Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26)
Dispożittiv
1) Billi r-Repubblika Portugiża,
– identifikat bħala żoni inqas sensittivi l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Madeira u l-ibħra kostali kollha tal-gżira ta’ Porto Santo;
– issuġġettat għal trattament inqas strett minn dak previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, l-ilma urban mormi mill-agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ekwivalenti ta’ iktar minn 10 000 persuna bħal ma huma l-agglomerazzjonijiet ta’ Funchal u ta’ Câmara de Lobos, li jiġu skarikati fl-ibħra kostali tal-gżira ta’ Madeira;
– ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjoni tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Quinta do Conde, l-eżistenza ta’ sistemi għall-ġbir ta’ ilma urban mormi skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva;
– u billi ma ggarantietx, fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Albufeira/Armação de Pêra, ta’ Beja, ta’ Chaves u ta’ Viseu u fir-rigward tal-erba’ agglomerazzjonijiet li wettqu skariki fuq il-kosta xellugija tal-estwarju tax-xmara Tejo, jiġifieri Barreiro/Moita, Corroios/Quinta da Bomba, Quinta do Conde u Seixal, trattament iktar strett minn dak previst fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva,
naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 5, u 6 tad-Direttiva 91/271.
2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.