Official Journal L 136 , 19/05/1989 P. 0013 - 0013
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1989 dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża mal-Komunità (89/331/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, Billi, taħt ir-Regolament (KEE) Nru 839/88 [1], il-ġbir tad-dazji applikabbli mill-Komunità ta' l-Għaxra għal ċerti prodotti importati minn Spanja u l-Portugal kien sospiż totalment hekk kif dawn niżlu għal-livell ta' 2 % jew anqas; Billi hemm bżonn ikun konkluż it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja [2], iffirmat fi Brussel fl-14 ta' Mejju 1973, sabiex jipprovdi għas-sospensjoni totali tad-dazji fuq il-prodotti koperti mill-Ftehim importati lejn in-Norveġja minn Spanja, meta l-istess dazji niżlu għal 2 % jew anqas, IDDEĊIEDA LI: Artikolu 1 It-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża mal-Komunità huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti l-avviż li hemm provdut f'Artikolu 3 tal-Protokoll [3]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Marzu 1989. Għall-Kunsill Il-President C. Solchaga Catalan [1] ĠU L 87, tal-31.3.1988, p. 1. [2] ĠU L 171, tas-27.6.1972, p. 2. [3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------