|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1854 |
5.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1854
tal-21 ta’ Ġunju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-ICAO, rigward id-Deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ Anness IV, dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni, tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) li tirregola t-trasport internazzjonali bl-ajru, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Din stabbiliet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). L-Istati Membri tal-Unjoni huma Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u huma membri tal-ICAO. |
|
(2) |
Il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-ICAO li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Memorandum ta’ Kooperazzjoni”) daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2012. |
|
(3) |
Skont il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni, il-Kumitat Konġunt stabbilit fih jista’ jadotta annessi tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni. |
|
(4) |
Fil-laqgħa li jmiss tiegħu, il-Kumitat Konġunt UE-ICAO huwa mistenni jadotta deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ Anness IV tal-Memordandum ta’ Kooperazzjoni, dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni. Dak l-Anness IV ġdid għandu jipprovdi għall-istabbiliment ta’ djalogu regolari dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-attivitajiet ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni, inkluż attivitajiet ta’ taħriġ, fl-oqsma koperti mill-Memorandum ta’ Kooperazzjoni, bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji u, meta jkun xieraq, li jiġu kkoordinati dawk l-attivitajiet. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tal-Anness IV il-ġdid dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni, billi tiġi appoġġata l-adozzjoni tiegħu, peress li ser ikun vinkolanti għall-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-ICAO, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Anness IV ġdid, dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni, tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni, skont l-Artikolu 7.3(c) tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-ICAO, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
V. VAN PETEGHEM
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-ICAO
ta’ …
rigward l-adozzjoni ta’ Anness IV, dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni, tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-ICAO,
Wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa (il-“Memorandum ta’ Kooperazzjoni”), li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Marzu 2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 7.3(c) tiegħu,
Billi jixraq li jiġi inkluż Anness dwar il-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni fil-Memorandum ta’ Kooperazzjoni, fl-oqsma koperti mill-Memorandum ta’ Kooperazzjoni,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa b’dan adottat, u għandu jifforma parti integrali mill-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi…, …
Għall-Kumitat Konġunt UE-ICAO
Il-Presidenti
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali
ANNESS
ANNESS IV tal-MtK
BINI TAL-KAPAĊITAJIET, ASSISTENZA TEKNIKA U APPOĠĠ GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
1. OBJETTIVI
|
1.1 |
Il-partijiet jaqblu li jikkooperaw fil-forniment tal-bini tal-kapaċitajiet tal-avjazzjoni, tal-assistenza teknika u tal-appoġġ għall-implimentazzjoni, soġġett għall-politiki u għad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Partijiet, bil-ħsieb li jappoġġaw il-ksib tal-Objettivi Strateġiċi tal-ICAO globalment fl-oqsma li jaqgħu taħt il-qafas tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni (MtK) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) li jipprovdi qafas għal kooperazzjoni msaħħa, li daħal fis-seħħ fid-29 ta' Marzu 2012, u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 7.3(c) tiegħu. |
|
1.2 |
Filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol tal-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni fil-ksib tal-Objettivi Strateġiċi tal-ICAO globalment u fl-iżgurar tal-konformità globali mal-Istandards u mal-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-ICAO, il-Partijiet jaqblu li jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-attivitajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet, tal-assistenza teknika u tal-appoġġ għall-implimentazzjoni bil-ħsieb li jidentifikaw is-sinerġiji u l-attivitajiet ta' kooperazzjoni possibbli. |
2. AMBITU
|
2.1 |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifikati fil-paragrafi 1.1 u 1.2, u b'mod komplementari għall-kooperazzjoni stabbilita skont l-Annessi I, II u III tal-MtK, il-Partijiet jaqblu li jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:
|
3. IMPLIMENTAZZJONI
|
3.1 |
Kif previst fl-Artikoli 3.3 u 4.1(a) tal-MtK, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' ħidma, kif meħtieġ, biex jimplimentaw b'mod effettiv l-attivitajiet ta' kooperazzjoni speċifikati fl-Artikoli 2.1. u 5 ta' dan l-Anness. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 7.3(c) tal-MtK. |
4. DJALOGU
|
4.1 |
Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena, fil-livell tad-Direttur tal-ICAO tal-Uffiċċju tal-Appoġġ għall-Iżvilupp u l-Implimentazzjoni tal-Kapaċità, bl-assistenza ta' Diretturi oħra tal-ICAO kif ikun xieraq, u tar-Rappreżentant tal-Unjoni Ewropea għall-ICAO, assistit mir-Rappreżentant tal-EASA u mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea kif ikun xieraq, u jirrapportaw lura dwar dawk l-iskambji lil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt UE-ICAO. Ir-Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE fuq il-Kunsill tal-ICAO u entitajiet oħra jistgħu jiġu mistiedna jattendu dan id-djalogu. |
|
4.2 |
Matul id-djalogu msemmi fil-paragrafu 4.1, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-attivitajiet rispettivi tagħhom b'rabta mal-bini tal-kapaċitajiet, l-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni fl-oqsma koperti mill-MtK UE-ICAO, u jidentifikaw is-sinerġiji possibbli u, meta jkun xieraq, ifittxu li jikkoordinaw l-attivitajiet rispettivi tagħhom kif spjegat fl-Artikolu 5. |
|
4.3 |
Id-djalogu msemmi fil-paragrafu 4.2 għandu jkun ikkomplementat, mill-inqas darba kull tliet xhur, bi skambju fil-livell tekniku fil-livell ta' punti ta' kuntatt li għandhom jiġu ddeżinjati minn kull parti. |
5. APPOĠĠ U FAĊILITAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET
|
5.1 |
Il-Partijiet jaqblu, inkluż bħala riżultat tad-Djalogu msemmi fl-Artikolu 4, li jappoġġaw u li jiffaċilitaw il-forniment tal-attivitajiet tal-Partijiet b'rabta mal-bini tal-kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni. |
|
5.2 |
Meta jkun xieraq, jistgħu jitwettqu attivitajiet konġunti b'rabta mal-bini tal-kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-assistenza teknika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni. |
|
5.3 |
Dan l-appoġġ jista' jieħu l-forma ta' forniment ta' esperti fil-qasam b'għarfien espert tekniku ppruvat f'oqsma rilevanti. |
|
5.4 |
Dan l-appoġġ jista' jieħu wkoll il-forma tal-iżvilupp u tat-twassil ta' prodotti tal-bini tal-kapaċitajiet, tal-iżvilupp tal-assistenza teknika u tal-appoġġ għall-implimentazzjoni, tat-taħriġ, u tal-parteċipazzjoni fi proġetti tekniċi, meta jitqies li jkun xieraq. |
|
5.5 |
Dan l-appoġġ għandu jinkludi, kif ikun xieraq, kooperazzjoni fuq il-post bejn l-Uffiċċji Reġjonali tal-ICAO rilevanti u t-timijiet mibgħuta bħala parti mill-attivitajiet iffinanzjati mill-UE b'rabta mal-bini tal-kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-assistenza teknika jew tal-appoġġ għall-implimentazzjoni. |
|
5.6 |
L-użu tal-logos rispettivi għandu jitqies meta jkun pertinenti għall-attività, soġġett għar-regoli u għall-proċeduri ta' kull parti. |
6. KOOPERAZZJONI REĠJONALI
|
6.1 |
Fl-attivitajiet tagħhom li għandhom l-għan li jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-SARPs tal-ICAO, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lill-approċċi reġjonali li joffru opportunitajiet għal titjib fil-proċessi tal-kosteffiċjenza, tas-sorveljanza u/jew tal-istandardizzazzjoni. |
7. PROMOZZJONI TAL-ATTIVITAJIET
|
7.1 |
Il-Partijiet għandhom jippromwovu l-attivitajiet rispettivi tagħhom kif ikun xieraq. Dan jista' jinkludi b'mod partikolari l-forniment ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa fl-applikazzjoni ta' dan l-Anness lill-korpi rilevanti tagħhom bħall-Kunsill tal-ICAO, il-maniġment rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea jew il-korpi rilevanti tal-EASA. |
8. RIEŻAMI
|
8.1 |
Il-Partijiet għandhom jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Anness fuq bażi regolari u jikkunsidraw kwalunkwe żvilupp rilevanti fil-politiki jew żvilupp regolatorju rilevanti, skont il-bżonn. |
|
8.2 |
Kwalunkwe reviżjoni ta' dan l-Anness għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 7 ta' dan l-MtK. |
9. DĦUL FIS-SEĦĦ, EMENDI U TERMINAZZJONI
|
9.1 |
Dan l-Anness għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt u għandu jibqa' fis-seħħ sa ma jiġi terminat. It-terminazzjoni mhix ser taffettwa l-implimentazzjoni tal-attivitajiet li jkunu għaddejjin għajr jekk ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet. |
|
9.2 |
L-arranġamenti ta' ħidma miftiehma skont dan l-Anness għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni mill-Kumitat Konġunt. |
|
9.3 |
Kwalunkwe emenda jew terminazzjoni tal-arranġamenti ta' ħidma adottati skont dan l-Anness għandhom jiġu miftiehma fi ħdan il-Kumitat Konġunt. |
|
9.4 |
Kull Parti tista' tittermina dan l-Anness fi kwalunkwe waqt. Tali terminazzjoni għandha tkun effettiva sitt xhur wara li parti taslilha notifika bil-miktub tat-terminazzjoni mingħand il-parti l-oħra, għajr jekk tali notifika ta' terminazzjoni tkun ġiet irtirata bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet qabel ma jkun skada l-perjodu ta' sitt xhur. |
|
9.5 |
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' dan l-Artikolu, jekk l-MtK jiġi terminat, dan l-Anness u kwalunkwe arranġament ta' ħidma adottat skontu għandhom jiġu terminati fl-istess waqt. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1854/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)