13.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

Il-Każ M.9979 — Brookfield/Simon/JCPenney

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 340/08)

1.   

Fil-5 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

—

Simon Property Group, Inc. (“Simon”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

J.C. Penney Company Inc. (“JCPenney”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Brookfield u Simon jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JCPenny.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi f’kumpanija maħluqa ġdida kkontrollata bi sħab minn Brookfield u Simon.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Brookfield: il-ġestjoni globali tal-assi inkluża firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat li jiffukaw fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,

—

Simon: investiment fil-proprjetà immobbli inklużi s-sjieda, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ destinazzjonijiet ta’ premier shopping, ikel, divertiment u użu mħallat li jikkonsistu primarjament minn malls, Premium Outlets ®, u The Mills ®,

—

JCPenney: bejgħ bl-imnut ta’ lbies tal-familja, żraben, aċċessorji, ġojjellerija fina u tal-moda, prodotti tas-sbuħija u tagħmir tad-dar permezz tal-ħwienet u l-website tagħha bbażati fl-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll il-provvista ta’ firxa ta’ servizzi mid-dipartiment tal-ħwienet tagħha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9979 — Brookfield/Simon/JCPenney

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.