27.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1313

tal-25 ta' Lulju 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, u b'reazzjoni għall-azzjonijiet kontinwi tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, il-Kunsill iqis li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandha tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK, l-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2023.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).