-23 ta' Settembru 1994, fit-12 ta' Jannar u fil-21 ta' April 1995 rispettivament mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, is-sospensjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro) għandha tkun estiża. Artikolu 2 Din il-pożizzjoni komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' April 1995. Għall-Kunsill Il-President A. Juppé --------------------------------------------------