12003TN14/09/B



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0922 - 0922


B. L-IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART

1. 31993 R 0259: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l- 1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' vjaġġi bi skart fi ħdan, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2557: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2557/2001 tat- 28.12.2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(a) Sat- 31 ta' Diċembru 2011, kull vjaġġ lejn is-Slovakkja bi skart għall-irkuprar imniżżel fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93 kif ukoll vjaġġi bi skart għall-irkuprar li mhux imniżżel f'dawk l-Annessi għandhom jiġi nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti u pproċessati b'konformità ma' l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament.

(b) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw kemm għal vjaġġi bi skart għall-irkuprar imniżżel fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament kif ukoll għal vjaġġi bi skart għall-irkuprar li mhux imniżżel f'dawk l-Annessi destinati għal xi faċilità li tgawdi minn deroga temporanja minn ċerti disposizzjoniet tad-Direttivi 94/67/KE [4] dwar l-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż, 96/61/KE [5] dwar il-kontroll integrat tat-tniġġis, 2000/76/KE [6] dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart, u 2001/80/KE [7] dwar il-limitazzjoni ta' ħruġ fl-arja ta' ċerti sustanzi li jniġġsu minn impjanti kbar ta' kombustjoni, matul il-perijodu li fih id-deroga temporanja hija applikata fir-rigward tal-faċilità destinatarja.

2. 31994 L 0062: Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

B'deroga mill-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2007 is-Slovakkja għandha tilħaq il-miri globali ta' l-irkuprar għall-materjal li ġej li jintuża fl-imballaġġ skond il-miri intermedji li ġejjin:

- riċiklaġġ tal-metall: 7 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni, 9 % għas-sena 2004, 11 % għas-sena 2005, u 13 % għas-sena 2006;

- mira globali ta' l-irkuprar: 34 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni, 39 % għas-sena 2004, 43 % għas-sena 2005, u 47 % għas-sena 2006.

[4] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 34.

[5] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.

[6] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

[7] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1.

--------------------------------------------------