|
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/994
tat-23 ta' Ġunju 2015
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/930/UE tas-16 ta' Diċembru 2014 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Istat Membru,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jeħtieġ li membri jew membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, minbarra li jkunu rappreżentanti ta' korpi reġjonali jew lokali, jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u numru ugwali ta' membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal ħames snin skont il-proposti magħmula minn kull Stat Membru. |
|
(3) |
Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta' Jannar 2015, kien jeħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda. |
|
(4) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/116 (2) li taħtar il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta' Spanja, ta' Franza, tal-Kroazja, tal-Italja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, ta' Malta, tan-Netherlands, tal-Awstrija, tal-Portugall, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tas-Slovakkja, tal-Finlandja, u tal-Isvezja, 23 membru u 23 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż u 18-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Il-membri u l-membri supplenti li n-nomini tagħhom ma ġewx ikkomunikati lill-Kunsill sat-22 ta' Jannar 2015 ma setgħux jiġu inklużi fid-Deċiżjoni (UE) 2015/116. |
|
(5) |
Fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2015/190 (3) li taħtar il-membru u l-membru supplenti li fadal proposti mill-Gvern Ġermaniż u l-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern tar-Renju Unit. |
|
(6) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 u (UE) 2015/190, baqgħu vojta l-postijiet ta' tliet membri Pollakki u ħames membri supplenti Pollakki. |
|
(7) |
Fid-29 ta' Mejju 2015, ġiet ippreżentata lill-Kunsill lista li fiha tliet membri u ħames membri supplenti proposti mill-gvern Pollakk. Din il-lista tinkludi is-sitt membru supplenti, billi s-Sur Marek Karol OLSZEWSKI, li qabel kien membru supplenti, għandu jinħatar bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni. Dawk il-membri u l-membri supplenti għandhom jinħatru għall-istess perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 bħala l-membri u l-membri s-supplenti maħturin bid-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 u d-Deċiżjoni (UE) 2015/190. Din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tapplika retroattivament mis-26 ta' Jannar 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
bħala membri, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness I; |
|
— |
bħala membri supplenti, il-persuni elenkati minn kull Stat Membru fl-Anness II. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mis-26 ta' Jannar 2015.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 143.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
ANNESS I
ПРИЛОЖЕНИЕ I — ANEXO I — PŘÍLOHA I — BILAG I — ANHANG I — I LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι — ANNEX I — ANNEXE I — PRILOG I — ALLEGATO I — I PIELIKUMS — I PRIEDAS — I. MELLÉKLET — ANNESS I — BIJLAGE I — ZAŁĄCZNIK I — ANEXO I — ANEXA I — PRÍLOHA I — PRILOGA I — LIITE I — BILAGA I
Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter
POLSKA
|
|
Paweł GRZYBOWSKI burmistrz miasta Rypin |
|
|
Marek Karol OLSZEWSKI wójt gminy Lubicz |
|
|
Sławomir SOSNOWSKI radny województwa lubelskiego |
ANNESS II
ПРИЛОЖЕНИЕ II — ANEXO II — PŘÍLOHA II — BILAG II — ANHANG II — II LISA — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IΙ — ANNEX II — ANNEXE II — PRILOG II — ALLEGATO II — II PIELIKUMS — II PRIEDAS — II. MELLÉKLET — ANNESS II — BIJLAGE II — ZAŁĄCZNIK II — ANEXO II — ANEXA II — PRÍLOHA II — PRILOGA II — LIITE II — BILAGA II
Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter
POLSKA
|
|
Rafał Piotr BRUSKI prezydent miasta Bydgoszczy |
|
|
Marian Adam BURAS wójt gminy Morawica |
|
|
Marcin OCIEPA radny miasta Opola |
|
|
Krzysztof PASZYK radny województwa wielkopolskiego |
|
|
Cezary PRZYBYLSKI radny województwa dolnośląskiego |
|
|
Grzegorz WOLNIK radny województwa śląskiego |