|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2549 |
1.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2549
tad-29 ta’ Novembru 2023
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57543 u SA.58342 (2020/NN) (ex 2020/N), implimentata mir-Renju tad-Danimarka u mir-Renju tal-Iżvezja għal Scandinavian Airlines System AB
(notifikata bid-dokument C(2023) 8356)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1), il-punt (a), tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet (1) imsemmija hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta’ notifiki elettroniċi tal-11 ta’ Awwissu 2020, wara l-kuntatti ta’ qabel in-notifika (2), ir-Renju tad-Danimarka (id-“Danimarka”) u r-Renju tal-Iżvezja (l-“Iżvezja”) innotifikaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet tagħhom li jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni (il-“Miżura”) ta’ Scandinavian Airlines System AB (“SAS”). |
|
(2) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja nnotifikaw il-Miżura skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), kif interpretat mit-Taqsima 3.11 tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul il-pandemija tal-COVID-19 (il-“Qafas Temporanju”) (3). |
|
(3) |
Il-Miżura kienet tinkludi żewġ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni:
|
|
(4) |
L-ammont massimu totali tal-Miżura, kif innotifikat mid-Danimarka u l-Iżvezja fil-11 ta’ Awwissu 2020, kien ta’ madwar SEK 11-il biljun (EUR 1,069 biljun) (4), li minnhom madwar SEK 6 biljun kellhom jiġu pprovduti mid-Danimarka u SEK 5 biljun mill-Iżvezja. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni ppreveda wkoll il-parteċipazzjoni ta’ investituri privati għal ammont ta’ SEK 3,75 biljun. Għal dan l-għan, SAS, inter alia, ikkonkludiet ftehimiet mad-detenturi ta’ ċerti noti ibridi eżistenti u d-detenturi ta’ ċerti bonds sabiex jikkonvertu, rispettivament, dawk in-noti ibridi f’azzjonijiet komuni ġodda u l-bonds jew f’noti ibridi kummerċjali ġodda jew f’azzjonijiet komuni ġodda. |
|
(6) |
Fis-17 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li permezz tagħha ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għall-Miżura, minħabba li tqieset kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE (id-“deċiżjoni inizjali”) (5). |
|
(7) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja taw l-għajnuna lil SAS fis-26 ta’ Ottubru 2020. Id-Danimarka u l-Iżvezja fl-aħħar ħallsu ammont ta’ għajnuna ta’ madwar SEK 9,54 biljun (EUR 907 miljun), li għalhekk kien inqas mill-ammont ta’ SEK 11-il biljun previst fin-notifika u approvat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni inizjali (ara l-premessa (4)). |
|
(8) |
Fl-4 ta’ Mejju 2021, Ryanair DAC (“Ryanair”) ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali. Fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Mejju 2023 fil-Kawża T-238/21 (is-“sentenza SAS II”), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni inizjali minħabba ksur tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju (6). Il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni ma kinitx eżiġiet l-inklużjoni ta’ mekkaniżmu step-up jew mekkaniżmu alternattiv fir-rigward tal-istrument ta’ ekwità, kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk id-dispożizzjonijiet tal-Qafas Temporanju. |
|
(9) |
Wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mid-Danimarka u l-Iżvezja fit-8, fit-13 u fil-15 ta’ Ġunju 2023. Id-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu rispettivament fit-12, fil-15 u fis-16 ta’ Ġunju 2023. |
|
(10) |
Permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni infurmat lill-Iżvezja u lid-Danimarka li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE fir-rigward tal-għajnuna (id-“deċiżjoni tal-ftuħ”). |
|
(11) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom. |
|
(12) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ b’mod konġunt fid-19 ta’ Lulju 2023. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kummenti minn żewġ partijiet interessati, jiġifieri SAS u Ryanair, fl-10 ta’ Awwissu 2023 u fl-14 ta’ Awwissu 2023 rispettivament. Fit-23 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni bagħtet dawk il-kummenti lid-Danimarka u lill-Iżvezja. Permezz ta’ ittri datati l-25 ta’ Settembru 2023, id-Danimarka u l-Iżvezja ppreżentaw lill-Kummissjoni tweġiba konġunta għall-kummenti pprovduti minn Ryanair. |
|
(14) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lid-Danimarka u lill-Iżvezja. Iż-żewġ Stati Membri wieġbu għal dik it-talba f’diversi stadji fis-6, fil-11, fit-12, fit-13, fis-16, fid-19 u fit-23 ta’ Ottubru 2023. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll talbiet għal informazzjoni: fis-16 ta’ Ottubru 2023, li d-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu għaliha fl-24, fis-26 u fl-31 ta’ Ottubru 2023; fid-9 ta’ Novembru 2023, li d-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu għaliha fl-14 ta’ Novembru 2023; u fl-14 ta’ Novembru 2023, li d-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu għaliha fl-20 u fil-21 ta’ Novembru 2023. |
|
(15) |
Permezz ta’ ittri datati l-24 u s-17 ta’ Ottubru 2023 rispettivament, id-Danimarka u l-Iżvezja qablu b’mod eċċezzjonali li jirrinunzjaw id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 342 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/1958 (8) u li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
|
(16) |
Fit-taqsimiet li ġejjin, il-Miżura u l-kuntest tagħha huma deskritti kif kienu fiż-żmien meta ngħatat il-Miżura, li kien fis-26 ta’ Ottubru 2020. Il-valutazzjoni tal-Miżura, wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali (ara l-premessa (8)), għandha tkun ibbażata fuq il-fatti u l-elementi prevalenti fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
2.1. Objettiv tal-Miżura
|
(17) |
Il-Miżura kellha l-għan li tirrestawra l-ekwità u l-likwidità ta’ SAS fis-sitwazzjoni eċċezzjonali kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(18) |
Il-Miżura kienet tifforma parti minn pakkett ġenerali ta’ miżuri adottat mid-Danimarka u mill-Iżvezja li kellu l-għan li jiżgura li tibqa’ disponibbli likwidità suffiċjenti fis-suq u li jiġġieled in-nuqqas ta’ likwidità li kienu qegħdin jiffaċċjaw l-impriżi minħabba t-tifqigħa tal-pandemija. Dak il-pakkett ta’ miżuri kellu wkoll l-għan li jiżgura li t-tfixkil ikkawżat mill-pandemija ma jimminax il-vijabbiltà tal-impriżi u jippreserva l-kontinwità tal-attività ekonomika matul u wara l-pandemija. |
2.1.1. Il-miżuri ta’ konteniment adottati mid-Danimarka u mill-Iżvezja b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19
|
(19) |
Fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kkaratterizzat il-marda tal-COVID-19 bħala pandemija. Ir-riskju għas-saħħa pubblika li rriżulta min-nuqqas ta’ terapiji jew vaċċini għall-virus il-ġdid tal-COVID-19 iddetermina l-eċċezzjonalità ta’ dawk iċ-ċirkostanzi. Il-ħeffa tat-tixrid ikkawżat konsegwenzi enormi kemm f’termini ta’ eżiti fatali fi gruppi b’riskju għoli kif ukoll f’termini ta’ tfixkil ekonomiku u soċjetali. |
|
(20) |
Biex jillimitaw it-tixrid tal-COVID-19, l-Istati Membri, inklużi d-Danimarka u l-Iżvezja, adottaw miżuri ta’ konteniment fuq skala kbira, bħal rekwiżiti ta’ xogħol remot mid-dar u l-evitar li jinġabru l-folol fil-pubbliku, l-għeluq ta’ negozji mhux essenzjali u l-implimentazzjoni ta’ curfews ta’ billejl. Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja, kif ukoll l-Istati Membri l-oħra, illimitaw drastikament il-movimenti u l-ivvjaġġar fit-territorji tagħhom u lejn u minn pajjiżi barranin, billi adottaw restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u miżuri sanitarji ġenerali (eż. projbizzjonijiet fuq it-titjiriet, kwarantina jew rekwiżiti ta’ test negattiv tal-COVID-19). |
|
(21) |
Fir-rigward tad-Danimarka, fit-13 ta’ Marzu 2020 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Daniż ta parir liċ-ċittadini u r-residenti tiegħu kontra l-ivvjaġġar mhux essenzjali kollu lejn il-pajjiżi kollha. Fl-istess jum, l-awtoritajiet Daniżi għalqu l-fruntieri tagħhom u imponew projbizzjoni temporanja fuq id-dħul fid-Danimarka. Dawk ir-restrizzjonijiet kienu japplikaw għall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi barranin sas-26 ta’ Ġunju 2020 (9), id-data li fiha d-Danimarka neħħiet ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi ta’ Schengen, b’xi eċċezzjonijiet (10). Minkejja t-tneħħija ta’ dawk ir-restrizzjonijiet, id-Danimarka kompliet timmonitorja l-evoluzzjoni ta’ kull ġimgħa tar-riskju epidemjoloġiku fil-pajjiżi barranin kollha, inklużi Stati Membri oħra, u taġġorna r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-ivvjaġġar barra mid-Danimarka kif xieraq. Barra minn hekk, it-tneħħija parzjali tar-restrizzjonijiet mis-26 ta’ Ġunju 2020 kienet madankollu akkumpanjata minn regola ta’ 6 ijiem li kienet tirrikjedi li l-barranin li jivvjaġġaw għal skopijiet rikreattivi jidħlu fid-Danimarka biss jekk ikunu rriżervaw soġġorn ta’ vaganza għal mill-inqas 6 iljieli. Dik ir-regola affettwat it-turiżmu barrani fid-Danimarka peress li fis-sajf tal-2019, 70 % tat-turisti barranin li daħlu fil-pajjiż baqgħu hemm għal inqas minn 6 ijiem. |
|
(22) |
Id-Danimarka aktar tard osservat żieda fir-riskju epidemjoloġiku madwar l-Unjoni kollha minn Settembru 2020 ’il quddiem. Id-Danimarka ħarġet restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn Franza u l-Kroazja fil-31 ta’ Awwissu 2020 minħabba ż-żieda fl-infezzjonijiet tal-COVID-19 f’dawk il-pajjiżi (11). Hija ħarġet restrizzjonijiet simili fuq l-ivvjaġġar lejn iċ-Ċekja fil-11 ta’ Settembru 2020 (12), u lejn l-Awstrija, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Portugall u l-Iżvizzera ġimgħa wara (13). Id-Danimarka kompliet iżżid aktar Stati Membri mal-lista tagħha ta’ pajjiżi b’riskju għoli fuq il-bażi tal-monitoraġġ tagħha ta’ kull ġimgħa tas-sitwazzjoni epidemjoloġika madwar id-dinja, u ħarġet restrizzjonijiet fuq l-Iżlanda, l-Irlanda, ir-Renju Unit u s-Slovenja fil-25 ta’ Settembru 2020 (14); is-Slovakkja u San Marino fit-3 ta’ Ottubru 2020 (15); diversi reġjuni tal-Iżvezja fid-9 ta’ Ottubru 2020 (16); il-Bulgarija, l-Italja, il-Litwanja u l-Polonja fis-16 ta’ Ottubru 2020 (17); u Ċipru, il-Latvja u l-Ġermanja fit-23 ta’ Ottubru 2020 (18). B’riżultat ta’ dan, sas-26 ta’ Ottubru 2020, id-Danimarka kienet stabbiliet restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għal 24 Stat Membru, kif ukoll għall-pajjiżi terzi kollha, fid-dawl tal-fatt li feġġet tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19 (19). |
|
(23) |
L-Iżvezja, min-naħa tagħha, ħarġet restrizzjonijiet simili fuq l-ivvjaġġar. Fl-14 ta’ Marzu 2020, l-awtoritajiet Żvediżi wissew liċ-ċittadini u lir-residenti tal-pajjiż kontra l-ivjaġġar mhux essenzjali lejn il-pajjiżi kollha. Dak il-parir kien japplika sas-17 ta’ Ġunju 2020, qabel it-tneħħija progressiva tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-vjaġġi lejn u minn Stati Membri oħra (20). Barra minn hekk, l-Iżvezja applikat projbizzjoni temporanja fuq id-dħul tal-barranin kollha fl-Unjoni mill-Iżvezja bejn id-19 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020. Wara s-17 ta’ Ġunju 2020, bħad-Danimarka, l-Iżvezja kompliet timmonitorja l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-pajjiżi barranin kollha fuq bażi regolari, u ħarġet rakkomandazzjonijiet ġodda kontra l-ivvjaġġar lejn il-pajjiżi kollha li kienu jippreżentaw riskju għoli ta’ kontaminazzjoni bil-COVID-19. Wara t-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għal ċerti Stati Membri bejn Lulju u Settembru 2020, l-Iżvezja reġgħet daħħlet ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mit-22 ta’ Ottubru 2020, fid-dawl tal-fatt li feġġet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19. (21). |
|
(24) |
B’mod ġenerali, il-pandemija tal-coronavirus irrappreżentat xokk qawwi għall-ekonomija globali u għall-ekonomiji tal-Unjoni, inklużi dawk tad-Danimarka u tal-Iżvezja, b’konsegwenzi ekonomiċi u soċjali severi. L-attività ekonomika fl-Unjoni sofriet tnaqqis drammatiku fl-ewwel nofs tas-sena u reġgħet irkuprat biss parzjalment matul is-sajf tal-2020 hekk kif il-miżuri ta’ konteniment gradwalment tneħħew. Madankollu, il-fatt li feġġet mill-ġdid il-pandemija f’Settembru 2020 irriżulta f’aktar tfixkil hekk kif l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri ġodda tas-saħħa pubblika biex jillimitaw it-tixrid tagħha. Il-Kummissjoni stmat fit-Tbassir Ekonomiku tagħha tal-Ħarifa 2020 li l-ekonomija taż-żona tal-euro kienet se tiċkien b’7,8 % fl-2020. Għas-snin 2021 u 2022, il-Kummissjoni wissiet li, għalkemm ipproġettat tkabbir ekonomiku ta’ 4,2 % u 3 % rispettivament, dawk l-istimi kienu soġġetti għal livell estremament għoli ta’ inċertezza u riskji fid-dawl tal-kuntest tal-COVID-19 (22). |
|
(25) |
B’riżultat ta’ dan, id-Danimarka u l-Iżvezja qiesu li l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment relatati li huma u ħafna pajjiżi oħra adottaw affettwaw serjament l-ekonomija reali, u speċjalment lil impriżi bħal SAS. |
2.1.2. L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment relatati fuq l-attivitajiet ta’ SAS
|
(26) |
Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment relatati adottati madwar id-dinja, inkluż mid-Danimarka u mill-Iżvezja, irriżultaw fil-waqfien tal-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tat-trasport tal-avjazzjoni għal-linji tal-ajru bħal SAS. |
|
(27) |
Fl-2019, SAS ittrasportat, b’kollox, kważi 30 miljun passiġġier (23), b’fattur medju ta’ tagħbija tal-passiġġieri ta’ 75,2 % (24). Dan kien biss ftit inqas milli ttrasportat fl-2018 (–1,1 %). Bl-istess mod, SAS irreġistrat ukoll tnaqqis żgħir simili fl-2019 meta mqabbla mal-2018 għal ċerti indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, bħall-Kilometri ta’ Postijiet Disponibbli jew “ASK” (Available Seat Kilometres) (25) (–0,8 %) u l-Kilometri ta’ Dħul għal kull Passiġġier jew “RPK” (Revenue per Passenger Kilometre) (26) (–1,4 %). |
|
(28) |
Bejn Diċembru 2019 u Frar 2020, jiġifieri ftit qabel ma l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddikjarat il-COVID-19 bħala pandemija, SAS kienet qed ittejjeb dawk l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (27). Il-kumpanija rreġistrat żieda sostanzjali fl-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati meta mqabbel mal-perjodu minn Diċembru 2018 sa Frar 2019 (28), fl-ASK tagħha (29), u fl-RPK tagħha (30). |
|
(29) |
Madankollu, f’Marzu 2020, wara l-adozzjoni tal-ewwel miżuri ta’ konteniment (il-premessi (21) u (23)), SAS tilfet madwar 60 % tal-passiġġieri tagħha meta mqabbel ma’ Marzu 2019 u l-RPK tagħha naqas bi 62 % (31). Sa Ġunju 2020, SAS ikkanċellat kważi t-titjiriet internazzjonali kollha tagħha, u llimitat l-attivitajiet tagħha għal ftit rotot domestiċi fl-Iżvezja u fin-Norveġja, bi tnaqqis fil-passiġġieri ta’ aktar minn 95 % (April 2020) u 93 % (Mejju 2020) meta mqabbla mal-istess perjodi fl-2019. SAS kellha tieqaf ittajjar il-biċċa l-kbira tal-flotta tagħha, magħmula minn aktar minn 150 inġenju tal-ajru, filwaqt li żammet biss 15 attivi (32). |
|
(30) |
Minkejja t-tneħħija relattiva u gradwali tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fl-Unjoni matul is-sajf tal-2020, iċ-ċifri tat-traffiku ta’ SAS bilkemm tjiebu bejn Ġunju u Settembru 2020. Meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, SAS esperjenzat tnaqqis fil-kapaċità ta’ bejn 73 % (Settembru 2020) u 91 % (Ġunju 2020), u tnaqqis fl-għadd totali ta’ passiġġieri ttrasportati ta’ bejn 74 % (Awwissu 2020) u 86 % (Ġunju 2020) (33). F’Ottubru 2020, wara li feġġet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19, SAS kompliet topera f’ambjent ta’ domanda ristretta ħafna, b’madwar 20 % tal-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati f’Ottubru 2019 (34). |
|
(31) |
Fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, Eurocontrol stmat fl-aħjar xenarju tagħha li, abbażi tad-data miġbura bejn Jannar u Ottubru 2020, is-settur tal-avjazzjoni ma kienx se jirkupra l-livelli tiegħu tal-2019 qabel l-2024 (35). Il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti tal-Ewropa pprovda previżjoni simili fis-6 ta’ Ottubru 2020, meta wieħed iqis li l-irkupru tal-livelli tal-2019 tat-traffiku tal-ajru Ewropew kien improbabbli qabel l-2024 jew l-2025, b’inċertezza estrema dwar l-iżvilupp ta’ dak it-traffiku fl-2021 (36). |
|
(32) |
It-telf sostanzjali fid-domanda mġarrab minn SAS minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, il-miżuri ta’ konteniment, u l-inċertezza sinifikanti dwar il-prospettiva tas-settur tal-avjazzjoni fuq terminu qasir u medju, affettwaw serjament il-pożizzjoni finanzjarja tagħha. |
2.1.3. Il-ħtiġijiet ta’ ekwità u likwidità ta’ SAS biex tiffaċċja l-pandemija tal-COVID-19
|
(33) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, SAS ġarrbet telf sinifikanti mit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u mill-adozzjoni tal-miżuri ta’ konteniment deskritti fit-Taqsima 2.1.1. SAS kienet qed tistenna li ġġarrab aktar telf fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. B’riżultat ta’ dan, il-kumpanija kellha bżonn appoġġ ta’ ekwità u likwidità fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni biex tindirizza d-diffikultajiet finanzjarji tagħha. |
|
(34) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, SAS kienet teħtieġ dak l-appoġġ minkejja diversi inizjattivi ta’ ffrankar tal-kostijiet li ħadet biex ittaffi t-telf tagħha, u l-għajnuna mill-Istat li rċeviet qabel fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. |
2.1.3.1.
|
(35) |
Mit-3 ta’ Marzu 2020, ftit wara li faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 fl-Ewropa, SAS ħabbret li kienet se tniedi minnufih diversi inizjattivi ta’ ffrankar tal-kostijiet biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-pandemija u l-livell imnaqqas ta’ domanda għas-servizzi tal-ivvjaġġar bl-ajru (37). SAS issospendiet it-titjiriet lejn Hong Kong mill-5 ta’ Marzu 2020, u ħabbret ukoll tnaqqis tat-titjiriet qosra tagħha għax-xhur ta’ wara biex tikkumpensa kemm jista’ jkun it-telf ta’ dħul bi tnaqqis fil-kostijiet relatati mat-titjiriet (fjuwil, persunal, taxxi u tariffi tal-inġenji tal-ajru, eċċ.). |
|
(36) |
Fit-12 ta’ Marzu 2020, fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ SAS, SAS informat lill-membri tal-bord li kien meħtieġ li ssir ħidma fuq żewġ flussi biex jiġu ffaċċjati l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u d-deterjorament tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ SAS. |
|
(37) |
L-ewwel, SAS indikat li kellha bżonn tiżgura l-flus kontanti billi tnaqqas il-kostijiet b’mod urġenti. F’dan ir-rigward, il-maniġment ta’ SAS qablet fuq tnaqqis volontarju ta’ 20 % tas-salarji tagħhom b’effett immedjat għal perjodu ta’ 3 xhur. B’mod parallel, SAS informat lill-Bord tad-Diretturi li kien kellha djalogu mal-unjins tal-ħaddiema biex jaqblu dwar tnaqqis temporanju fil-ħin tax-xogħol sa 20 % (u tnaqqis korrispondenti fil-paga) għal perjodu ta’ 3 xhur għall-impjegati kollha ta’ SAS. Barra minn hekk, mill-minuti tal-laqgħa tal-bord tad-diretturi tat-12 ta’ Marzu 2020 jidher li SAS kienet diġà bdiet diskussjonijiet mal-kerrejja sabiex tirrinunzja jew tipposponi temporanjament il-kirjiet tal-inġenji tal-ajru u ta’ assi oħra. Minħabba l-livelli baxxi ta’ prenotazzjonijiet, SAS impenjat ruħha wkoll li tnaqqas is-servizzi tal-ajru tagħha bi 15–20 % f’Marzu u April 2020, b’sospensjoni tat-titjiriet lejn iċ-Ċina u lejn l-Italja sat-3 ta’ April 2020, u li tnaqqas il-frekwenzi fil-biċċa l-kbira tad-destinazzjonijiet ta’ SAS. It-tieni, SAS informat lill-Bord tad-Diretturi li kienet qed taħdem fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ġdid biex tinkludi l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha fuq l-istrateġija kummerċjali tagħha fuq terminu qasir u twil. |
|
(38) |
Fil-15 ta’ Marzu 2020, SAS ħabbret li kienet se twaqqaf temporanjament il-biċċa l-kbira tat-traffiku tagħha mis-16 ta’ Marzu 2020, minħabba l-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment adottati mid-Danimarka u mill-Iżvezja (ara l-premessi (21) u (23)). Barra minn hekk, SAS ħabbret li kienet se tintroduċi tnaqqis fix-xogħol temporanju li kien se jikkonċerna sa 10 000 impjegat, ekwivalenti għal 90 % tal-forza tax-xogħol totali tagħha, immedjatament wara l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti s-sensji temporanji mid-Danimarka (fil-15 ta’ Marzu 2020) u mill-Iżvezja (fis-16 ta’ Marzu 2020) (38). |
|
(39) |
Fil-laqgħa tal-bord tad-diretturi tal-1 ta’ April 2020, SAS indikat li hija kienet qiegħda topera biss daqs 10 % tas-servizzi tal-ajru tagħha meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena preċedenti. SAS indikat ukoll li kienet identifikat, għall-bqija tas-sena 2020, diversi inizjattivi ta’ tnaqqis tal-kostijiet b’potenzjal ta’ ffrankar ta’ SEK 4,1 biljun. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi approva l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ bejgħ u kiri lura dwar ħames magni ta’ riżerva għall-inġenji tal-ajru, bl-effett li nġiebu USD 45 miljun fi flus kontanti għal SAS. |
|
(40) |
Fil-laqgħa tal-bord tal-15 ta’ April 2020, SAS ippreżentat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha li jistabbilixxi l-istrateġija kummerċjali l-ġdida tagħha biex tindirizza l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha fuq terminu qasir u twil. |
|
(41) |
Il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SAS assuma, essenzjalment, li ma kien se jkun hemm kważi l-ebda domanda għal servizzi ta’ trasport bl-ajru bejn April u Ġunju 2020 minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar (39). Il-passiġġieri kienu se jerġgħu jibdew jivvjaġġaw biss bejn Lulju u Ottubru 2020, u b’mod limitat (40). It-traffiku tal-passiġġieri mbagħad kien se jirkupra b’rata soda minn Novembru 2020 ’il quddiem biex jilħaq 85 % tat-traffiku tal-passiġġieri tal-2019 fi Frar 2022. Wara dan, it-tkabbir tat-traffiku tal-passiġġieri kien se jnaqqas ir-ritmu, minħabba l-bidliet fl-imġiba tal-ivvjaġġar fuq terminu twil ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 (ix-xogħol mid-dar, inqas konferenzi tan-negozju, xejriet ġodda ta’ divertiment, eċċ.). B’riżultat ta’ dan, SAS ma kinitx qed tistenna li terġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-COVID-19 qabel mill-inqas nofs l-2023. Dak it-tbassir tad-domanda kien ibbażat fuq il-premessa li ma jkun hemm l-ebda mewġa addizzjonali tal-pandemija u l-ebda restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar wara Ottubru 2020. |
|
(42) |
F’dak ix-xenarju, SAS ipproġettat telf ta’ SEK 22 biljun għas-snin fiskali 2020 u 2021 (41). Biex ittaffi dak it-telf, il-kumpanija pproġettat fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha li taħdem fuq tliet lievi ewlenin: li tadatta l-offerta tagħha għad-domanda; li tagħti bidu għal tnaqqis aggressiv fil-kostijiet; u li tiġġestixxi s-sensji. |
|
(43) |
Fir-rigward tal-ewwel lieva (li tadatta l-offerta tagħha għad-domanda), SAS ippjanat li timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tad-domanda għas-servizz tat-trasport bl-ajru fuq bażi ta’ kull ġimgħa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. SAS kellha żżomm il-biċċa l-kbira tal-flotta tagħha fl-art sa Ġunju 2020, u gradwalment iżżid l-għadd ta’ inġenji tal-ajru fis-servizz minn Lulju 2020 skont ir-riżultati tat-tliet indikaturi ewlenin. Dawk l-indikaturi jkejlu rispettivament il-“kapaċità tal-ivvjaġġar” (permezz ta’ analiżi tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tal-gvern u l-projbizzjonijiet korporattivi fis-seħħ madwar id-dinja), l-“intenzjoni tal-ivvjaġġar” (eż. permezz ta’ kejl tad-data tat-tiftix jew tal-livelli ta’ prenotazzjonijiet fuq is-siti web ta’ SAS) u l-“ivvjaġġar attwali” (eż., permezz tal-għadd ta’ rati ta’ nies li attwalment jitfaċċaw, il-passiġġieri ttrasportati u l-klassijiet ta’ prenotazzjoni rreġistrati minn SAS). Fuq terminu itwal (jiġifieri wara Ottubru 2020), meta d-domanda kienet mistennija tirkupra b’rata soda, SAS kienet se tikkonċentra s-servizzi tagħha fuq ir-rotot l-aktar profittabbli (b’mod partikolari titjiriet qosra fl-Iskandinavja u fl-Ewropa) u għall-klijenti l-aktar profittabbli (il-kategorija tan-negozju), filwaqt li naqqset il-kapaċità u l-frekwenza biex timmassimizza l-użu tal-inġenji tal-ajru. Hija ppjanat ukoll li tissostitwixxi l-biċċa l-kbira tal-analitika, is-sistemi u l-għodod kurrenti tagħha bi prodotti aktar avvanzati biex ittejjeb lakkuratezza tal-indikaturi tat-traffiku u tal-prenotazzjoni, u li tirrevedi s-servizzi abbord tagħha biex telimina l-kostijiet tal-“ħela” (tnaqqis tas-servizzi doppji abbord, eċċ.). |
|
(44) |
Rigward it-tieni lieva (li tagħti bidu għal tnaqqis aggressiv fil-kostijiet), SAS ipproponiet li twettaq it-tnaqqis aggressiv tal-kostijiet tagħha billi tiffoka fuq il-kostijiet fissi, b’objettiv li tikseb SEK 2,4 biljun fi ffrankar sal-aħħar ta’ Ottubru 2020, u ffrankar addizzjonali ta’ SEK 1 biljun sal-aħħar ta’ Marzu 2021 (42). SAS antiċipat ukoll li kienet se tnaqqas l-ispejjeż lil hinn minn Ottubru 2020 billi ċċekken il-flotta tagħha; billi timxi progressivament lejn tip wieħed ta’ inġenju tal-ajru biex tinkiseb effiċjenza fl-ispejjeż tal-manutenzjoni; u billi tittardja l-konsenji tal-inġenji tal-ajru biex tippreserva l-flus kontanti, għal iffrankar addizzjonali ta’ SEK 1,1 biljun sal-2024. |
|
(45) |
Fir-rigward tat-tielet lieva (il-ġestjoni tas-sensji), SAS ipprevediet li kienet se tkompli tirrikorri għal sensji temporanji kbar fl-Iżvezja, fin-Norveġja u fid-Danimarka għal iffrankar totali ta’ SEK 2 biljun sal-aħħar ta’ Ottubru 2020, segwiti minn miżuri ulterjuri biex tiżdied il-produttività fil-perjodu ta’ rkupru (jiġifieri titjib ta’ 25 % fil-produttività fuq l-art u ta’ 17 % għall-ekwipaġġ tal-kabina) għal tnaqqis addizzjonali ta’ SEK 2 biljun. B’mod parallel, SAS kienet se tibda programm ta’ sensji biex tnaqqas fuq bażi permanenti l-persunal totali tagħha bi 30 % sal-aħħar ta’ Ottubru 2020, u biex tkompli tnaqqas l-ispejjeż ġenerali b’SEK 1,6 biljun sa Marzu 2021 (bi tnaqqis ta’ terz tal-persunal bħala spejjeż ġenerali u ta’ 50 % tal-persunal tal-fergħa tal-merkanzija; il-kost fiss tal-IT imnaqqsa b’20 %; żieda fl-esternalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-merkanzija u tas-servizzi fuq l-art; u tnaqqis tal-investimenti fil-kummerċjalizzazzjoni, fl-IT u fil-prodotti għal dak li huwa strettament neċessarju għal SAS). |
|
(46) |
B’dak il-programm ta’ tnaqqis tal-kostijiet, SAS kellha l-għan li tikseb tnaqqis totali ta’ SEK 5,4 biljun matul is-snin fiskali 2020 u 2021 (u tnaqqis ulterjuri fil-kostijiet ta’ SEK 4,5 biljun wara l-2021). |
|
(47) |
Madankollu, fil-laqgħa tal-bord tal-15 ta’ April 2020, il-Bord tad-Diretturi talab lill-maniġment ta’ SAS biex tidentifika aktar sorsi ta’ tnaqqis tal-kostijiet fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. |
|
(48) |
Fil-laqgħa tal-bord tat-22 ta’ April 2020, SAS għalhekk ippreżentat programm aktar ambizzjuż ta’ tnaqqis tal-kostijiet. Essenzjalment, SAS ipproponiet li tnaqqas aktar l-infiq estern; li żżid l-għadd ta’ sensji (minn 30 % għal 40 % tal-persunal totali ta’ SAS); u li tittardja aktar konsenji ta’ inġenji tal-ajru. Mill-minuti ta’ din il-laqgħa jirriżulta wkoll li SAS studjat il-possibbiltà li ċċedi ċerti assi prinċipali, u b’mod partikolari l-programm ta’ lealtà tal-klijenti tagħha Eurobonus, kif ukoll l-attivitajiet ta’ merkanzija u ta’ servizzi fuq l-art. Fir-rigward tal-programm Eurobonus, SAS ibbilanċjat il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ tali ċessjoni u kkonkludiet li għażliet oħra kienu aktar xierqa minn ċessjoni (43). Fir-rigward taċ-ċessjoni tal-fergħa tal-merkanzija, SAS indikat li l-ebda xerrej ma wera interess li jixtri parti mill-fergħa tal-merkanzija jew il-fergħa kollha (44), filwaqt li għas-servizzi fuq l-art, […] (*1). |
|
(49) |
B’dak il-pjan ta’ negozju rivedut, SAS kellha l-għan li tilħaq total ta’ tnaqqis fil-kostijiet ta’ sa SEK 7,3 biljun fl-2020 u l-2021, u b’hekk tnaqqas it-telf akkumulat previst minn SEK 22 biljun għal SEK 15-il biljun sa tmiem l-2021. |
|
(50) |
SAS adottat dan il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fl-24 ta’ April 2020 wara l-approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u segwiet l-inizjattivi tagħha ta’ tnaqqis tal-kostijiet skont it-tliet lievi ewlenin identifikati. |
|
(51) |
L-ewwel, fir-rigward tal-operazzjonijiet (il-premessa (43)), SAS operat biss ftit rotot domestiċi fl-Iżvezja, kif ukoll bejn in-Norveġja, id-Danimarka u l-Iżvezja, u xi titjiriet ta’ ripatrijazzjoni (45) u titjiriet tal-merkanzija (46) bejn April u Ġunju 2020, li joperaw b’inqas minn 10 % tal-kapaċità tagħha f’April u f’Mejju meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2019 (il-premessa (29)) (47). Fit-8 ta’ Ġunju 2020, fuq il-bażi tar-riżultati inkoraġġanti tal-miżuri tad-domanda l-aktar reċenti (il-premessa (43)) (48), SAS ippreparat biex gradwalment iżżid l-għadd ta’ inġenji tal-ajru fis-servizz minn 16, fit-2 ta’ Ġunju 2020, għal 45 f’nofs Lulju 2020, biex issegwi x-xejra taż-żieda fit-traffiku li identifikat (49). Il-programm tat-titjiriet iffoka l-aktar fuq it-traffiku domestiku fid-Danimarka, fin-Norveġja u fl-Iżvezja, u fuq xi konnessjonijiet ma’ destinazzjonijiet kummerċjali Ewropej ewlenin (il-Belġju, il-Ġermanja, in-Netherlands); u fuq it-tisħiħ tal-konnessjonijiet fl-Iskandinavja. Pereżempju, SAS stmat li għall-ewwel ġimgħa ta’ Lulju 2020, hija ppjanat li toffri 34 % tal-offerta tagħha (f’kapaċità ta’ postijiet) fis-suq lejn, minn u fl-Iskandinavja meta mqabbla mal-istess ġimgħa fl-2019, li hija qieset konformi mal-kapaċità medja offruta mill-kompetituri (28 %) (50). Iż-żieda fit-titjiriet f’Ġunju u Lulju 2020 ġabet magħha dħul addizzjonali lil SAS, naqqset it-telf tagħha, u ppermettitilha tipprevedi t-tieni żieda ta’ inġenji tal-ajru li joperaw f’Awwissu 2020 għal destinazzjonijiet ta’ divertiment fl-Ewropa, anke minħabba r-riżultati tajbin tal-aktar kejl reċenti tal-evoluzzjoni tad-domanda. F’dak ir-rigward, SAS evalwat li tali żieda (li kienet se tirriżulta f’sa 45 % tal-offerta tas-suq tagħha fl-istess perjodu fl-2019) kienet konformi mal-offerta tal-kompetituri għal Awwissu 2020 (51). Madankollu, biż-żieda fl-għadd ta’ każijiet tal-COVID madwar l-Ewropa f’Settembru u Ottubru 2020, SAS naqqset il-kapaċità tagħha għal ferm inqas minn 40 % sal-aħħar ta’ Ottubru 2020. |
|
(52) |
It-tieni, fir-rigward tat-tnaqqis tal-kostijiet fissi (il-premessa (44)), SAS naqqset l-investimenti ppjanati tagħha billi ttardjat il-konsenji tal-inġenji tal-ajru. SAS malajr bdiet djalogu mal-fornitur tal-inġenji tal-ajru tagħha Airbus dwar il-possibbiltà li jiġu differiti l-pagamenti ta’ qabel il-konsenja u l-konsenji tal-inġenji tal-ajru. B’dan il-mod, SAS irnexxielha tikseb differiment ta’ USD [0–300] miljun (SEK [200–500] miljun) ta’ pagamenti ta’ qabel il-konsenja fil-perjodu […], u l-iskedar mill-ġdid tal-konsenja ta’ erba’ […] minn […] għal […], erba’ […] minn […] għal […] u żewġ […] minn […] għal […]. Madankollu, l-Iżvezja u d-Danimarka spjegaw li SAS ma setgħet tikseb l-ebda kanċellazzjoni ta’ ordnijiet minn […], mingħajr ma tieħu r-riskju ta’ […]. Barra minn hekk, SAS ipposponiet il-konsenji […] kollha ta’ inġenji tal-ajru mikrija b’[…] xhur u aċċellerat il-proċess tal-bejgħ jew it-terminazzjoni f’data aktar bikrija tal-kuntratti ta’ kiri għal […] (52) biex tiġġenera l-flus aktar malajr. Barra minn hekk, SAS innegozjat mill-ġdid il-kuntratti ma’ aktar minn 200 fornitur fil-partijiet kollha tal-operazzjonijiet tagħha, bl-għan li tneħħi kwalunkwe kost varjabbli fuq terminu qasir; in-negozjar mill-ġdid tal-kostijiet fissi fuq terminu qasir u twil u t-titjib tat-termini ta’ pagament. Dawk in-negozjati mill-ġdid ippermettew lil SAS tiffranka aktar minn SEK 1,5 biljun fi tnaqqis tal-kostijiet għall-bqija tas-sena 2020. |
|
(53) |
It-tielet, fir-rigward tas-sensji (il-premessa (45)), SAS ħabbret fit-28 ta’ April 2020 li kienet se tibda l-proċess ta’ tnaqqis permanenti tad-daqs tal-forza tax-xogħol futura tagħha b’mhux aktar minn 5 000 pożizzjoni full-time, il-biċċa l-kbira minnhom b’perjodu ta’ avviż ta’ 6 xhur (53). Miżuri oħra relatati max-xogħol kienu jinkludu t-tnaqqis tas-sahra akkumulat u l-għoti ta’ liv bla ħlas lil ċerti impjegati. |
|
(54) |
Kumplessivament, SAS irnexxielha tnaqqas il-kostijiet varjabbli bi kważi 40 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel; dewmet 10 konsenji ta’ inġenji tal-ajru u aċċellerat it-tneħħija gradwali ta’ 21 inġenju tal-ajru; innegozjat mill-ġdid aktar minn 200 kuntratt mal-fornituri biex ittejjeb it-termini tal-ħlas u tnaqqas il-kostijiet varjabbli; u ffinalizzat il-5 000 sensja tagħha sas-26 ta’ Ottubru 2020. |
|
(55) |
Minbarra dawn il-miżuri ta’ tnaqqis tal-kostijiet, id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw li SAS applikat għal għajnuna mill-Istat u rċeviet għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 biex ittaffi t-telf tagħha. |
2.1.3.2.
|
(56) |
Fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, SAS kienet ibbenefikat minn diversi miżuri ta’ għajnuna mill-Istat u kienu previsti miżuri oħra ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
(57) |
L-ewwel, fil-15 ta’ April 2020 (54) u fl-24 ta’ April 2020 (55), il-Kummissjoni approvat għajnuna mill-Istat lil SAS mid-Danimarka u mill-Iżvezja fil-forma ta’ garanziji mill-Istat sa 90 % ta’ faċilità ta’ kreditu rotanti ta’ SEK 3,3 biljun (EUR 324 miljun). Dawk il-miżuri kienu maħsuba biex jikkumpensaw parzjalment lil-linja tal-ajru għad-dannu mġarrab direttament minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u ġew innotifikati mid-Danimarka u mill-Iżvezja skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE. |
|
(58) |
It-tieni, SAS irċeviet ukoll kumpens mid-Danimarka għall-kostijiet fissi tagħha taħt l-iskema approvata mill-Kummissjoni fit-8 ta’ April 2020 (56). F’dak il-kuntest, SAS irċeviet SEK 59 375 580 għas-sussidjarja tagħha Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden (57); SEK 21 126 457 għall-operazzjonijiet fuq l-art; u SEK 11 135 382 għall-operazzjonijiet tal-merkanzija (jiġifieri, total ta’ SEK 91 637 419 jew EUR 8,9 miljun). |
|
(59) |
It-tielet, f’Awwissu 2020, l-awtoritajiet Daniżi kkomunikaw estimu preliminari tal-għajnuna potenzjali li SAS setgħet tirċievi taħt żewġ skemi b’appoġġ tal-linji tal-ajru li kienu ġew innotifikati minn qabel mid-Danimarka lill-Kummissjoni f’dak iż-żmien (58). Skont dik l-istima, SAS kellha tirċievi ammont massimu ta’ EUR 800 000 (madwar DKK 6 miljun) skont l-ewwel skema u madwar EUR 4,7 miljun (DKK 35 miljun) taħt it-tieni skema (59). |
|
(60) |
Fl-aħħar nett, SAS irċeviet kumpens għad-danni kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 min-Norveġja taħt l-iskema approvata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fis-17 ta’ April 2020 fil-każ 85047 (60). Dak il-kumpens ammonta għal madwar NOK 10 miljun (EUR 932 723) (61). Barra minn hekk, kif issottomettew id-Danimarka u l-Iżvezja, SAS ikkonkludiet kuntratt ta’ servizz pubbliku mal-Istat Norveġiż. SAS kienet stmat li l-pagamenti skont dak il-kuntratt kienu jammontaw għal madwar SEK 500 miljun (EUR 49 miljun). |
2.1.3.3.
|
(61) |
Fin-notifika tagħhom tal-11 ta’ Awwissu 2020, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi spjegaw li l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda u l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn SAS ma kinux biżżejjed biex jirrimedjaw il-pożizzjoni finanzjarja mwiegħra tagħha li rriżultat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment relatati. |
|
(62) |
Il-pjan tan-negozju ta’ SAS wera li, minkejja l-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati u l-appoġġ tal-gvern riċevut, SAS kienet qed tistenna li takkumula telf ta’ madwar SEK 15-il biljun fl-2020 u l-2021. SAS kienet mistennija li titlef il-likwidità sal-aħħar ta’ Ottubru 2020, u li tagħlaq is-sena fiskali tagħha tal-2020 b’ekwità negattiva ta’ kważi SEK 11-il biljun. |
|
(63) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw ukoll li, skont ir-Rapport Interim ta’ SAS għal Q2 2020, il-proporzjon tad-dejn mal-ekwità (62) ta’ SAS kien negattiv fl-aħħar ta’ April 2020 (–459,4). Barra minn hekk, it-tħejjija finanzjarja ta’ SAS naqset minn 32 % għal 26 %, u kważi laħqet il-limitu minimu ta’ 25 % meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63). L-ekwità tal-azzjonisti kienet saret negattiva, minn SEK 5,4 biljun f’April 2019 għal nieqes SEK 65 miljun f’April 2020. Bejn Mejju u Lulju 2020, id-dħul ta’ SAS kompla jonqos b’aktar minn 80 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019. It-tnaqqis fil-kostijiet operatorji (-67 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019), li rriżulta mid-domanda aktar baxxa u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda minn SAS, ma kkumpensax dak it-tnaqqis fid-dħul (64). |
|
(64) |
B’mod ġenerali, SAS kompliet iġġarrab telf matul Lulju 2020, u akkumulat kważi SEK 6 biljun f’telf mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. L-ekwità ta’ SAS kompliet tonqos ukoll, b’pożizzjoni ta’ ekwità negattiva rreġistrata ta’ aktar minn SEK 1 biljun fil-31 ta’ Lulju 2020 (65). L-aggravar tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SAS kompla bejn Awwissu u Ottubru 2020, bi tnaqqis ta’ 77 % fid-dħul meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (66). |
|
(65) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw fin-notifika tagħhom tal-11 ta’ Awwissu 2020 b’data aġġornata (Lulju 2020) li sa Diċembru 2020, SAS kienet qed tistenna li tilħaq ekwità negattiva ta’ SEK 9,4 biljun u kienet se tikkonsma l-likwidità disponibbli tagħha (li fil-31 ta’ Jannar 2020 kienet ta’ SEK 6,598 biljun) sa Diċembru 2020, jekk mhux qabel (67). Din il-konstatazzjoni kienet sostnuta minn analiżi tal-pożizzjoni finanzjarja ta’ SAS ipprovduta mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’ s bid-data tal-10 ta’ Ġunju 2020, li fiha Moody’ s stmat li SAS kellha l-likwidità biex topera biss sal-aħħar tas-sena (68). |
|
(66) |
Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, tfixkil sinifikanti fit-trasport bl-ajru, bħal dak li kien ikun ikkawżat minn falliment jew inadempjenza potenzjali ta’ SAS, kien jaggrava b’mod sinifikanti s-sitwazzjoni tal-ekonomija Żvediża u Daniża, b’mod partikolari minħabba l-importanza ta’ SAS għall-ekonomija ta’ dawk l-Istati Membri. |
2.1.4. Ir-rwol ta’ SAS għall-ekonomija Daniża u Żvediża
|
(67) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja l-ewwel irreferew għas-servizzi essenzjali tat-trasport tal-passiġġieri mwettqa minn SAS lejn, minn u ġewwa dawk iż-żewġ Stati Membri. |
|
(68) |
Fir-rigward tad-Danimarka, l-awtoritajiet Daniżi spjegaw li SAS kienet tirrappreżenta 32 % tat-traffiku tal-ajru tal-passiġġieri domestiku u internazzjonali totali tad-Danimarka fl-2019, u kienet toffri aktar minn 100 rotta mid-Danimarka, lejha u fi ħdanha (69). Fl-2019 biss, SAS fetħet 12-il rotta ġdida mill-ajruporti Daniżi (70). |
|
(69) |
Fil-livell domestiku, skont l-awtoritajiet Daniżi, SAS ikkontribwiet għal 41 % tal-konnettività domestika tad-Danimarka fl-2019 (71), u operat mill-ajruporti ta’ Aalborg, Aarhus, Billund, Bornholm u tal-Gżejjer Faeroe. Fl-2019, minn Copenhagen, SAS ikkonnettjat lil Billund, Aarhus u Aalborg b’medja ta’ 250 titjira domestika fix-xahar, u sa ċertu punt lill-Gżejjer Faeroe (b’aktar minn 500 titjira fis-sena), tul is-sena kollha u bi frekwenzi regolari. SAS żammet konnessjonijiet domestiċi matul il-pandemija tal-COVID-19 bejn Copenhagen u Aalborg, Aarhus, u l-Gżejjer Faeroe, u ppermettiet li jsiru vjaġġi essenzjali fid-Danimarka bejn April u Ġunju 2020. Wara Ġunju 2020, SAS operat bejn 100 u 200 titjira fix-xahar bejn dawn id-destinazzjonijiet (72). |
|
(70) |
Fir-rigward ta’ destinazzjonijiet internazzjonali, SAS offriet konnessjonijiet lejn pajjiżi Skandinavi (73) u lejn ċentri kummerċjali tal-Unjoni (74) u internazzjonali (New York, Chicago, Washington, Hong Kong, Londra, Geneva, eċċ.) bi frekwenzi regolari, ġeneralment matul is-sena kollha (75). SAS ittrasportat madwar 10 miljun passiġġier lejn u mid-Danimarka fl-2019, li jirrappreżentaw kważi 30 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri internazzjonali lejn u mid-Danimarka (76). Bejn Jannar u Settembru 2020, SAS baqgħet l-akbar linja tal-ajru f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati, bi 30 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri internazzjonali ttrasportati lejn u mid-Danimarka (77). |
|
(71) |
Fir-rigward tal-Iżvezja, l-awtoritajiet Żvediżi spjegaw li, minħabba li l-Iżvezja tinsab fuq peniżola kbira u skarsament popolata li tinsab ġeografikament fil-periferija tal-Unjoni, l-avjazzjoni hija l-aktar mezz komuni ta’ trasport għall-ivvjaġġar internazzjonali lejn u mill-pajjiż, u tirrappreżenta madwar 70 % tal-ivvjaġġar internazzjonali kollu. Skont l-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, SAS kienet responsabbli għal 49 % tat-traffiku tal-ajru domestiku fl-Iżvezja fl-2019 f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati, u għal kwart tat-traffiku tal-ajru internazzjonali, u offriet aktar minn 150 rotta mill-Iżvezja, lejha u fi ħdanha (78). |
|
(72) |
Fil-livell domestiku, SAS operat mill-ajruporti ta’ Stokkolma u ta’ Gothenburg, billi kkonnettjat passiġġieri mal-ajruporti ta’ Umeå, Luleå, Malmö, Visby, Östersund, Helsingborg, Skelleftea, Sundsvall, Kalmar, Örnsköldsvik, Ronneby u Kiruna, b’aktar minn 150 titjira fix-xahar (għal kull destinazzjoni) bi frekwenzi regolari, tul is-sena kollha. Matul il-pandemija tal-COVID-19, bejn Marzu u Ġunju 2020, SAS żammet il-biċċa l-kbira ta’ dawk il-konnessjonijiet domestiċi, li ppermettew li jsiru vjaġġi essenzjali fl-Iżvezja. Wara Ġunju 2020, SAS reġgħet fetħet ir-rotot domestiċi kollha tagħha b’medja ta’ 50 titjira fix-xahar għal kull destinazzjoni (79). Fir-rigward tad-destinazzjonijiet internazzjonali (80), SAS offriet konnessjonijiet lejn pajjiżi Skandinavi (81), lejn Stati Membri oħra (82) u lejn ċentri kummerċjali internazzjonali (Los Angeles, Saint-Petersburg, Londra, Zürich, eċċ.) bi frekwenzi regolari, matul is-sena kollha. |
|
(73) |
Kemm id-Danimarka kif ukoll l-Iżvezja enfasizzaw ukoll il-kontribut speċifiku li SAS ipprovdiet matul il-pandemija tal-COVID-19 bis-servizzi tal-merkanzija u t-titjiriet speċjali tagħha. Huma enfasizzaw li SAS operat madwar 50 titjira b’aktar minn 800 tunnellata ta’ prodotti mediċi u farmaċewtiċi miċ-Ċina, u wasslithom lill-Iżvezja u lid-Danimarka, inklużi 600 tunnellata ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u aktar minn 40 miljun maskra protettiva għall-persunal tal-kura tas-saħħa Żvediż u Daniż. Barra minn hekk, SAS stabbiliet karti tal-merkanzija għal kumpaniji industrijali Żvediżi u Daniżi importanti, inklużi komponenti għall-produzzjoni u spare parts, biex tippermetti l-kontinwità tal-katina tal-produzzjoni li ġiet interrotta minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Kif imsemmi fil-premessa (51), SAS operat ukoll diversi titjiriet ta’ ripatrijazzjoni minn pajjiżi bħall-Brażil u l-Pakistan għal residenti Żvediżi u Daniżi maqbuda, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi. |
|
(74) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw ukoll li SAS kienet impjegatur importanti għal dawk l-Istati Membri. Huma indikaw li, għalkemm SAS kienet diġà wettqet madwar 5 000 sensja biex ittaffi t-telf tagħha, hija kienet għadha timpjega madwar 6 000 persuna fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, li s-sensja tagħhom kienet se tkompli taggrava t-tfixkil serju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u tikkawża tbatija soċjali serja għall-ekonomija ta’ dawk l-Istati Membri. |
|
(75) |
Fl-aħħar nett, id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw ukoll li s-sitwazzjoni potenzjali ta’ insolvenza jew ta’ inadempjenza ta’ SAS kien ikollha effetti indiretti fuq għadd kbir ta’ fornituri (il-manifatturi tal-inġenji tal-ajru u tal-magni, il-fornituri tas-servizzi tal-ajruporti u tan-navigazzjoni bl-ajru, il-fornituri tal-fjuwil, il-fornituri tal-catering, il-fornituri tal-IT, il-fornituri tal-manutenzjoni teknika, is-sħab produtturi reġjonali, is-servizzi finanzjarji), li għalihom SAS kienet tirrappreżenta klijent importanti. F’dak ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw li x-xiri ta’ SAS mill-fornituri fl-Iżvezja u fid-Danimarka fl-2019 ammonta għal SEK 4,2 biljun u SEK 3,9 biljun rispettivament. B’mod aktar ġenerali, fl-2019, SAS ikkontribwiet direttament SEK 5,9 biljun għall-Prodott Domestiku Gross (“PDG”) Żvediż, filwaqt li l-kontribuzzjoni indiretta tagħha ammontat għal SEK 4,7 biljun, flimkien ma’ SEK 6 biljun ta’ effetti indotti. Dan kien jirrappreżenta 30 % tal-kontribuzzjoni totali tas-settur tal-avjazzjoni għall-ekonomija Żvediża (83). SAS ikkontribwiet ukoll DKK 3 biljun fis-sena għall-PDG Daniż fl-2019 (84). L-awtoritajiet Daniżi enfasizzaw f’dan ir-rigward li, fl-2020, 58 % tal-passiġġieri ttrasportati minn SAS minn u lejn id-Danimarka kienu qed jivvjaġġaw għal negozju. |
|
(76) |
Sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi ħorox ta’ insolvenza jew inadempjenza ta’ SAS fuq l-ekonomiji tagħhom, id-Danimarka u l-Iżvezja qiesu li ma kien hemm l-ebda alternattiva oħra għall-Miżura kif innotifikata minn dawk iż-żewġ Stati Membri. |
2.1.5. Nuqqas ta’ alternattivi għall-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni
|
(77) |
Fin-notifika tagħhom, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li SAS ma sabitx finanzjament alternattiv biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ kapital u ta’ likwidità tagħha kkonċernati mill-Miżura, la fis-suq u lanqas taħt miżuri oħra ta’ għajnuna. |
|
(78) |
Immedjatament wara t-tifqigħa tal-COVID-19 f’Marzu 2020, SAS ippruvat tikkuntratta faċilità ta’ kreditu rotanti ma’ grupp ta’ banek (85) li ma rnexxietx mingħajr appoġġ mill-Istat, peress li l-banek ma kinux lesti li jieħdu ebda riskju mhux garantit. B’mod parallel, l-awtoritajiet Żvediżi ddeċidew li jappoġġaw l-industrija tal-linji tal-ajru permezz ta’ skema li tipprovdi garanziji mill-Istat lil-linji tal-ajru li jkopru 90 % tas-self ikkuntrattat ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-Kummissjoni approvat dik l-iskema permezz ta’ deċiżjoni adottata fil-11 ta’ April 2020 fil-każ SA 56812 (86). SAS ippruvat tikseb self minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sostnut mill-garanzija tal-Istat Żvediż, iżda dawn ma kinux ħerqana li jipprovdu self parzjalment mhux garantit. Fid-dawl tad-diffikultajiet ta’ SAS, l-awtoritajiet Żvediżi, flimkien mal-awtoritajiet Daniżi, għalhekk iddeċidew li jagħtu lil SAS garanzija mill-Istat li potenzjalment tkopri sa 100 % tal-faċilità ta’ kreditu rotanti mitluba minn SAS fil-każ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu xorta jirrifjutaw li jieħdu riskju ta’ 10 % fuq is-self jew iqisu l-kollaterali ta’ SAS bħala insuffiċjenti biex ikopru r-riskju tagħhom stess. Il-Kummissjoni approvat dik l-għajnuna (il-premessa (57)). Id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw li, b’dik il-garanzija konġunta mill-Istat, SAS fl-aħħar mill-aħħar irnexxielha tikkuntratta faċilità ta’ kreditu rotanti, 90 % minnha sostnuta mill-garanziji tal-Istat, iżda l-banek li taw dik il-faċilità kienu jeħtieġu titoli sinifikanti għall-10 % li jifdal tal-parti mhux garantita tal-faċilità fil-forma ta’ assi mhux aggravati proprjetà ta’ SAS. Skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim dwar il-faċilità ta’ kreditu rotanti konkluż ma’ dawk il-banek, SAS ipprovdiet bħala kollateral pakkett ta’ assi tal-inġenji tal-ajru għal valur totali li kien jirrappreżenta d-doppju tal-ammont mhux garantit tal-faċilità ta’ kreditu rotanti li baqa’ għar-riskju tal-banek (10 % tal-ammont nominali tas-self), u rahan negattiv fuq self u kontijiet intragrupp SAS (87). |
|
(79) |
Barra minn hekk, fl-10 ta’ Ġunju 2020, SAS rat il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha titbaxxa minn żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Standard &Poor’s baxxiet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ SAS minn B+ għal (88) CCC u żammitha fuq l-għassa tal-kreditu b’implikazzjonijiet negattivi, li jirrifletti “probabbiltà għolja ta’ ristrutturar tad-dejn fil-ġimgħat li ġejjin” minħabba li l-pożizzjoni tal-likwidità ta’ SAS kompliet tiddeterjora fil-ġimgħat preċedenti u l-istruttura kapitali tal-linja tal-ajru dehret mhux sostenibbli (89). Moody’s baxxiet il-profil ta’ kreditu ta’ SAS minn B2 għal Caa1 (90), xprunata mill-flus kontanti sinifikanti li SAS kienet qed tikkonsma biex tmantni l-operazzjonijiet, “li jagħmilha inevitabbli li SAS tkun teħtieġ rikapitalizzazzjoni mill-azzjonisti tagħha” (91). Moody’ s qieset li “l-ingranaġġ gross ta’ SAS, imkejjel bħala dejn/EBITDA, kien ta’ 4,6x fis-sena fiskali 2020, li jħalli ftit buffer kontra t-tnaqqis serju fis-suq ikkawżat mit-tifqigħa tal-coronavirus” (92). |
|
(80) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat diġà riċevuti minn SAS kienu jew insuffiċjenti jew inadegwati biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ ekwità tagħha, peress li kellhom l-għan li jindirizzaw biss in-nuqqas immedjat ta’ likwidità ta’ SAS aktar milli d-deterjorament tal-istruttura kapitali tagħha fuq terminu qasir u twil. |
|
(81) |
Skont l-Iżvezja u d-Danimarka, il-faċilità ta’ kreditu rotanti appoġġata mill-miżura ta’ garanzija mill-Istat (il-premessa (57)) kellha biss l-effett li tillimita r-rata ta’ konsum tal-flus operatorji ta’ SAS (93) għal bejn SEK 500 u 700 miljun fix-xahar sa tmiem is-sena fiskali 2020, u għalhekk ma kinitx xierqa biex tippermetti lil SAS tibni mill-ġdid l-istruttura kapitali tagħha ta’ qabel il-COVID (u insuffiċjenti biex tippreserva l-flus kontanti). Barra minn hekk, skont it-termini tal-ftehim ta’ kreditu rotanti, SAS kellha tikkanċella l-faċilità ta’ kreditu rotanti (u tħallas lura kwalunkwe ammont pendenti) hekk kif il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni esplorat mid-Danimarka u mill-Iżvezja jiġi implimentat b’suċċess (94). L-għajnuna l-oħra kollha li rċeviet SAS kellha biss l-għan li tkopri għal perjodu qasir ta’ żmien xi kostijiet operatorji fil-forma ta’ għotjiet jew kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (il-premessi (58) sa (60)) u ma għenitx biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet finanzjarji sostanzjali ta’ SAS u biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha. |
|
(82) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw ukoll li ma kien hemm l-ebda skema ta’ għajnuna orizzontali eżistenti oħra adottata minn dawk iż-żewġ Stati Membri fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li setgħet tindirizza d-diffikultajiet finanzjarji ta’ SAS, għar-raġunijiet stabbiliti f’Tabella 1 u Tabella 2. Tabella1 Lista ta’ skemi ta’ għajnuna rilevanti adottati mill-Iżvezja fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u s-26 ta’ Ottubru 2020 (95)
Tabella2 Lista ta’ skemi ta’ għajnuna rilevanti adottati mid-Danimarka fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u s-26 ta’ Ottubru 2020 (96)
|
|
(83) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li l-finanzjament fil-forma ta’ żieda fid-dejn fi kwalunkwe każ ma kienx se jindirizza l-ħtiġijiet kapitali ta’ SAS. Il-kumpanija neċessarjament kellha bżonn iżżid il-kapital biex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ ekwità tagħha. F’dak ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li l-Miżura kienet imfassla bl-objettiv li tkopri kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet kapitali ta’ SAS mis-suq, billi tattira investituri privati u billi titlob lill-azzjonisti privati eżistenti ta’ SAS biex jerfgħu parti mill-piż tar-rikapitalizzazzjoni mad-Danimarka u l-Iżvezja, kif spjegat aktar fit-Taqsima 2.2. |
|
(84) |
Il-minuti tal-laqgħat tal-bord ta’ SAS li saru f’Mejju u f’Ġunju 2020 juru li d-Danimarka u l-Iżvezja espliċitament talbu lil SAS titlob lill-investituri privati biex jaqsmu l-piż finanzjarju tar-rikapitalizzazzjoni (“kondiviżjoni tal-piżijiet”), bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri għar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. SAS kienet għalhekk meħtieġa tinnegozja mal-azzjonisti privati, mad-detenturi tal-bonds u mad-detenturi tan-noti tal-obbligi ta’ SAS, u mal-banek li kienu qed jipparteċipaw fil-proċess ta’ rikapitalizzazzjoni. SAS ħabbret l-ewwel pjan ta’ rikapitalizzazzjoni fit-30 ta’ Ġunju 2020, li jinkludi konverżjoni ta’ bonds eżistenti u noti ibridi eżistenti taħt ċerti kundizzjonijiet, u talbet lid-detenturi tal-bonds u lid-detenturi tan-noti biex japprovaw il-pjan propost f’laqgħa ppjanata fis-17 ta’ Lulju 2020 (97). Madankollu, fl-10 ta’ Lulju 2020, SAS ħabbret li dik il-laqgħa ġiet ikkanċellata, minħabba r-rifjut mistenni tad-detenturi tan-noti u tad-detenturi tal-bonds li jaċċettaw il-kundizzjonijiet ta’ konverżjoni inklużi fl-ewwel pjan ta’ rikapitalizzazzjoni (98). |
|
(85) |
Ir-rifjut tal-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni propost minn SAS bl-appoġġ tad-Danimarka u l-Iżvezja wassal lil dawk iż-żewġ Stati Membri biex jaqblu dwar reviżjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom id-detenturi tal-bonds u d-detenturi tan-noti kkonċernati kienu jaċċettaw li jerfgħu parti mill-piż. Il-Miżura vvalutata f’din id-deċiżjoni kienet parti minn dak il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni rivedut u hija deskritta fit-taqsimiet li ġejjin. |
2.2. Deskrizzjoni tal-komponenti differenti tal-Miżura
|
(86) |
Il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni kien jinkludi tliet elementi prinċipali: l-istrument ta’ ekwità (SEK 6 biljun), l-istrument kapitali ibridu (SEK 6 biljun), b’dawn it-tnejn flimkien jikkostitwixxu l-Miżura, u l-konverżjoni tad-dejn privat fi strumenti ta’ ekwità jew fi strumenti ibridi (SEK 3,75 biljun). Għalhekk, il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni ppreveda total ta’ SEK 15,75 biljun f’injezzjoni ta’ kapital f’SAS, li minnhom SEK 11-il biljun kellhom jiġu pprovduti taħt il-Miżura mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(87) |
B’mod aktar speċifiku, il-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni kien jinkludi:
|
2.3. Forma tal-Miżura
|
(88) |
Il-Miżura ħadet il-forma ta’ rikapitalizzazzjoni għal ammont totali ta’ SEK 11-il biljun permezz ta’ ekwità (SEK 6 biljun) u strumenti kapitali ibridi (SEK 5 biljun). |
2.4. Bażi legali
|
(89) |
Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka u tal-Iżvezja fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS kienet ibbażata fuq (i) l-Abbozz ta’ Liġi tal-Gvern Żvediż Nru 2019/20:187 tal-15 ta’ Ġunju 2020 dwar kumpens għal gruppi ta’ riskju, interventi kapitali f’intrapriżi tal-Istat u miżuri oħra relatati mal-COVID-19, li emendat il-baġit għas-sena 2020, u (ii) mandat mill-Kumitat Finanzjarju tal-Parlament Daniż tal-25 ta’ Ġunju 2020 biex jikkontribwixxi għar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS b’ċerti kundizzjonijiet. |
2.5. Awtorità tal-għoti u amministrazzjoni tal-Miżura
|
(90) |
Il-Ministeru tal-Finanzi Daniż u l-Gvern Żvediż kienu l-awtoritajiet tal-għoti. Il-Miżura kienet amministrata mill-Ministeru tal-Finanzi Daniż u mill-Ministeru Żvediż għall-Intrapriża u l-Innovazzjoni. Il-Miżura kienet iffinanzjata mill-baġits tal-gvernijiet Żvediżi u Daniżi. |
2.6. Baġit u tul tal-Miżura
|
(91) |
Il-baġit tal-Miżura jammonta għal SEK 11-il biljun. Kif spjegat fil-premessa (7), id-Danimarka u l-Iżvezja fl-aħħar mill-aħħar ħallsu SEK 9,54 biljun f’għajnuna. |
|
(92) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja taw il-Miżura fis-26 ta’ Ottubru 2020. |
2.7. Benefiċjarju
|
(93) |
Il-benefiċjarju tal-Miżura huwa SAS, linja tal-ajru tan-network Skandinavu li tkopri t-traffiku domestiku fid-Danimarka, l-Iżvezja u n-Norveġja, kif ukoll it-traffiku intra-Skandinavu u li toffri konnessjonijiet diretti maċ-ċentri kummerċjali prinċipali tal-Unjoni u internazzjonali. Hija wkoll membru tal-alleanza globali tal-avjazzjoni Star Alliance (101). |
|
(94) |
SAS hija kumpanija pubblika Żvediża b’responsabbiltà limitata rregolata mill-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji 2005:551 (“l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji”) (102). SAS hija l-kumpannija omm ta’ SAS Danmark A/S, SAS Norge AS u SAS Sverige AB (103), kif ukoll SAS Cargo Group, SAS Ground Handling Denmark A/S, SAS Ground Handling Norway AS, SAS Ground Handling Sweden AB u SAS Technical Services (dawk l-impriżi kollha li jiffurmaw l-“SAS Group”). |
|
(95) |
Skont l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi, fl-2019, SAS ġarret madwar 30 miljun passiġġier. SAS operat titjiriet lejn 233 destinazzjoni bi flotta ta’ aktar minn 150 inġenju tal-ajru. Iċ-ċentru prinċipali ta’ SAS huwa l-ajruport ta’ Copenhagen, filwaqt li l-ajruport ta’ Oslo u l-ajruport ta’ Stockholm Arlanda huma t-tieni u t-tielet l-akbar ċentri tagħha, rispettivament. |
|
(96) |
Fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, SAS kienet parzjalment proprjetà tal-gvernijiet tal-Iżvezja u tad-Danimarka b’parteċipazzjoni azzjonarja ta’ 14,82 % u 14,24 %, rispettivament. Is–70,92 % li jifdal kienu miżmuma minn azzjonisti privati, fosthom il-Knut and Alice Wallenberg Foundation (“KAW”), li kellha 6,5 %. |
|
(97) |
SAS ippreżentat lill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi talba formali bil-miktub għal injezzjoni ta’ kapital fit-8 ta’ Mejju 2020. |
|
(98) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw fin-notifika tagħhom li SAS ma kinitx f’diffikultà skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (“GBER”, General Block Exemption Regulation)) (104) fil-31 ta’ Diċembru 2019 u pprovdew evidenza li ssostni dik il-konklużjoni, inklużi l-kontijiet konsolidati ta’ SAS li juru l-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019 (105). Huma indikaw li (i) il-kontijiet konsolidati ta’ SAS, bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata u kumpanija omm ta’ SAS Group, juru li ma tilfitx aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha bħala riżultat ta’ telf akkumulat (ara l-Artikolu 2(18), il-punt (a), tal-GBER), peress li, fil-31 ta’ Diċembru 2019, il-kapital azzjonarju sottoskritt ta’ SAS kien ta’ SEK 7,7 biljun filwaqt li l-ekwità tagħha kienet ta’ SEK 5,7 biljun; (ii) SAS ma kinitx soġġetta għal proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza, u lanqas ma ssodisfat il-kriterji skont id-dritt domestiku biex titqiegħed f’tali proċedimenti fuq talba tal-kredituri (ara l-Artikolu 2(18), il-punt (c) tal-GBER); u (iii) fil-31 ta’ Diċembru 2019, il-proporzjon tad-dejn kontabilistiku/ekwità ta’ SAS kien ta’ 4,96, li sa issa kien ferm inqas mil-livell limitu tas–7,5 stabbilit fl-Artikolu 2(18), il-punt (e), tal-GBER. |
2.8. Implimentazzjoni tal-Miżura
|
(99) |
Il-Miżura kienet tikkonsisti minn (i) l-istrument ta’ ekwità (SEK 5 biljun) u (ii) l-istrument kapitali ibridu (SEK 6 biljun). |
|
(100) |
F’konformità mal-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni, SAS qablet ukoll mad-detenturi ta’ ċerti noti ibridi eżistenti u d-detenturi ta’ ċerti bonds dwar: (i) il-konverżjoni tan-Noti Ibridi Eżistenti f’ishma komuni (SEK 1,5 biljun) u (ii) il-konverżjoni tal-Bonds f’Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda jew ishma komuni, skont l-għażla tad-detenturi tal-bonds (SEK 2,25 biljun). |
2.8.1. L-istrument ta’ ekwità
|
(101) |
L-istrument ta’ ekwità tal-Miżura kien jinkludi (i) ħruġ dirett u (ii) emissjoni bi drittijiet. |
2.8.1.1.
|
(102) |
Il-Miżura pprevediet ħruġ dirett ta’ ishma komuni fl-ammont ta’ madwar SEK 2 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1,729 biljun sehem ġdid bi prezz ta’ sottoskrizzjoni ta’ SEK 1,16, lid-Danimarka u lill-Iżvezja. |
|
(103) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2020, id-Danimarka u l-Iżvezja ssottoskrivew għal ishma ġodda bi prezz tas-sottoskrizzjoni ta’ SEK 1,16 għal ammont totali ta’ SEK 2 biljun (maqsuma bejn madwar SEK 1 016 miljun għad-Danimarka u madwar SEK 990 miljun għall-Iżvezja). |
2.8.1.2.
|
(104) |
Il-Miżura pprevediet emissjoni bi drittijiet bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
(105) |
F’Ottubru 2020, l-interess privat fl-emissjoni bi drittijiet ta’ SEK 4 biljun wera li kien ogħla milli mistenni. Għalhekk, id-Danimarka u l-Iżvezja ssottoskrivew ishma komuni fl-emissjoni bi drittijiet għal total ta’ SEK 1 540 765 422 biss, minflok l-ammont massimu previst ta’ madwar SEK 3 biljun. |
2.8.2. L-istrument kapitali ibridu
|
(106) |
L-istrument kapitali ibridu ħa l-forma ta’ titoli kapitali denominati f’SEK b’terminu perpetwu (in-“noti ibridi tal-Istat il-ġodda”) kif maħruġa lid-Danimarka u lill-Iżvezja, u kien jinkludi:
|
|
(107) |
In-noti ibridi tal-Istat il-ġodda kienu trasferibbli liberament iżda mhux elenkati, ma kinux jinkludu l-għażla ta’ konverżjoni f’ishma, kienu eżerċitabbli minn SAS fi kwalunkwe ħin b’parità, u ġew ittrattati bħala ekwità fil-kontijiet ta’ SAS skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (“IFRS”, International Financial Reporting Standards). |
|
(108) |
Sabiex ikun permess it-trattament tal-ekwità skont l-IFRS, il-ħlas tal-kupuni tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda ma kienx obbligatorju u fid-diskrezzjoni unika ta’ SAS. Madankollu, f’każ ta’ differiment ta’ kupuni, dawn jakkumulaw imgħaxijiet komposti sal-ħlas effettiv tal-kupuni. |
2.8.3. Konverżjoni tan-Noti u l-Bonds Ibridi Eżistenti
|
(109) |
Bħala parti mill-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni, fuq talba tal-gvernijiet Daniżi u Żvediżi, SAS wettqet negozjati ma’ ċerti detenturi ewlenin tan-Noti Ibridi Eżistenti u ma’ ċerti detenturi ewlenin tal-Bonds SEK 2,25 biljun, li rriżultaw fi ftehim dwar:
|
|
(110) |
In-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda ġew ittrattati bħala ekwità fil-kontabbiltà ta’ SAS skont l-IFRS, ikklassifikati bħala privileġġjati fuq in-noti ibridi tal-Istat il-ġodda, u kienu liberament trasferibbli u eżerċitabbli minn SAS fi kwalunkwe ħin b’parità. |
2.8.4. Kundizzjonijiet ta’ governanza u prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni
|
(111) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja għamlu l-Miżura kundizzjonali fuq l-osservanza tal-elementi rigward il-governanza u l-kompetizzjoni stabbiliti fit-Taqsima 3.11.6 tal-Qafas Temporanju. |
|
(112) |
SAS u l-kumpaniji kollha kkontrollati minn SAS ikunu suġġetti għal projbizzjoni fuq ir-reklamar u projbizzjoni fuq l-akkwist. Id-Danimarka u l-Iżvezja impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-impenji li ġejjin:
|
|
(113) |
Sakemm mill-inqas 75 % tal-Miżura ma kinitx ġiet mifdija, id-Danimarka u l-Iżvezja impenjaw ruħhom li: (i) ir-remunerazzjoni tal-ġestjoni ta’ SAS jenħtieġ li ma tmurx lil hinn mill-parti fissa tar-remunerazzjoni tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019; għal persuni li jsiru membri tal-maniġment mar-rikapitalizzazzjoni jew wara, il-limitu applikabbli kien ir-remunerazzjoni fissa tal-membri tal-maniġment bl-istess livell ta’ responsabbiltà fil-31 ta’ Diċembru 2019; u (ii) SAS jenħtieġ li ma tħallasx bonusijiet jew elementi oħra ta’ remunerazzjoni varjabbli jew komparabbli. |
|
(114) |
Sakemm il-Miżura tkun ġiet mifdija kompletament, SAS tkun soġġetta għall-obbligu li ma tagħmilx pagamenti ta’ dividendi, pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji, jew li tixtri lura ishma, għajr fir-rigward tad-Danimarka u l-Iżvezja jew fejn kien hemm obbligu legali li tagħmel dan. Il-projbizzjoni fuq id-dividendi ma tapplikax għal pagamenti ta’ dividendi intragrupp magħmula lil SAS minn kumpaniji li huma (direttament jew indirettament) proprjetà sħiħa ta’ SAS. |
|
(115) |
Madankollu, il-projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji ma tapplikax għal pagamenti ta’ kupuni fuq in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ Bonds eżistenti. L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi spjegaw li l-ħlas ta’ kupuni bħal dawn kien kruċjali għal ċerti detenturi ta’ bonds matul in-negozjati dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet, u b’mod aktar ġenerali, kien mistenni li jkun kunsiderazzjoni ewlenija għad-detenturi kollha tal-bonds biex jaqblu mal-konverżjoni. Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, din il-konverżjoni kienet essenzjali għas-suċċess tal-pjan kollu ta’ rikapitalizzazzjoni u kellha l-għan li tikseb tliet effetti pożittivi. |
|
(116) |
L-ewwel, din tnaqqas l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat meħtieġa minn SAS. Fin-nuqqas ta’ konverżjoni, kien ikun hemm diskrepanza fl-ekwità pendenti ta’ SEK 2,25 biljun fil-karta bilanċjali ta’ SAS, li x’aktarx kienet tintalab li tiġi koperta mid-Danimarka u mill-Iżvezja, minħabba l-aċċess limitat ta’ SAS għas-swieq kapitali qabel il-Miżura. B’kuntrast ma’ dan, konverżjoni b’suċċess tnaqqas l-għajnuna mill-Istat meħtieġa u l-ammont ta’ pagamenti ta’ kupuni dovuti minn SAS. Tabilħaqq, bħala riżultat tal-konverżjoni tal-Bonds, SAS tkun tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-ħruġ tal-flus tagħha fl-ewwel snin wara l-għoti tal-Miżura. Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, il-Bonds kienu qed jirċievu kupun obbligatorju ta’ 5,375 % fis-sena, filwaqt li n-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda kienu jirċievu kupuni mhux obbligatorji aktar baxxi sal-5 sena. Billi tikkonverti l-Bonds, SAS ma jkollhiex għalfejn tirrimborżahom f’Novembru 2022, u b’hekk jiġi evitat fluss ta’ ħruġ ta’ SEK 2,25 biljun li kien ikun diffiċli li jiġi ffinanzjat mill-ġdid fis-swieq kapitali. |
|
(117) |
It-tieni, dan itejjeb l-istruttura kapitali ta’ SAS, peress li l-Bonds (li jgħoddu bħala dejn) jiġu kkonvertiti f’Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda (li jgħoddu bħala ekwità) jew ishma komuni. Konsegwentement, il-proporzjonijiet finanzjarji rilevanti ta’ SAS (dejn nett ma’ ekwità (107); is-solidità finanzjarja (108); il-proporzjon tal-ingranaġġ; eċċ.) u l-pożizzjoni tal-likwidità tagħha (109) jibbenefikaw ħafna mill-konverżjoni. |
|
(118) |
It-tielet, dan jiffaċilita u jiżgura aħjar ir-remunerazzjoni tal-istrumenti ta’ kapital ta’ ekwità u dawk ibridi tad-Danimarka u tal-Iżvezja, għar-raġunijiet innutati fil-premessa (116). |
|
(119) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw ukoll li l-konverżjoni tal-Bonds eżistenti fin-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda seħħet għad-detriment tad-detenturi tal-bonds. Il-valur preżenti nett (“NPV”) tal-Ibridi Kummerċjali Ġodda ġie kkalkulat għal 80 % tal-valur nominali minħabba sitwazzjoni normali stabbilizzata ta’ SAS (mistennija li tkun tista’ tinkiseb mal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni), filwaqt li l-Bonds jiġu vvalutati għal 100 % tal-valur nominali tagħhom fl-istess sitwazzjoni (bin-nominal tal-Bonds jinfeda f’Novembru 2022). |
|
(120) |
Fir-rigward tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi aċċettaw li r-restrizzjonijiet ta’ governanza kif stabbiliti fit-Taqsima 3.11.6 tal-Qafas Temporanju, bl-eċċezzjoni tal-projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji, ikomplu japplikaw sat-tifdija sħiħa (ħlas ta’ ammont nominali sħiħ u pagamenti ta’ kupuni akkumulati) jew sakemm in-noti ibridi tal-Istat il-ġodda kollha jinbiegħu b’parità jew ogħla inkluż pagamenti ta’ kupuni akkumulati u imgħax kompost. |
|
(121) |
SAS tkun ipprojbita wkoll milli tissussidja b’mod inkroċjat kumpaniji tal-grupp li, fil-31 ta’ Diċembru 2019, kienu impriżi f’diffikultà kif definit fil-GBER. |
2.8.5. Strateġija ta’ ħruġ tad-Danimarka u l-Iżvezja
|
(122) |
Fir-rigward tal-emissjoni bi drittijiet, skont l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi, ikun hemm żewġ strateġiji potenzjali ta’ ħruġ għad-Danimarka u l-Iżvezja: (i) SAS tista’ tixtri lura l-ishma mid-Danimarka u mill-Iżvezja jew (ii) id-Danimarka u l-Iżvezja jistgħu jbigħu l-ishma tagħhom fis-suq. |
|
(123) |
L-awtoritajiet Żvediżi spjegaw li skont l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji, ma huwiex possibbli għal kumpanija li tixtri lura ishma ordinarji mingħand azzjonist speċifiku wieħed biss, iżda biss mingħand l-azzjonisti kollha bl-istess termini. |
|
(124) |
Għalhekk, skont l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi, it-tieni strateġija ta’ ħruġ (jiġifieri l-bejgħ ta’ ishma ordinarji lil partijiet terzi bil-prezz tas-suq) tkun l-unika għażla prattikament vijabbli. |
|
(125) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja indikaw li SAS ippjanat li tifdi l-Miżura sal-2025. Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li SAS kellha l-intenzjoni li tuża kemm flussi ħielsa ta’ flus kontanti pożittivi tan-negozju kif ukoll rikavati minn ħruġ tas-suq kapitali (inklużi dejn u ekwità) biex tifdi l-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat (110). Minbarra dan, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li kienu se jikkunsidraw, malajr kemm jista’ jkun u wara l-istabbilizzazzjoni finanzjarja ta’ SAS, bejgħ lil partijiet terzi privati bħala strateġija ta’ ħruġ probabbli, b’mod partikolari għall-ishma tal-COVID-19 sottoskritti fir-rikapitalizzazzjoni. |
|
(126) |
Fi kwalunkwe każ, skont il-Miżura, id-Danimarka u l-Iżvezja impenjaw ruħhom li jirċievu u japprovaw strateġija ta’ ħruġ kredibbli fi żmien 12-il xahar wara l-għoti tal-Miżura, sakemm l-intervent tal-Istati ma jitnaqqasx taħt il-livell ta’ 25 % tal-ekwità sa dik l-iskadenza. |
2.9. Kumulazzjoni tal-għajnuna mill-Istat
|
(127) |
L-għajnuna mogħtija skont il-Miżura tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (111) u (UE) Nru 360/2012 (112) jew skont il-GBER, dment li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti. |
|
(128) |
L-għajnuna mogħtija skont il-Miżura tista’ tiġi akkumulata wkoll ma’ għajnuna mogħtija skont miżuri oħra approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE jew il-Qafas Temporanju, dment li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet rispettivi stabbiliti f’dawk il-bażijiet ġuridiċi. |
2.10. Monitoraġġ u rappurtaġġ
|
(129) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi kkonfermaw li se jirrispettaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Qafas Temporanju (inkluż l-obbligu li jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija lil SAS fuq is-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew l-għodda tal-IT tal-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mill-mument tal-għoti) (113). |
|
(130) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi kkonfermaw ukoll li se jiżguraw li:
|
2.11. Raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(131) |
Sabiex tikkonforma mas-sentenza SAS II, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tal-ftuħ. Fiha, il-Kummissjoni qieset li, wara eżami preliminari, il-Miżura kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (114). Hija kkonstatat ukoll li din il-miżura, minkejja li ġiet innotifikata konformement mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni inizjali, kienet saret għajnuna illegali mill-mument tal-għoti tagħha, wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti Ġenerali, sa fejn il-Miżura ma kinitx għadha ġiet approvata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni (115). |
|
(132) |
Il-Kummissjoni qieset fuq bażi preliminari li, peress li l-Miżura kienet saret illegali, il-kompatibbiltà tagħha kellha tiġi vvalutata f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri fis-26 ta’ Ottubru 2020. F’dak iż-żmien, il-Qafas Temporanju kien fih id-dispożizzjonijiet rilevanti biex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-Miżura skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE (116). |
|
(133) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qieset, fuq bażi preliminari, li l-Miżura ma kinitx konformi mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(134) |
F’konformità mas-sentenza SAS II, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li l-istrument ta’ ekwità tal-Miżura ma deherx li kien akkumpanjat, kif meħtieġ mill-punt 61 tal-Qafas Temporanju, minn mekkaniżmu step-up li jżid ir-remunerazzjoni tal-Istat biex jinċentiva lill-benefiċjarju biex jixtri lura l-injezzjoni ta’ kapital mill-Istat. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk, skont il-punt 62 tal-Qafas Temporanju, l-istrument ta’ ekwità tal-Miżura kienx akkumpanjat minn mekkaniżmu alternattiv xieraq għal dak previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, li b’mod ġenerali wassal għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat. |
3. KUMMENTI MID-DANIMARKA U L-IŻVEZJA
|
(135) |
Fil-kummenti konġunti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, id-Danimarka u l-Iżvezja ffukaw fuq id-dubji mqajma mill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-Miżura mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Huma indirizzaw ukoll fil-qosor xi aspetti oħra tal-valutazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tal-Miżura. |
3.1. Il-Miżura diġà tipprovdi remunerazzjoni xierqa u inċentivi ta’ ħruġ għad-Danimarka u l-Iżvezja
|
(136) |
Għalkemm jirrikonoxxu s-sentenza SAS II u l-konklużjonijiet tagħha dwar in-nuqqas ta’ osservanza tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jqisu li l-Miżura tista’ madankollu tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. Fil-fehma tagħhom, il-Miżura diġà kien fiha alternattiva xierqa għal mekkaniżmu step-up, f’konformità mal-punt 62 tal-Qafas Temporanju, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(137) |
L-ewwel, l-iskont sinifikanti pprovdut taħt il-Miżura fuq il-prezz massimu tal-ishma li bih id-Danimarka u l-Iżvezja akkwistaw l-ishma ta’ SAS kellu l-effett li jżid ir-remunerazzjoni favur tagħhom. |
|
(138) |
It-tieni, l-obbligu ta’ SAS li tissottometti pjan ta’ ristrutturar taħt il-Miżura diġà kien jikkostitwixxi inċentiv qawwi għall-ħruġ tad-Danimarka u tal-Iżvezja. |
|
(139) |
It-tielet, l-ammont ta’ qsim tal-piżijiet adottat minn investituri privati kellu l-effett li jnaqqas il-ħtieġa għal inċentivi ta’ ħruġ mid-Danimarka u l-Iżvezja. |
|
(140) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet kemm tad-Danimarka kif ukoll tal-Iżvezja kellhom, skont il-mandati politiċi tagħhom, l-intenzjoni li joħorġu mill-istruttura kapitali ta’ SAS sa fejn kienu kkonċernati l-ishma tal-COVID akkwistati permezz tal-Miżura. Fil-Ftehim politiku tal-15 ta’ Ġunju 2020 dwar ir-rikapitalizzazzjoni u s-sjieda tal-Istat Daniż ta’ SAS (117) u f’Digriet Ministerjali datat l-24 ta’ Ġunju 2020, huwa stipulat li s-sjieda ta’ SAS fil-prinċipju trid titnaqqas billi l-ishma jinbiegħu lil investituri responsabbli fuq terminu twil, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu favorevoli. Fl-Iżvezja, il-gvern kien iddikjara b’mod espliċitu l-intenzjoni tiegħu, fi kwalunkwe żmien xieraq meta s-sitwazzjoni tas-suq terġa’ tkun tippermettielu, li jnaqqas/iċedi s-sjieda tiegħu f’SAS f’konformità mal-mandati miksuba qabel mill-Parlament (118). |
|
(141) |
Alternattivament, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li l-Miżura tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern direttament skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE. Dan huwa l-każ, fil-fehma tagħhom, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, u b’mod partikolari x-xewqa li jiġi żgurat il-qsim tal-piżijiet u li jiġi attirat kapital privat ġdid għar-rikapitalizzazzjoni. Id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li dawn (i) ma kinux meħtieġa mill-Qafas Temporanju, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni fil-premessa (95) tad-deċiżjoni inizjali u fil-premessa (206) tad-deċiżjoni tal-ftuħ; u (ii) kienu juru, fil-każ ta’ SAS, li huma għodda aktar xierqa biex jiżguraw ir-remunerazzjoni tad-Danimarka u tal-Iżvezja u jtaffu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
3.2. Kummenti oħra dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(142) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja jenfasizzaw li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza SAS II, ikkonfermat li l-istrument kapitali ibridu ssodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti kollha dwar ir-remunerazzjoni u l-inċentivi ta’ ħruġ stabbiliti mill-Qafas Temporanju. |
|
(143) |
Huma jindikaw ukoll li s-sentenza Lufthansa (119) tal-Qorti Ġenerali kkonfermat il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni biex tivvaluta l-eżistenza ta’ saħħa sinifikanti fis-suq abbażi tal-approċċ minn ajruport għal ajruport, użat ukoll mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
4. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(144) |
Żewġ partijiet interessati ssottomettew kummenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jiġifieri SAS u Ryanair. |
4.1. Il-kummenti ta’ SAS
|
(145) |
SAS ipprovdiet kummenti dwar żewġ punti tal-valutazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tal-miżura magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dwar l-applikazzjoni tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju minn naħa, u l-applikazzjoni tal-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju min-naħa l-oħra. |
4.1.1. Il-Miżura diġà tipprovdi remunerazzjoni xierqa u inċentivi ta’ ħruġ għad-Danimarka u l-Iżvezja
|
(146) |
SAS tfakkar li skont id-dritt tal-kumpaniji Żvediż (ara l-premessa (123)), ma huwiex possibbli li jiġi implimentat mekkaniżmu step-up li jagħti ishma addizzjonali lil detentur ta’ ishma speċifiku, skattat minn avveniment futur. Għalhekk kien hemm ostakolu legali kontra l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu step-up bħala dak speċifikament previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. |
|
(147) |
Barra minn hekk, skont SAS, fid-dawl b’mod partikolari tal-iskont ex ante sinifikanti fuq l-ishma akkwistati mid-Danimarka u mill-Iżvezja permezz tal-Miżura, u l-impenji ta’ mġiba imposti fuq SAS, il-Miżura diġà kienet tinkludi kemm ammont suffiċjenti ta’ remunerazzjoni għad-Danimarka u għall-Iżvezja kif ukoll biżżejjed inċentivi ta’ ħruġ biex tiġi pprovduta alternattiva li twassal għall-istess eżitu ġenerali fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat. |
|
(148) |
Minkejja dik il-pożizzjoni, SAS ipproponiet mekkaniżmu alternattiv li, jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Miżura kif innotifikata mid-Danimarka u mill-Iżvezja ma tikkonformax mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, tista’ tiġi implimentata biex jiġi żgurat li dawk id-dispożizzjonijiet tal-Qafas Temporanju jiġu rrispettati. Dak il-mekkaniżmu alternattiv jieħu l-forma ta’ ħruġ ta’ titoli kapitali addizzjonali lill-Istat Membru rilevanti (120), bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
(149) |
Skont SAS, il-mekkaniżmu propost jipprovdi inċentiv xieraq għal SAS biex tixtri lura l-ishma akkwistati mid-Danimarka u mill-Iżvezja permezz tal-Miżura. Din l-alternattiva tissodisfa, fil-fehma ta’ SAS, il-kundizzjonijiet tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, u tkun proporzjonata mal-objettiv imfittex minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
4.1.2. SAS ma setgħetx issib finanzjament fis-swieq b’termini affordabbli
|
(150) |
Bħala rimarka preliminari, SAS taqsam l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja fin-notifika tagħhom tal-Miżura u l-valutazzjoni preliminari magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni inizjali, li skontha SAS ma setgħetx issib finanzjament b’termini affordabbli fis-swieq biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ kapital tagħha. Madankollu SAS ipprovdiet elementi addizzjonali u informazzjoni ta’ sfond dwar dak l-aspett. |
|
(151) |
Skont SAS, qabel il-pandemija tal-COVID-19, kienet tuża diversi sorsi ta’ finanzjament tas-suq, inkluż self bankarju, bonds, self subordinat, bonds ibridi u kiri. Fil-finanzjament tal-inġenji tal-ajru tagħha, SAS tipikament kienet tuża taħlita ta’ kirjiet u self bankarju garantit u faċilitajiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, SAS użat sorsi oħra ta’ finanzjament li kienu għadhom pendenti qabel it-tnedija tar-rikapitalizzazzjoni (Awwissu 2020), inkluż (i) bond mhux garantit li jammonta għal SEK 1,5 biljun (maħruġ f’Novembru 2017), (ii) allokazzjoni privata ta’ ishma komuni ta’ SEK 1,27 biljun (maħruġa f’Novembru 2017), (iii) bond mhux garantit li jammonta għal SEK 0,75 biljun (maħruġ f’Ġunju 2018), u (iv) bond ibridu li jammonta għal SEK 1,5 biljun (maħruġ fl-2019) (121). |
|
(152) |
Barra minn hekk, SAS tispjega li, qabel il-pandemija tal-COVID-19, hija kellha programm ta’ bonds ta’ allokazzjoni privata ma’ […] taħt il-programm Ewropew tan-Noti fuq Terminu Medju (il-“programm EMTN”). Dawn kienu bonds koperti minn kuntratti ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu. SAS ħarġet bonds ġodda fl-2016, fl-2017 u fl-2018. Il-programm EMTN bi […] kien maħsub li jitmexxa ’l quddiem fl-2020. Madankollu, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ma kien hemm l-ebda disponibbiltà fis-suq tal-iswaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, bl-ebda investitur li kien lest jinvesti f’SAS. B’riżultat ta’ dan, SAS ma setgħetx tmexxi l-programm EMTN ’il quddiem. |
|
(153) |
SAS tindika wkoll li, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, kellha wkoll diffikultà biex taċċessa sorsi oħra ta’ finanzjament tas-suq fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. SAS ippreżentat tliet spjegazzjonijiet prinċipali f’dan ir-rigward. |
|
(154) |
Qabelxejn, il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ SAS tindika li ma kienx probabbli li SAS kienet se tkun tista’ toħroġ strumenti ta’ dejn mhux garantiti jew strumenti ibridi b’termini affordabbli. Fis-16 ta’ Jannar 2020, qabel il-pandemija tal-COVID-19, l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Standard & Poor’s tat klassifikazzjoni B+ lil SAS, u qieset li l-kumpanija setgħet issostni miżuri ta’ kreditu; billi fl-10 ta’ Ġunju 2020, il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija tnaqqset għal CCC u nżammet fuq CreditWatch b’implikazzjonijiet negattivi. SAS ipprovdiet in-nota ta’ Standard & Poor’s tal-10 ta’ Ġunju 2020 li tispjega l-motivazzjonijiet ta’ dik l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għat-tnaqqis fil-klassifikazzjoni. |
|
(155) |
Skont SAS, in-nuqqas ta’ finanzjament mis-suq fil-forma ta’ bonds mhux garantiti u strumenti ibridi b’termini affordabbli huwa evidenzjat aktar mil-livelli ta’ negozjar tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ SAS fis-suq sekondarju. Dik l-evidenza tissuġġerixxi li dawk l-istrumenti kellhom kost ta’ finanzjament għoli ħafna, u b’hekk jiġi eskluż kwalunkwe ħruġ ta’ strumenti ġodda lil investituri privati bħala għażla fattibbli:
|
|
(156) |
Sussegwentement, skont SAS, il-fatt li, fid-data tal-għoti tal-Miżura, il-bonds mhux garantiti u ibridi pendenti kienu qed jiġu kkonvertiti fil-kuntest tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS jindika li l-aċċess ta’ SAS għas-suq tal-bonds u tal-istrumenti ibridi bi prezz raġonevoli kien limitat ħafna. SAS kienet tabilħaqq diġà talbet lill-bażi tal-investituri eżistenti tagħha biex jikkonvertu l-istrumenti eżistenti tagħhom fi strumenti ta’ ekwità jew ta’ dejn b’termini inqas stretti. It-talba lill-istess investituri biex jinvestu f’bonds jew ibridi ġodda ma setgħetx tirnexxi f’ċirkostanzi bħal dawn. Min-naħa tagħhom, l-investituri ġodda neċessarjament jivvalutaw ir-riskju ta’ kreditu tal-investimenti f’bonds jew ibridi tal-SAS, fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu f’diffikultà tal-kumpanija, li kienet tnaqqset għal CCC. |
|
(157) |
Barra minn hekk, skont SAS, għażliet oħra biex jinkiseb finanzjament tas-suq b’termini affordabbli fil-forma ta’ self kollateralizzat bl-użu ta’ inġenji tal-ajru mhux aggravati jew assi oħra, bħall-programm Eurobonus, ukoll x’aktarx li kienu jkunu ineffettivi għal tliet raġunijiet. |
|
(158) |
L-ewwel, fid-data tal-għoti tal-Miżura, SAS kellha 35 % tal-flotta tal-inġenji tal-ajru tagħha, li minnhom 17-il inġenju tal-ajru ma kinux aggravati b’valur kontabilistiku totali ta’ madwar SEK [0–2] biljun. Madankollu, 10 minn dawn is-17-il inġenju tal-ajru kienu se jitneħħew mis-servizz gradwalment, u għalhekk ma kinux attraenti bħala kollateral għas-selliefa potenzjali (122). Barra minn hekk, SAS indikat li tlieta mis-seba’ inġenji tal-ajru mhux aggravati li jifdal kienu diġà ntużaw bħala parti mill-kollateral biex tiġi garantita l-faċilità ta’ kreditu rotanti ta’ SEK 324 miljun garantita mill-garanzija Daniża u Żvediża ta’ 90 % tal-faċilità, filwaqt li l-10 % li jifdal baqgħu għar-riskju tal-banek (123). Skont SAS, parti terza indipendenti vvalutat dawk it-tliet inġenji tal-ajru għal USD [50–100] miljun. Madankollu, skont SAS, dawn l-inġenji tal-ajru ma kinux suffiċjenti sabiex jiggarantixxu l-parti mhux garantita tal-faċilità ta’ kreditu rotanti, peress li l-banek kienu jeħtieġu, minbarra l-inġenji tal-ajru, wegħdiet fuq is-self u l-kontijiet intragrupp ta’ SAS. Skont SAS, jekk tliet inġenji tal-ajru ma kinux biżżejjed biex jiżguraw 10 % ta’ self ta’ SEK 0,3 biljun, kien evidenti li l-erba’ inġenji tal-ajru l-oħra disponibbli ma kinux ikunu suffiċjenti biex ikopru kwalunkwe parti sinifikanti tal-ħtiġijiet kapitali tagħha. |
|
(159) |
It-tieni, SAS kellha ċerti assi oħra li, fit-teorija, setgħu jintużaw bħala kollateral għad-dejn garantit. B’mod partikolari, l-użu tal-programm Eurobonus bħala kollateral kien ikun jeħtieġ sforzi interni sinifikanti ta’ ristrutturar, inkluża l-ħtieġa li jitwaqqfu kumpaniji ġodda li lilhom kienu se jiġu ttrasferiti l-assi. Fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura SAS qieset li l-ebda waħda minn dawn l-għażliet ma kienet fattibbli minħabba r-restrizzjonijiet ta’ żmien involuti. |
|
(160) |
It-tielet, skont SAS, ix-xewqa li jiġi pprovdut self, anki jekk garantit b’kollateral, lil kumpanniji fis-settur tal-avjazzjoni kienet baxxa ħafna f’dak iż-żmien. Dan huwa evidenzjat mill-fatt li qabel ir-rikapitalizzazzjoni, SAS irnexxielha tiżgura faċilità ta’ kreditu rotanti biss minħabba li 90 % tagħha kienet koperta minn garanziji mill-Istat. Għalkemm l-10 % li jifdal ma kienx garantit, il-banek li pprovdew is-self kienu jeħtieġu kollateralizzazzjoni sħiħa għal dawk l-10 % li jifdal (inkluż bl-inġenji tal-ajru). |
|
(161) |
Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe każ, il-ħruġ ta’ strumenti ġodda ta’ dejn ma kienx jgħin biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ solvenza ta’ SAS peress li kellha bżonn ekwità ġdida biex tirrestawra l-istruttura tal-kapital tagħha. Il-fatt li SAS ġarrbet telf sinifikanti kien ifisser li l-kapital azzjonarju tagħha kien qed jonqos malajr. F’dan ir-rigward, SAS ipprovdiet anness li jinkludi diversi rapporti ta’ riċerka tal-banek (Den Norske Bank, Nordea, Sydbank) u ta’ gazzetti (Dagens Industri) (124), kif ukoll grafika tat-2 ta’ Ġunju 2020 li turi r-rakkomandazzjonijiet tas-sensara dwar l-ishma ta’ SAS (125). F’dan il-kuntest, żieda fid-dejn ma kienx ikollha l-effett li tirrestawra l-kapital azzjonarju. Jekk xejn, dan kien iżid it-telf ta’ SAS minħabba żieda fil-pagamenti tal-imgħax. Għalhekk, skont SAS, l-uniku mod biex il-kumpanija tibqa’ rilevanti kien li tiġbor il-kapital fil-forma ta’ ekwità. |
|
(162) |
F’dak il-kuntest, SAS tenfasizza li l-Miżura kienet strutturata b’mod effettiv biex tattira livell għoli ta’ parteċipazzjoni privata:
|
4.2. Il-kummenti ta’ Ryanair
|
(163) |
Ryanair ipprovdiet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-legalità tal-Miżura u dwar seba’ aspetti tal-valutazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tal-Miżura magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
4.2.1. Il-legalità tal-Miżura
|
(164) |
Ryanair targumenta li, peress li l-Kummissjoni ddikjarat il-Miżura bħala illegali fid-deċiżjoni tal-ftuħ, b’riżultat ta’ dan, u b’applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ moratorju, hija jenħtieġ li tordna lid-Danimarka u lill-Iżvezja jissospendu immedjatament l-għajnuna u jħallsu l-imgħax għall-perjodu li matulu l-għajnuna illegali baqgħet għad-dispożizzjoni ta’ SAS (126). |
4.2.2. Il-Miżura ma tikkonformax mal-Artikoli 18, 49 u 56 tat-TFUE u mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
|
(165) |
Ryanair l-ewwel issostni li, filwaqt li l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE jistabbilixxi eċċezzjoni għall-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE f’każ ta’ tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru, huwa ma jistabbilixxix eċċezzjoni għar-regoli u l-prinċipji ġenerali l-oħra tal-Unjoni. Ryanair targumenta li, skont ġurisprudenza stabbilita (127), il-Kummissjoni għandha l-obbligu, meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern, li tiżgura l-konformità tal-miżura ta’ għajnuna, u ta’ kwalunkwe element marbut b’mod indissolubbli magħha, ma’ kwalunkwe regola u prinċipju ġenerali oħra tal-Unjoni, bħat-trattament ugwali. Ryanair tqis li l-Kummissjoni ma wettqitx tali valutazzjoni għall-miżura inkwistjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(166) |
Ryanair targumenta wkoll li l-Miżura ma tikkonformax mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità (l-Artikolu 18 tat-TFUE), il-libertà tal-istabbiliment (l-Artikolu 49 tat-TFUE) u l-forniment liberu tas-servizzi (l-Artikolu 56 tat-TFUE u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. |
|
(167) |
Ryanair tfakkar li l-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat. Barra minn hekk, skont Ryanair, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, li jestendi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-Artikolu 56 tat-TFUE għas-servizzi tat-trasport bl-ajru, “[j]ipprekludi l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe [miżura] li għandha l-effett li tagħmel il-provvista ta’ servizzi bejn l-Istati Membri aktar diffiċli mill-provvista ta’ servizzi purament fi Stat Membru wieħed”. Bl-istess mod, l-Artikolu 49 tat-TFUE jipprovdi li “ir-restrizzjonijiet għal-libertà tal-istabbiliment ta’ ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandhom jiġu projbiti”. |
|
(168) |
Ryanair issostni li peress li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat b’mod sever il-linji tal-ajru kollha li joperaw fl-Iżvezja u fid-Danimarka (inkluż lilha stess), u peress li l-Miżura tibbenefika lil SAS biss, il-Miżura tiffavorixxi lil SAS fuq il-linji tal-ajru f’sitwazzjoni komparabbli. Skont Ryanair, il-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għal din id-differenza fit-trattament. B’mod partikolari, hija ma tispjegax għaliex trasportaturi oħra li joperaw fl-Iżvezja u fid-Danimarka ma jistgħux jissodisfaw l-objettiv pubbliku maħsub, jiġifieri, li jirrimedjaw it-tfixkil serju fl-ekonomija tal-Iżvezja u tad-Danimarka. |
|
(169) |
Ryanair issostni l-argumenti tagħha billi tinnota li SAS kienet tirrappreżenta biss madwar 35 % u 34 % tal-konnettività intra-Ewropea fl-Iżvezja u fid-Danimarka, rispettivament, filwaqt li linji tal-ajru oħra kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza li jifdal ta’ 65 % fl-Iżvezja u 64 % fid-Danimarka (128). Barra minn hekk, fl-2020, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment sussegwenti, kien hemm kapaċità żejda sinifikanti tas-servizzi tat-trasport bl-ajru peress li eluf ta’ ajruplani kienu waqfu jittajru madwar l-Unjoni (129). Skont Ryanair, linji tal-ajru oħra kellhom kapaċità kbira biex jilħqu l-objettiv pubbliku maħsub. |
|
(170) |
Ryanair issostni wkoll li, billi jirriżervaw il-Miżura għal SAS mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, id-Danimarka u l-Iżvezja jiddiskriminaw bejn il-linji tal-ajru f’sitwazzjoni komparabbli. Din id-diskriminazzjoni jkollha l-effett li tiskoraġġixxi l-forniment liberu tas-servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment fl-Unjoni. Filwaqt li Ryanair kienet qed tiżviluppa l-pożizzjoni tagħha fl-Iżvezja u fid-Danimarka matul dawn l-aħħar snin, il-Miżura thedded dan l-iżvilupp billi tippermetti b’mod artifiċjali lil SAS issaħħaħ u tiżviluppa l-pożizzjoni kompetittiva tagħha f’dawk il-pajjiżi. |
4.2.3. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà ma ġewx issodisfati biex SAS tikseb il-Miżura (il-punt 49 tal-Qafas Temporanju)
4.2.3.1.
|
(171) |
Ryanair tikkritika l-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju talli qieset li l-unika alternattiva realistika għall-għajnuna kienet ix-“xenarju ta’ insolvenza” ta’ SAS u “diffikultajiet serji biex iżżomm l-operazzjonijiet tagħha” (premessa 88 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) u tirreferi għal projezzjonijiet finanzjarji li allegatament juru li SAS se tiffaċċja “illikwidità teknika sa Diċembru 2020” (premessi 14 u 88 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(172) |
Ryanair tqis li, billi ħadet dan l-approċċ, il-Kummissjoni ma vvalutatx xenarju alternattiv għajr dak tal-insolvenza jew tal-illikwidità ta’ SAS. Skont Ryanair, SAS setgħet naqqset l-attivitajiet mhux sistemiċi tagħha jew sabet finanzjament alternattiv fis-swieq b’termini affordabbli. |
4.2.3.2.
|
(173) |
Bħala rimarka preliminari, Ryanair tikkritika l-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju talli bbażat ruħha esklużivament fuq l-affermazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi. Minflok, hija kellha twettaq valutazzjoni awtonoma tal-importanza sistemika ta’ SAS għal dawk iż-żewġ Stati Membri. |
|
(174) |
Fi kwalunkwe każ, skont Ryanair, anki jekk il-Kummissjoni bbażat ruħha b’mod sħiħ fuq l-elementi pprovduti mill-Iżvezja u mid-Danimarka, hija xorta waħda ma tkunx tista’ tistabbilixxi li SAS hija impriża sistemika li ma setgħetx tiġi ssostitwita faċilment mill-kompetituri tagħha. |
|
(175) |
L-ewwel, id-data pprovduta fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-kontribuzzjoni tas-settur tal-avjazzjoni għall-ekonomija Daniża u Żvediża hija irrilevanti peress li ma tirriflettix il-kontribuzzjoni speċifika ta’ SAS. |
|
(176) |
It-tieni, fuq il-bażi taċ-ċifri li jinsabu fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-kontribuzzjoni ta’ SAS għall-PDG hija biss ta’ 30 % tal-kontribuzzjoni totali tas-settur tal-avjazzjoni fl-Iżvezja u 10 % fid-Danimarka. Skont Ryanair, dawn ma humiex ċifri partikolarment għoljin għal linja tal-ajru allegatament sistemika, speċjalment fejn kompetituri dinamiċi (bħal Ryanair) huma perfettament kapaċi jissostitwixxu lil SAS fuq diversi rotot. Aktar importanti minn hekk għal Ryanair, dawn huma ċifri ta’ qabel il-pandemija li ma jgħidu xejn dwar il-kontribut possibbli ta’ SAS għall-ekonomija u l-impjiegi wara l-pandemija. Din il-kontribuzzjoni x’aktarx li tkun ħafna inqas fid-dawl tal-isfidi finanzjarji enfasizzati mill-Kummissjoni nnifisha matul id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(177) |
It-tielet, Ryanair targumenta li l-Kummissjoni trid turi li l-attivitajiet kollha ta’ SAS huma insostitwibbli jew tivvaluta preċiżament liema sehem mill-attivitajiet kurrenti tagħha ma setax jiġi sostitwit. Skont Ryanair, il-linji tal-ajru regolarment fallew f’dawn l-aħħar deċennji fl-Ewropa u l-waqgħa tagħhom qatt ma pperikolat l-ekonomija u l-konnettività ta’ pajjiżhom. Meta linja tal-ajru tidħol fi proċedimenti ta’ falliment, l-operazzjonijiet tagħha ġeneralment jittieħdu minn linji tal-ajru aktar effiċjenti bħal linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi. Skont Ryanair, xi preċedenti juru dan il-punt, bħall-fallimenti ta’ Sabena, kif ukoll dawk ta’ Malev u ta’ Spanair fl-2012. F’dawn l-aħħar żewġ każijiet, dawn il-fallimenti kienu ġew segwiti minn żieda immedjata fit-traffiku fl-ajruporti ta’ Budapest u ta’ Barcelona, fejn dawn il-linji tal-ajru kienu joperaw. Dak ix-xenarju, fil-fehma ta’ Ryanair, ikun saħansitra aktar probabbli fl-2020, f’kuntest ikkaratterizzat minn kapaċità disponibbli inkomparabbilment ogħla milli fl-2012 (minħabba l-kriżi tal-COVID-19 u domanda baxxa fit-tul) u għalhekk, rieda akbar ta’ linji tal-ajru oħra li jidħlu. Dan ikun konsistenti wkoll ma’ konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fl-2014, li skontha “l-esperjenza turi li anki jekk linja tal-ajru tfalli u ma tistax tiġi ristrutturata biex terġa’ ssir vijabbli, l-għajbien tagħha ma jfissirx li l-Istat Membru kkonċernat se jitlef il-konnettività tiegħu” u “l-għadd ta’ destinazzjonijiet diretti mill-ajruporti affettwati jista’ jiżdied b’mod sinifikanti fuq terminu qasir sa medju u jista’ jaqbeż dawk disponibbli qabel il-kollass tat-trasportatur nazzjonali. Dik iż-żieda tidher li hija prinċipalment dovuta għal trasportaturi bi prezzijiet baxxi” (130). |
|
(178) |
Fl-aħħar nett, Ryanair argumentat li l-allegat nuqqas ta’ sostitwibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ SAS huwa kontradett mid-deċiżjoni tal-ftuħ, fejn il-Kummissjoni sostniet li – minkejja s-sehem mis-suq għoli ta’ SAS – din ma kellhiex saħħa sinifikanti fis-suq u li kien possibbli għall-kompetituri ta’ SAS li jidħlu fis-suq u jisfidaw lil SAS. |
|
(179) |
Barra minn hekk, skont Ryanair, il-Kummissjoni ma spjegatx għaliex xenarju relatat mat-tnaqqis fid-daqs ta’ SAS ma kienx se jservi l-interess komuni bl-istess mod. Anki jekk uħud mill-attivitajiet ta’ SAS kellhom karattru verament sistemiku, il-Kummissjoni ma ddeterminatx, fil-fehma ta’ Ryanair, jekk tali attivitajiet sistemiċi setgħux jiġu ppreservati billi jitnaqqas id-daqs tal-grupp u jitnaqqsu jew jiġu mrażżna l-attivitajiet mhux sistemiċi, bħall-attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art tagħha (131). |
4.2.3.3.
|
(180) |
Bħala rimarka preliminari, Ryanair tikkritika l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni skont il-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju talli bbażat ruħha esklużivament fuq l-affermazzjonijiet magħmula mill-Gvern Żvediż u dak Daniż sabiex tikkonkludi li SAS ma kinitx f’pożizzjoni li tkopri l-ħtiġijiet tagħha ta’ kapital u ta’ likwidità mis-swieq kapitali. |
|
(181) |
Barra minn hekk, il-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ skont il-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju hija allegatament żbaljata għal tliet raġunijiet. |
|
(182) |
L-ewwel, Ryanair tqis li ammonti sinifikanti ta’ ekwità minn investituri ġodda x’aktarx kienu jkunu disponibbli għal SAS fis-swieq kapitali. Fl-Anness 7 tal-kummenti tagħha, Ryanair tipprovdi rapport ekonomiku li hija kkummissjonat minn Oxera Consulting LLP, sabiex issostni din il-konstatazzjoni (ir-“rapport Oxera”). Ir-rapport Oxera jindika li l-azzjonisti eżistenti ta’ SAS biss setgħu jipparteċipaw fiż-żieda fil-kapital ipprovduta mill-Miżura, peress li l-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi biss setgħu jikkontribwixxu għall-ħruġ dirett ta’ ishma komuni ġodda, filwaqt li l-emissjoni bi drittijiet ta’ ishma komuni kien miftuħ biss għall-azzjonisti eżistenti ta’ SAS. Madankollu, skont ir-rapport Oxera, matul il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, ħafna kumpaniji kkwotati ġabru finanzjament mis-swieq tal-ekwità. Fis-settur tal-avjazzjoni, ir-rapport Oxera jindika li disa’ linji tal-ajru ġabru total ta’ EUR 6,2 biljun matul il-perjodu minn April sa Diċembru 2020 (132). Skont Ryanair, dan jimplika li SAS setgħet ġabret finanzjament ta’ ekwità minn investituri għajr l-azzjonisti eżistenti tagħha permezz ta’ offerta pubblika, mingħajr l-involviment tal-Iżvezja u tad-Danimarka. |
|
(183) |
It-tieni, Ryanair targumenta li l-evidenza tas-suq turi li diversi linji tal-ajru bi klassifikazzjonijiet tal-kreditu komparabbli għal SAS fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 setgħu jiġbru ammonti sinifikanti ta’ finanzjament tad-dejn fis-swieq. Dawn il-provi jagħtu indikazzjoni qawwija li SAS ukoll kienet tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan, inkluż billi toffri l-valur mhux aggravat tal-55 inġenju tal-ajru li SAS kellha bħala kollateral sabiex tiġbor id-dejn b’kundizzjonijiet aktar affordabbli. F’dan ir-rigward, ir-rapport Oxera jipprovdi tabella li tqabbel il-linji tal-ajru mal-istess affidabbiltà kreditizja bħal SAS qabel il-pandemija tal-COVID-19, li rnexxielha tiġbor il-finanzjament tad-dejn fl-2020 (133). |
|
(184) |
Fl-aħħar nett, Ryanair tikkritika lill-Kummissjoni talli ma kkunsidratx jekk SAS setgħetx twettaq tranżazzjonijiet oħra ma’ parteċipanti fis-suq privat li kienu jikkontribwixxu għal-likwidità ta’ SAS mingħajr ma żżid id-dejn tagħha, bħall-ħruġ ta’ strumenti ibridi jew il-bejgħ ta’ ajruplani ipotekati. |
4.2.3.4.
|
(185) |
Ryanair tixħet dubju fuq id-data finanzjarja użata għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex tivverifika jekk SAS setgħetx tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 skont it-tifsira tal-GBER. Ryanair targumenta li l-valutazzjoni kienet ibbażata fuq il-kontijiet mhux konsolidati ta’ SAS, filwaqt li kellhom jintużaw il-kontijiet konsolidati. |
|
(186) |
Barra minn hekk, Ryanair tindika li l-Kummissjoni kellha tiċċara jekk ibbażatx ruħha fuq is-sett ta’ kontijiet konsolidati xieraq għal SAS f’partijiet oħra tal-valutazzjoni tagħha. |
4.2.4. Il-Miżura la hija xierqa u lanqas l-alternattiva l-inqas ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni (il-punt 53 tal-Qafas Temporanju)
|
(187) |
Ryanair tqis li d-deċiżjoni tal-ftuħ sempliċiment tiddeskrivi l-Miżura mingħajr ma tipprovdi spjegazzjoni tal-adegwatezza tagħha biex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Hija ssostni wkoll li d-deċiżjoni tal-ftuħ ma fiha l-ebda konstatazzjoni li l-Miżura hija l-inqas ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni. B’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-ftuħ allegatament ma fiha l-ebda analiżi tad-distorsjonijiet ikkawżati mill-Miżura meta mqabbla ma’ strumenti ta’ għajnuna oħra possibbli. |
4.2.5. Il-Miżura ma hijiex proporzjonata u l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà (il-punt 54 tal-Qafas Temporanju)
4.2.5.1.
|
(188) |
B’referenza għal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (134), Ryanair tqis li l-vijabbiltà skont it-tifsira tal-punt 54 tal-Qafas Temporanju tinkiseb “meta impriża tkun tista’ tipprovdi redditu previst xieraq fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji”. Skont Ryanair, id-deċiżjoni tal-ftuħ ma tivvalutax il-kapaċità ta’ SAS li tirritorna għal livell ta’ profittabbiltà li jkun aċċettabbli għall-investituri privati. Ryanair tikkritika lill-Kummissjoni talli assimilat il-vijabbiltà mal-“aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali privati” u għall-fatt li l-valutazzjoni tagħha tal-vijabbiltà tqis biss l-indikaturi tad-dejn u tal-ekwità. Ryanair targumenta li l-Kummissjoni kien imissha vvalutat firxa ta’ metriċi, b’mod partikolari indikaturi tal-profittabbiltà bħall-marġnijiet tal-profitt futuri, ir-redditu fuq l-assi jew ir-redditu fuq l-ekwità. |
|
(189) |
Ryanair tqis ukoll li l-Kummissjoni missha evalwat l-impatt tax-xenarji negattivi fuq il-potenzjal li SAS terġa’ lura għall-vijabbiltà, bħalma għamlet f’deċiżjonijiet preċedenti li jikkonċernaw is-settur bankarju. It-testijiet tas-sensittività tal-Kummissjoni fuq il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SAS ma humiex biżżejjed, u kien imissha wettqet “firxa wiesgħa ta’ testijiet tal-istress” billi tikkunsidra “għadd ta’ xenarji negattivi possibbli b’kont meħud tal-inċertezza eżistenti tas-suq”. |
4.2.5.2.
|
(190) |
Ryanair targumenta li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta’ valutazzjoni fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna meħtieġa minn SAS. |
|
(191) |
L-ewwel, skont Ryanair, il-limiti użati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ biex tiddetermina l-vijabbiltà ma humiex xierqa minħabba li huma għoljin wisq u jimmiraw lejn pożizzjoni finanzjarja eċċessivament favorevoli. Ryanair tinnota li qabel il-pandemija tal-COVID-19, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ SAS, il-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA, u l-proporzjon tal-ekwità mal-assi (tlieta mill-erba’ kriterji ta’ vijabbiltà vvalutati) kienu agħar mill-miri stabbiliti mill-Kummissjoni biex tintwera l-vijabbiltà, u li madankollu SAS kienet kapaċi tiġbor finanzjament fis-swieq kapitali f’dak iż-żmien. Pereżempju, skont Ryanair, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ SAS kien ta’ 4,75 f’Jannar 2020, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità tagħha qabeż b’mod konsistenti t–3,0–3,5, u tela’ sa 4 f’Jannar 2020, u l-proporzjon tal-ekwità mal-assi tagħha kien konsistentement taħt it–18,1 %, li jvarja minn madwar 16 % f’Ottubru 2019 għal madwar 8 % f’Jannar 2020. |
|
(192) |
It-tieni, Ryanair targumenta li l-Kummissjoni ffukat fuq parametru referenzjarju mhux xieraq meta qieset li klassifikazzjoni tal-kreditu bi grad ta’ investiment tirrappreżenta l-klassifikazzjoni minima meħtieġa biex kumpanija tkun tista’ taċċessa l-finanzjament mis-suq. Tabilħaqq, hemm linji tal-ajru li għandhom aċċess għal swieq kapitali bi klassifikazzjonijiet aktar baxxi, inkluż matul il-pandemija tal-COVID-19. Peress li l-proporzjonalità tal-għajnuna ġiet stabbilita fir-rigward ta’ limitu ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa ogħla minn dak li normalment huwa meħtieġ mill-investituri biex il-linji tal-ajru jiksbu finanzjament fis-swieq kapitali, l-għajnuna ma hijiex limitata għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja ta’ SAS. |
|
(193) |
It-tielet, Ryanair tiddikjara li d-deċiżjoni tal-ftuħ ma fihiex analiżi suffiċjenti tal-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha tivvaluta, b’mod partikolari, il-punt sa fejn SAS setgħet strutturalment tnaqqas il-bażi tal-kostijiet tagħha biex ittejjeb il-profittabbiltà jew sa liema punt kienet kapaċi tnaqqas il-kostijiet fi żmien qasir. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma vvalutatx l-impatt tal-projezzjonijiet u s-suppożizzjonijiet alternattivi tat-traffiku fir-rigward tal-irkupru tat-traffiku mill-pandemija. |
|
(194) |
Għaldaqstant, Ryanair tqis li l-għajnuna ma hijiex limitata għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja ta’ SAS. |
4.2.6. Il-Miżura ma tiżgurax remunerazzjoni xierqa għad-Danimarka u l-Iżvezja u l-ħruġ tagħhom (it-Taqsima 3.11.5 tal-Qafas Temporanju)
4.2.6.1.
|
(195) |
Ryanair tirreferi għas-sentenza SAS II, li sabet li l-istrument ta’ ekwità ma kien akkumpanjat minn ebda mekkaniżmu step-up, kif innotat ukoll fil-premessa (134) tad-deċiżjoni tal-ftuħ. Ryanair taqbel mas-sejba preliminari tal-Kummissjoni li skontha l-istrument ta’ ekwità tal-Miżura ma jidhirx li huwa akkumpanjat minn mekkaniżmu alternattiv xieraq li b’mod ġenerali jwassal għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat bħall-mekkaniżmu step-up previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. |
4.2.6.2.
|
(196) |
Ryanair tikkontesta l-konklużjoni preliminari tal-Kummissjoni li skontha l-istrumenti ibridi rremuneraw biżżejjed lill-Iżvezja u lid-Danimarka. |
|
(197) |
Hija targumenta li l-marġnijiet tal-NSHN1 u tal-NSHN2, li huma rispettivament 90bps u 190bps ogħla mir-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fil-punt 66 tal-Qafas Temporanju, ma jikkumpensawx bis-sħiħ lill-Iżvezja u lid-Danimarka għall-karatteristiċi tar-riskju ta’ dawk l-istrumenti. Ir-rapport Oxera pprovdut minn Ryanair janalizza l-firxa bejn l-istrumenti finanzjarji li huma kkaratterizzati minn waħda mill-erba’ karatteristiċi ewlenin tar-riskju identifikati mill-Kummissjoni (ara l-premessa (430)) u parametru referenzjarju rilevanti tas-suq li jikkonsisti fi strumenti finanzjarji li ma jikkondividux din il-karatteristika ta’ riskju iżda li altrimenti huma simili, eż. f’termini ta’ data tal-ħruġ, maturità u klassifikazzjoni tal-kreditu (135). Dik l-analiżi tikkonkludi li jkun meħtieġ marġni addizzjonali ta’ 400 bps biex jikkumpensa b’mod adegwat lill-Iżvezja u lid-Danimarka, aktar milli l-marġnijiet attwali ta’ 90 bps u 190 bps. |
|
(198) |
Barra minn hekk, skont Ryanair, minħabba li l-NSHN1 u l-NSHN2 huma identiċi f’termini tal-profil tar-riskju tagħhom, id-delta ta’ differenza fil-marġni ta’ 100 bps bejn iż-żewġ strumenti ma hijiex ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet tanġibbli u kredibbli. |
4.2.7. Il-Miżura ma tipprevjenix distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni (il-punt 72 tal-Qafas Temporanju)
|
(199) |
Ryanair issostni li l-Miżura ma tipprevjenix distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u, speċifikament, tikser il-punt 72 tal-Qafas Temporanju. |
|
(200) |
Sabiex issostni l-affermazzjoni tagħha, Ryanair tqajjem żewġ settijiet ta’ argumenti fir-rigward (i) tad-definizzjoni tas-swieq rilevanti u (ii) tal-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruporti. |
|
(201) |
L-ewwel, Ryanair issostni li, fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni tbiegħdet mill-prattika deċiżjonali tagħha dwar l-amalgamazzjonijiet ta’ linji tal-ajru, li tinvolvi d-definizzjoni tas-swieq bħala pari ta’ bliet bejn punt ta’ oriġini u punt ta’ destinazzjoni (l-“approċċ O&D”) u minflok ipproponiet li tiddefinixxi s-swieq rilevanti biss skont approċċ minn ajruport għal ajruport. Ryanair tqis li, b’dan il-mod, il-Kummissjoni ddefiniet b’mod żbaljat is-swieq rilevanti u naqset milli tevalwa jekk SAS għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq f’mill-inqas wieħed mis-swieq rilevanti, kif meħtieġ mill-punt 72 tal-Qafas Temporanju. Skont Ryanair, il-fatt li l-Miżura hija diretta lejn SAS bħala grupp u mhux lejn rotot speċifiċi ma jipprekludix li l-pożizzjoni kompetittiva speċifika ta’ SAS f’kull wieħed mill-pari ta’ bliet O&D tiġi affettwata bħala riżultat tal-għajnuna mogħtija. Għalhekk, skont Ryanair, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni kompetittiva jiġi ffukat fuq kunsiderazzjonijiet relatati mal-provvista fl-għajnuna mill-Istat. L-effetti tad-domanda huma ugwalment rilevanti għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni minħabba li l-benefiċjarju jirċievi vantaġġ fuq impriżi oħra li huma l-kompetituri tiegħu fuq rotot O&D. Barra minn hekk, il-punt 72 tal-Qafas Temporanju jagħti mandat lill-Kummissjoni biex (i) tivvaluta jekk il-benefiċjarju għandux saħħa sinifikanti fis-suq f’kull wieħed mis-swieq rilevanti li jopera fihom u (ii) teħtieġ rimedji f’dawk is-swieq. B’riżultat ta’ dan, il-Qafas Temporanju jitlob valutazzjoni kompetittiva allinjata ma’ dik normalment meħtieġa f’każijiet ta’ antitrust u ta’ fużjoni. Fl-osservazzjonijiet tagħha, Ryanair irreferiet għar-rapport Oxera, li analizza l-ishma mis-suq ta’ SAS fuq 567 rotta li SAS operat lejn u minn pajjiżi Skandinavi matul l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019. |
|
(202) |
It-tieni, Ryanair targumenta li, fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS tippreżenta għadd ta’ nuqqasijiet: (i) il-Kummissjoni naqset milli tieħu approċċ li jħares ’il quddiem u qagħdet biss fuq data storika għall-Istaġuni tas-Sajf tal-2019 u tax-Xitwa tal-2019/2020 tal-IATA; (ii) il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra ajruporti fejn SAS ma kellha l-ebda bażi filwaqt li ma huwiex meħtieġ li linja tal-ajru jkollha bażi biex topera b’suċċess f’ajruport; (iii) il-Kummissjoni naqset milli tqis ostakoli oħra għad-dħul minbarra r-restrizzjonijiet tas-slots, bħall-ekonomiji ta’ firxa, l-immarkar, il-promozzjonijiet u l-lealtà tal-klijenti, l-ekonomiji tan-network jew ir-riskju ta’ ritaljazzjoni aggressiva minn operaturi stabbiliti; u (iv) il-Kummissjoni injorat b’mod żbaljat il-grad ta’ frammentazzjoni tal-kompetituri fl-ajruporti, iffukat b’mod mhux xieraq fuq l-ishma ta’ slots minflok fuq l-ishma mis-suq, u ma vvalutatx l-ajruporti f’dettall suffiċjenti. |
4.2.8. Il-Kummissjoni ma tistax tirrinunzja għall-projbizzjoni ta’ pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji (il-punt 77 tal-Qafas Temporanju)
|
(203) |
Ryanair tiddikjara li ma kien hemm l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li setgħet tiġġustifika devjazzjoni mill-punt 77 tal-Qafas Temporanju. Il-pandemija tal-COVID-19 innifisha ma tistax tikkostitwixxi ċirkostanza eċċezzjonali bħal din, minħabba li l-Qafas Temporanju diġà jqis il-karattru eċċezzjonali ta’ dik il-pandemija u jistabbilixxi rekwiżiti fuq dik il-bażi. |
|
(204) |
Fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-Miżura, Ryanair tikkritika diversi inkonsistenzi. |
|
(205) |
L-ewwel, hija tqis li d-deskrizzjoni tan-negozjati dwar il-qsim tal-piżijiet mad-detenturi tal-bonds tippreżenta kontradizzjoni. Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni sostniet li “l-ħlas tal-kupuni kien inkluż fin-negozjati ma’ ċerti detenturi ta’ bonds”, filwaqt li “kien mistenni li jkun kunsiderazzjoni ewlenija għad- detenturi kollha tal-bonds biex jaqblu mal-konverżjoni”. It-tieni, Ryanair tinnota li l-Kummissjoni tispjega li l-għan tal-projbizzjoni fuq il-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji huwa li jiġi mminimizzat l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa. Madankollu, fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni sabet li r-rinunzja tal-projbizzjoni kienet mistennija tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat injettata. Skont Ryanair, il-projbizzjoni stabbilita fil-punt 77 tal-Qafas Temporanju hija li jiġi impost impenn vinkolanti fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni, biex jiġi evitat negozjar mal-investituri fuq dan il-punt u finalment jitnaqqas l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa. Fil-fehma ta’ Ryanair, id-detenturi tal-bonds diġà kellhom biżżejjed inċentivi biex jinvestu, minħabba l-appoġġ sinifikanti tal-għajnuna mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(206) |
It-tielet, Ryanair tafferma li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq xenarju kontrafattwali żbaljat, jiġifieri li SAS kienet sempliċiment se tirċievi aktar għajnuna biex tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha f’każ li d-detenturi tal-bonds ma jaqblux mal-projbizzjoni ta’ pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji. F’dan ir-rigward, Ryanair tqis li x-xenarju kontrofattwali xieraq, fin-nuqqas tal-kunsens tad-detenturi tal-bonds, ikun li SAS kienet tikseb inqas għajnuna, jew l-ebda għajnuna. |
|
(207) |
Ir-raba’, Ryanair tqis li l-fatt li r-rinunzja tal-projbizzjoni fuq kupuni mhux obbligatorji setgħet kienet element ewlieni għad-detenturi tal-bonds biex jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni ma setax jiġġustifika d-devjazzjoni tal-Kummissjoni mill-Qafas Temporanju. Il-fatt li “l-Qafas Temporanju ma jimponi l-ebda rekwiżit ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet” (il-premessa 206 tad-deċiżjoni tal-ftuħ) ikun irrilevanti skont Ryanair minħabba li l-punt 77 tal-Qafas Temporanju allegatament jimponi xi kondiviżjoni tal-piżijiet, kif rikonoxxut mill-Kummissjoni fil-premessa (198) tad-deċiżjoni tal-ftuħ: “il-punt 77 tal-Qafas Temporanju jistabbilixxi rekwiżit ta’ kompatibbiltà li jipprevjeni lill-fornituri privati eżistenti tal-kapital milli jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat permezz ta’ atti diskrezzjonali meħuda mill-benefiċjarju (bħal dikjarazzjoni ta’ dividendi, xiri lura ta’ ishma jew pagament ta’ kupun mhux obbligatorju)”. |
4.2.9. Il-Kummissjoni ma tirrikjedix in-notifika ta’ pjan ta’ ristrutturar fil-ħin (il-punt 85 tal-Qafas Temporanju)
|
(208) |
Ryanair tiddikjara li l-perjodu ta’ 6 snin li warajh l-Istati Membri jistgħu jkunu obbligati jissottomettu pjan ta’ ristrutturar tal-benefiċjarju ta’ miżura ta’ rikapitalizzazzjoni kif stabbilit fil-punt 85 tal-Qafas Temporanju ma jinċentivax il-ħruġ tal-Istat. Huwa wkoll f’kuntrast qawwi mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (136), li allegatament kienet tirrikjedi li l-banek jipprovdu pjan ta’ ristrutturar qabel ma tkun tista’ tiġi awtorizzata r-rikapitalizzazzjoni. Skont Ryanair, tali approċċ laxk, flimkien mal-assenza ta’ miżuri strutturali intiżi li jirrimedjaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huwa inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Huwa jikkontradixxi wkoll il-punt 45 tal-Qafas Temporanju, li jistabbilixxi li “l-ħruġ ta’ tali strumenti jkun soġġett għal kundizzjonijiet stretti minħabba li huma distorsivi ħafna għall-kompetizzjoni bejn l-impriżi”. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikjedi li pjan ta’ ristrutturar jiġi nnotifikat ħafna aktar qabel. |
5. KUMMENTI MID-DANIMARKA U L-IŻVEZJA DWAR IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
|
(209) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi rreaġixxew fuq erba’ punti mqajma minn Ryanair fil-kummenti tagħha, jiġifieri l-illegalità tal-għajnuna, l-interess komuni ta’ intervent, ir-regoli dwar il-moviment liberu u l-konformità mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
5.1. Irkupru provviżorju tal-għajnuna ma huwiex ġustifikat
|
(210) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jifhmu mill-kummenti ta’ Ryanair li din tal-aħħar talbet lill-Kummissjoni tordna kemm is-sospensjoni tal-għajnuna illegali kif ukoll l-irkupru provviżorju tagħha. Huma jirrikonoxxu li fil-kuntest ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tista’ toħroġ inġunzjoni lill-Istat Membru biex jirkupra provviżorjament l-għajnuna sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet pożizzjoni dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern. Madankollu, l-irkupru provviżorju tal-għajnuna huwa fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (ir-“Regolament Proċedurali”) (137), iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin biex jiġi impost irkupru provviżorju:
|
|
(211) |
F’dan il-każ, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jenfasizzaw li ma hemm l-ebda urġenza biex tittieħed azzjoni, u l-Miżura ma hijiex qed tikkawża riskju ta’ danni sostanzjali u irreparabbli lil Ryanair, jew lil kwalunkwe kompetitur ieħor. |
|
(212) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jsostnu li Ryanair ma ssostanzjatx għaliex il-kundizzjonijiet biex il-Kummissjoni toħroġ inġunzjoni għall-irkupru provviżorju tal-għajnuna ġew issodisfati f’dan il-każ. |
5.2. Kien fl-interess komuni li jseħħ intervent favur SAS
|
(213) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jikkontestaw l-allegazzjoni ta’ Ryanair li SAS fil-mument tal-għoti tal-Miżura ma kinitx “f’pożizzjoni unika fost il-linji tal-ajru l-oħra kollha” li joperaw fid-Danimarka u fl-Iżvezja. Id-Danimarka u l-Iżvezja jargumentaw li SAS, bin-network domestiku u internazzjonali estensiv tagħha, kellha (u għad għandha) rwol essenzjali fiż-żamma tal-konnessjonijiet tat-trasport bl-ajru fl-Iżvezja u fid-Danimarka, lejhom u minnhom. Għal dik ir-raġuni, huma qiesu li kien meħtieġ li l-ekwità ta’ SAS u l-aċċess tagħha għal-likwidità jiġu msaħħa fi żmien meta l-vijabbiltà ta’ SAS kienet mhedda serjament mill-effetti tat-tixrid tal-COVID-19. |
|
(214) |
Barra minn hekk, skont id-Danimarka u l-Iżvezja, il-fatt li l-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha inter alia fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri ma jipprekludix lill-Kummissjoni milli twettaq evalwazzjoni indipendenti u bir-reqqa ta’ dik l-informazzjoni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq fatti u data speċifiċi, li fihom infushom ma humiex ikkontestati minn Ryanair u li juru l-kontribut importanti ta’ SAS għall-impjiegi, il-konnettività u l-ekonomiji tad-Danimarka u tal-Iżvezja. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jindikaw li l-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali f’diversi okkażjonijiet biex tivvaluta jekk il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju ġiex issodisfat, u b’hekk urew li l-Kummissjoni wettqet valutazzjoni indipendenti. |
|
(215) |
Bi tweġiba għall-kumment ta’ Ryanair (il-premessa (177)), id-Danimarka u l-Iżvezja jfakkru li l-punt kruċjali tal-analiżi kien li d-Danimarka u l-Iżvezja ma setgħux ikunu ċerti li l-livell ta’ konnettività pprovdut minn SAS kien se jinżamm minn kompetituri oħra fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna. |
|
(216) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li d-dikjarazzjonijiet ta’ Ryanair li l-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi se jissostitwixxu lil SAS fuq ir-rotot kollha, u b’hekk jikkontribwixxu għall-ekonomija u l-konnettività fid-Danimarka u fl-Iżvezja bl-istess mod bħal SAS, huma żbaljati. L-awtoritajiet Żvediżi jindikaw li konnessjonijiet tat-trasport bl-ajru li jiffunzjonaw huma meħtieġa għall-ekonomija tal-pajjiż, speċjalment fid-dawl tal-pożizzjoni ġeografika u l-karatteristiċi partikolari tal-Iżvezja (138). Għalhekk, fil-fehma tagħhom, kien meħtieġ li jinżammu l-operazzjonijiet ta’ SAS sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ konnettività, peress li SAS għandha rwol deċiżiv fiż-żamma tal-konnessjonijiet bl-ajru lejn, minn u ġewwa l-Iżvezja. SAS ittir lejn tlettax-il belt Żvediża u tkopri l-pajjiż kollu minn Malmö fin-Nofsinhar sa Kiruna fit-Tramuntana. Dawn id-destinazzjonijiet domestiċi huma konnessi ma’ Stokkolma u Copenhagen bħala ċentri, li minnhom jiġi offrut network ta’ titjiriet ta’ konnessjoni għall-ivvjaġġar kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment. Dan allegatament jagħmel lil SAS unika. B’kuntrast ma’ SAS, Ryanair ma toperax negozju bbażat fuq network hub and spoke (139) u ma tippermettix l-istess disponibbiltà ta’ trasferimenti barranin u domestiċi. |
|
(217) |
B’mod aktar ġenerali, fil-fehma tal-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni sinifikanti meta jiddeterminaw l-interess komuni segwit biex jintervjenu favur benefiċjarju, bil-kontroll tal-Kummissjoni limitat għal żball manifest ta’ evalwazzjoni. Fil-każ tal-Miżura u l-għażla ta’ intervent favur SAS, ma hemm l-ebda żball manifest bħal dan. |
5.3. Il-Miżura tikkonforma mal-Artikoli 18, 49 u 56 tat-TFUE
|
(218) |
L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jargumentaw li l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE jippermetti l-għoti ta’ għajnuna individwali, u li għalhekk, jekk l-Istati Membri jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE, l-esklużjoni impliċita ta’ ċerti impriżi ma tistax titqies marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-miżura ta’ għajnuna. Fuq dik il-bażi, id-Danimarka u l-Iżvezja jargumentaw li l-Kummissjoni ma hijiex kompetenti, skont il-proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat, biex tivverifika jekk l-esklużjoni tal-impriżi kollha minbarra SAS tmurx kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu (140). |
|
(219) |
Bħala punt sussidjarju, id-Danimarka u l-Iżvezja jqisu li, kieku l-Kummissjoni kellha tagħmel valutazzjoni sostantiva tal-allegazzjonijiet ta’ Ryanair f’dan ir-rigward, ma hemm l-ebda bażi biex jiġi konkluż li l-Miżura tikkostitwixxi restrizzjoni tal-moviment liberu. Skont id-Danimarka u l-Iżvezja, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, biex jintwera li miżura ta’ għajnuna tirrestrinġi l-moviment liberu, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-elementi ta’ fatt jew ta’ liġi li jwasslu biex il-miżura ta’ għajnuna tipproduċi effetti restrittivi li jmorru lil hinn minn dawk li jiskattaw il-projbizzjoni fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE (141). |
5.4. Il-konformità mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju
|
(220) |
Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet ta’ Ryanair (il-premessa (195)), l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi jirreferu għall-kummenti konġunti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Huma jtennu li l-Miżura jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern peress li diġà tipprevedi l-inċentivi meħtieġa f’konformità mal-punt 62 tal-Qafas Temporanju. Alternattivament, il-Miżura jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE. |
|
(221) |
Fit-talba tagħha għal informazzjoni datata d-9 ta’ Novembru 2023 ippreżentata lid-Danimarka u lill-Iżvezja, il-Kummissjoni talbet lid-Danimarka u lill-Iżvezja biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom dwar il-mekkaniżmu mressaq minn SAS fil-kummenti tagħha. |
|
(222) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw li, bħal SAS, huma jqisu li l-Miżura, kif mogħtija lil SAS fis-26 ta’ Ottubru 2023, tikkonforma mal-punt 62 tal-Qafas Temporanju, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jiġi implimentat il-mekkaniżmu previst minn SAS (it-Taqsima 3.1). L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi madankollu rrikonoxxew, bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni, li l-mekkaniżmu propost minn SAS jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Huma rrikonoxxew ukoll li ma jkun hemm l-ebda ostakolu kbir, la legali u lanqas ekonomiku, li jipprevjeni l-implimentazzjoni ta’ tali mekkaniżmu. Fl-aħħar nett, huma rrikonoxxew li ma kinux identifikaw għażliet alternattivi għall-mekkaniżmu previst minn SAS li jkunu manifestament inqas restrittivi għal SAS jew għad-Danimarka u għall-Iżvezja filwaqt li xorta jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
6. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA
6.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(223) |
Sabiex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din id-dispożizzjoni jridu jiġu ssodisfatti. L-ewwel, il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. It-tieni, trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha. It-tielet, dak il-vantaġġ irid ikun ta’ natura selettiva. Ir-raba’, il-miżura trid iġġib distorsjoni jew thedded li ġġib distorsjoni fil-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(224) |
Il-Miżura hija imputabbli lill-Istat peress li ngħatat u ġiet amministrata mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi (il-premessa (90)). Il-Miżura ġiet iffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat, peress li ġiet iffinanzjata mill-fondi pubbliċi pprovduti mill-Iżvezja u mid-Danimarka permezz ta’ ekwità u strumenti kapitali ibridi (il-premessa (91)). |
|
(225) |
Il-Miżura tat vantaġġ lil SAS fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni f’termini aktar favorevoli mill-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq. Il-Miżura għalhekk tat vantaġġ lil SAS meta mqabbla mal-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(226) |
Il-vantaġġ mogħti mill-Miżura kien selettiv peress li d-Danimarka u l-Iżvezja tawha biss lil impriża waħda, jiġifieri SAS. |
|
(227) |
Il-Miżura setgħet iġġib distorsjoni fil-kompetizzjoni peress li saħħet il-pożizzjoni kompetittiva ta’ SAS. Hija affettwat ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri peress li SAS kienet attiva f’setturi li fihom hemm kummerċ intra-Unjoni. |
|
(228) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. L-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi ma jikkontestawx din il-konklużjoni. |
6.2. Legalità tal-għajnuna mill-Istat
|
(229) |
Billi nnotifikaw il-Miżura qabel ma implimentawha, l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi inizjalment kienu rrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE. |
|
(230) |
Madankollu, wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali, il-Miżura saret għajnuna illegali mill-mument li ngħatat, minħabba li ma għadhiex approvata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(231) |
Kif indikat fil-premessa (164), Ryanair talbet lill-Kummissjoni tordna lid-Danimarka u lill-Iżvezja jissospendu immedjatament l-għajnuna u jitolbu lil SAS tħallas l-imgħax għall-perjodu li matulu l-għajnuna illegali baqgħet għad-dispożizzjoni ta’ SAS. |
|
(232) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Proċedurali, “il-Kummissjoni tista’, wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jagħmel il-kummenti tiegħu, tadotta deċiżjoni li teħtieġ lill-Istat Membru li jissospendi kull għajnuna kontra l-liġi sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern”. |
|
(233) |
Minn dik id-dispożizzjoni jirriżulta li l-inġunzjoni għas-sospensjoni titħalla għad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni (142), u hija soġġetta għall-konformità ma’ ċerti regoli proċedurali, jiġifieri, il-Kummissjoni jeħtiġilha tadotta deċiżjoni speċifika f’dak ir-rigward, wara li tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jissottometti l-kummenti tiegħu. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata timmotiva l-għażla tagħha li ma tadottax digriet ta’ sospensjoni fi kwalunkwe każ partikolari (143). |
|
(234) |
Peress li l-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-Miżura, billi tittieħed pożizzjoni finali dwar il-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna mas-suq intern, ma huwiex meħtieġ li f’din id-deċiżjoni tiġi vvalutata l-ħtieġa għal inġunzjoni għas-sospensjoni. |
|
(235) |
Kif indikat fit-Taqsima 5.1, id-Danimarka u l-Iżvezja josservaw li Ryanair tidher ukoll li qed titlob lill-Kummissjoni tordna lid-Danimarka u lill-Iżvezja jirkupraw provviżorjament l-għajnuna illegali mingħand SAS (144). Madankollu, skont id-Danimarka u l-Iżvezja, il-Kummissjoni tista’ tordna l-irkupru provviżorju tal-għajnuna biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Proċedurali. |
|
(236) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-inġunzjoni għall-irkupru provviżorju prevista skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Proċedurali, titħalla wkoll fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, u hija tabilħaqq soġġetta għall-kundizzjonijiet imfakkra mid-Danimarka u mill-Iżvezja fil-premessa (211). Ryanair ma indikatx jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Proċedurali kinitx issodisfata f’dan il-każ. Fi kwalunkwe każ, peress li l-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-Miżura, billi tittieħed pożizzjoni finali dwar il-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna mas-suq intern, lanqas ma huwa meħtieġ li f’din id-deċiżjoni tiġi vvalutata l-ħtieġa għal inġunzjoni ta’ rkupru. |
6.3. Il-konformità tal-għajnuna mill-Istat
|
(237) |
Peress li l-Miżura tinvolvi għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk dik il-miżura hijiex kompatibbli mas-suq intern. Peress li l-Miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali, il-kompatibbiltà tagħha jeħtieġ li tiġi vvalutata f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, jiġifieri, fis-26 ta’ Ottubru 2020. |
|
(238) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi nnotifikaw il-Miżura skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE, kif interpretat mill-Qafas Temporanju. |
|
(239) |
Skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ tiddikjara kompatibbli mas-suq intern għajnuna “sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru”. |
|
(240) |
Bl-adozzjoni tal-Qafas Temporanju fid-19 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rrikonoxxiet (fit-Taqsima 2) li “l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 jolqtu lill-Istati Membri kollha u li l-miżuri ta’ trażżin li jittieħdu mill-Istati Membri jaffettwaw lill-impriżi”. Il-Kummissjoni kkonkludiet li “l-għajnuna mill-Istat tkun iġġustifikata u tkun tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, għal perjodu limitat, fejn tintuża biex tirrimedja tnaqqis tal-likwidità għall-impriżi u biex jiġi żgurat li t-tħarbit ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 ma jimminax il-vijabbiltà tagħhom”. |
|
(241) |
It-Taqsima 3.11 tal-Qafas Temporanju tittratta l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni. Din tistabbilixxi l-kriterji li skonthom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ pubbliku fil-forma ta’ ekwità jew strumenti kapitali ibridi lil impriżi li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba l-pandemija tal-COVID-19, bl-għan li jiġi żgurat li t-tfixkil tal-ekonomija ma jirriżultax fil-ħruġ bla bżonn mis-suq ta’ impriżi li kienu vijabbli qabel il-pandemija. |
|
(242) |
Il-Miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 3.11 tal-Qafas Temporanju peress li hija miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, fil-forma ta’ ekwità u strumenti ibridi li għandhom l-għan li jsaħħu l-ekwità ta’ SAS u l-aċċess tagħha għal-likwidità mhedda mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 (il-premessa (17)). |
|
(243) |
Il-punt 48 tal-Qafas Temporanju jiddikjara li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jistgħux jingħataw aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2021 (145). Il-Kummissjoni tinnota li d-Danimarka u l-Iżvezja taw il-Miżura fis-26 ta’ Ottubru 2020. |
|
(244) |
Għalhekk, fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-Miżura skont it-Taqsima 3.11 tal-Qafas Temporanju, li kienet il-bażi ġuridika applikabbli fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. |
6.3.1. Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u ta’ dħul
|
(245) |
Skont il-punt 49 tal-Qafas Temporanju, miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 trid tissodisfa erba’ kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet huma vvalutati suċċessivament fit-taqsimiet li ġejjin. |
6.3.1.1.
|
(246) |
Skont il-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju, l-Istati Membri jridu juru li “mingħajr l-intervent tal-Istat il-benefiċjarju jkun se jfalli jew ikun se jiffaċċja diffikultajiet serji biex iżomm l-operazzjonijiet tiegħu. Diffikultajiet bħal dawn jistgħu jintwerew b’mod partikolari, bid-deterjorament tal-proporzjon tad-dejn mal-ekwità jew indikaturi simili tal-benefiċjarju”. |
|
(247) |
Mill-fatti pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja (Taqsima 2.1.3), jidher li mingħajr il-Miżura, SAS kienet tfalli, jew tal-inqas, kienet tiffaċċja diffikultajiet serji biex iżżomm l-operat tagħha. |
|
(248) |
L-ewwel, SAS kienet diġà rreġistrat ekwità negattiva minn April 2020, u b’hekk poġġiet f’riskju s-solvenza tagħha (il-premessa (63)). L-obbligazzjonijiet ta’ SAS qabżu l-assi tagħha, kif muri mid-deterjorament tal-proporzjon tad-dejn mal-ekwità tagħha. It-telf akkumulat ta’ SAS kompla jiżdied matul ix-xhur ta’ wara, filwaqt li l-ekwità tagħha kompliet tonqos (il-premessa (64)). F’Lulju 2020, id-Danimarka u l-Iżvezja stmaw li l-ekwità ta’ SAS kienet se tilħaq SEK nieqes 9,4 biljun sa Diċembru 2020, u b’hekk l-istruttura kapitali tagħha ma tkunx vijabbli (il-premessa (65)). |
|
(249) |
It-tieni, mhux biss il-kapital ta’ SAS iddeterjora b’mod sinifikanti u rapidu, iżda l-pożizzjoni tal-likwidità tagħha dehret ukoll mhux sostenibbli. Id-Danimarka u l-Iżvezja stmaw li SAS kienet se titlef il-likwidità sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 (il-premessa (65)). Fi kliem ieħor, kienu qed jantiċipaw sitwazzjoni ta’ inadempjenza fi żmien qasir. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tas-suq, Moody’s, ikkonfermat dak l-estimu b’mod ċar (il-premessa (65)). |
|
(250) |
It-tielet, ta’ min jinnota li SAS sabet ruħha f’sitwazzjoni finanzjarja f’diffikultà minkejja l-fatt li ħadet inizjattivi sinifikanti ta’ tnaqqis tal-kostijiet biex ittaffi t-telf (ara t-Taqsima 2.1.3.1), billi bdiet topera b’kapaċità baxxa biex tnaqqas il-kostijiet varjabbli (il-premessa (51)), billi ħadet azzjonijiet biex tippreserva l-flus kontanti b’mod partikolari permezz tal-posponiment tal-konsenja tal-inġenji tal-ajru u n-negozjar mill-ġdid tal-kuntratti tal-fornitur (il-premessa (52)); u billi rristrutturat in-negozju tagħha biex topera f’kuntest ta’ domanda ristretta permezz tat-tnaqqis tal-persunal (il-premessa (53)). |
|
(251) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-Iżvezja u d-Danimarka wrew li mingħajr intervent mill-Istat, SAS kienet tfalli, jew tal-inqas, kienet tiffaċċja diffikultajiet serji biex iżżomm l-operazzjonijiet tagħha. |
|
(252) |
Dik il-konklużjoni hija msaħħa aktar mill-fatt li, fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, kien hemm sinjali ċari li feġġet tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19, mhux antiċipata fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SAS, bl-introduzzjoni mill-ġdid u t-tisħiħ tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fid-Danimarka u fl-Iżvezja (il-premessi (22) sa (24), (30) sa (31) u (41)). Għalhekk, dawk ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar x’aktarx li jkomplu jaffettwaw u jiddeterjoraw il-pożizzjoni finanzjarja diġà fraġli ta’ SAS. |
|
(253) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Ryanair fil-premessa (172), il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa skont il-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju li tivvaluta xenarju alternattiv li fih SAS kienet tnaqqas l-attivitajiet “mhux sistemiċi” tagħha jew issib finanzjament alternattiv fis-suq. Il-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju jirrikjedi li l-Istati Membri juru li l-benefiċjarju jkun se jfalli jew jiffaċċja diffikultajiet serji biex iżomm l-operazzjonijiet tiegħu mingħajr l-intervent tal-Istat. L-ebda xenarju alternattiv ieħor, bħal xenarju li fih il-benefiċjarju jnaqqas jew jirristruttura l-attivitajiet tiegħu, ma huwa għalhekk previst taħt il-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju. |
|
(254) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tindika li d-Danimarka u l-Iżvezja pprovdew il-prova meħtieġa tal-issodisfar tar-rekwiżit stabbilit fil-punt 49(a) f’sitwazzjoni fejn SAS naqqset b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħha. |
|
(255) |
Kif indikat fil-premessi minn (35) sa (39), SAS irreaġixxiet malajr għall-evoluzzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Pereżempju, hekk kif il-leġiżlazzjoni Żvediża u Daniża ppermettitilha, SAS użat sensji temporanji immedjatament u bil-kbir (il-premessa (38)). Sal-24 ta’ April 2020, SAS fasslet malajr pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ġdid, li jiffoka b’mod partikolari fuq inizjattivi ta’ tnaqqis tal-kostijiet (il-premessi (49) u (50)), u bdiet timplimentah mingħajr dewmien (il-premessi (37), (51) u (53)) (146). Fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, SAS kienet iffinalizzat il-programm ta’ sensji tagħha (il-premessa (53)); hija kienet innegozjat mill-ġdid b’aktar minn 200 fornitur tagħha fis-setturi kollha, ipposponiet il-konsenja ta’ 10 inġenji tal-ajru (il-premessi (52) u (54)) u implimentat il-valutazzjoni l-ġdida tagħha ta’ kull ġimgħa tad-domanda biex taġġusta l-kapaċità tagħha kif xieraq sabiex tnaqqas il-kostijiet varjabbli tagħha (il-premessa (51)). B’riżultat ta’ dan, SAS uriet reazzjoni rapida u diliġenti għall-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. |
|
(256) |
Barra minn hekk, SAS ħadet għadd sostanzjali ta’ inizjattivi ta’ ffrankar tal-ispejjeż. Fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali tagħha SAS ipproponiet li tilħaq mira ta’ tnaqqis fil-kostijiet ta’ SEK 5,4 biljun għall-2020 u SEK 4,5 biljun wara l-2021, jiġifieri tnaqqis fil-kostijiet kważi ugwali għall-ammont tal-Miżura (il-premessi (40) sa (46)). Ta’ min jinnota li l-bord ta’ SAS madankollu talab għal aktar tnaqqis (il-premessa (47)), li SAS identifikat u impenjat ruħha li timplimenta, inkluż permezz ta’ ċessjoni parzjali ta’ assi bħas-servizzi fuq l-art (il-premessa (48)). B’riżultat ta’ dan, il-mira għat-tnaqqis tal-kostijiet għall-2020 żdiedet b’mod sostanzjali (il-premessa (49)). Il-miri għat-tnaqqis tal-kostijiet mhux biss kienu sostanzjali, iżda kienu jkopru wkoll l-attivitajiet differenti kollha ta’ SAS, inkluż il-merkanzija, is-servizzi fuq l-art, l-ispejjeż ġenerali, is-servizzi tal-passiġġieri, eċċ. (il-premessi (41), (43), (45) u (48)). |
|
(257) |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk SAS setgħetx issib finanzjament alternattiv fis-suq, din l-evalwazzjoni hija s-suġġett tal-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju, u mhux tal-punt 49(a) tiegħu. |
|
(258) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi kollha, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura tikkonforma mal-punt 49(a) tal-Qafas Temporanju. |
6.3.1.2.
|
(259) |
Skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju, l-Istati Membri għandhom juru li “huwa fl-interess komuni li jkun hemm intervent. Dan jista’ jkun relatat mal-evitar ta’ tbatija soċjali u ta’ falliment tas-suq minħabba telf sinifikanti ta’ impjiegi, il-ħruġ ta’ kumpanija innovattiva, il-ħruġ ta’ kumpanija ta’ importanza sistemika, ir-riskju ta’ tfixkil għal servizz importanti, jew sitwazzjonijiet simili sostanzjati kif xieraq mill-Istat Membru kkonċernat”. |
|
(260) |
Mid-deskrizzjoni tal-fatti li tinsab fit-Taqsima 2.1.4 jidher li d-Danimarka u l-Iżvezja bbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq tnejn mill-ġustifikazzjonijiet ipprovduti taħt il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju biex jispjegaw li kien fl-interess komuni li jintervjenu favur SAS. |
|
(261) |
Qabel ma jiġu eżaminati dawn il-ġustifikazzjonijiet f’aktar dettall, għandhom jiġu indirizzati l-kummenti ġenerali ppreżentati minn Ryanair, imbagħad mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(262) |
L-ewwel, kif indikat fil-premessa (173), Ryanair issostni li l-Kummissjoni bbażat ruħha esklużivament fuq elementi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja fid-deċiżjoni tal-ftuħ biex tivvaluta l-konformità tal-Miżura mal-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju, minflok ma wettqet il-valutazzjoni awtonoma tagħha stess. Il-Kummissjoni tfakkar f’dak ir-rigward li d-Danimarka u l-Iżvezja kienu ppreżentaw in-notifika konġunta tagħhom tal-Miżura fil-11 ta’ Awwissu 2020, u li n-notifika kien fiha l-motivi li skonthom id-Danimarka u l-Iżvezja qiesu l-Miżura bħala konformi mal-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju. Il-Kummissjoni ppreżentat u vvalutat dawk l-elementi fid-deċiżjoni tal-ftuħ u sabet fuq bażi preliminari li ma qajmu l-ebda dubju. Il-punt kruċjali ma huwiex jekk il-Kummissjoni tistrieħx fuq informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri, iżda jekk dik l-informazzjoni hijiex preċiża, suffiċjenti u sostnuta minn evidenza, u jekk ġietx ivvalutata b’mod adegwat mill-Kummissjoni. F’dan il-każ, xejn mill-informazzjoni pprovduta minn dawn l-Istati Membri ma dehret li tqajjem dubji dwar l-eżattezza, is-suffiċjenza jew il-validità tagħha. Barra minn hekk, l-għan tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali huwa li l-partijiet interessati jingħataw il-possibbiltà li jipprovdu l-kummenti tagħhom bil-ħsieb li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni sħiħa tal-fatti u l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. Madankollu, kif innotat b’mod korrett mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi (il-premessa (215)), l-ebda parti interessata, inkluża Ryanair, ma kkontestat il-veraċità tal-fatti ppreżentati fid-deċiżjoni tal-ftuħ, iżda biss ir-rilevanza u l-interpretazzjoni tagħhom għall-fini tal-valutazzjoni ta’ jekk huwiex fl-interess komuni li jsir intervent favur SAS. |
|
(263) |
It-tieni, fir-rigward tar-rilevanza tad-data relatata mal-kontribuzzjoni tas-settur tal-avjazzjoni għall-ekonomija Daniża u Żvediża (il-premessa (175)), dik id-data hija rilevanti biex jiġi eżaminat jekk huwiex fl-interess komuni li jsir intervent favur il-benefiċjarju, skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju. |
|
(264) |
Fl-aħħar nett, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Ryanair fil-premessa (179), il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju jirrikjedi li l-Istati Membri juru, u li l-Kummissjoni tivvaluta, li huwa fl-interess komuni li tintervjeni skont mill-inqas waħda mill-ġustifikazzjonijiet ipprovduti taħt dik id-dispożizzjoni. Għalhekk, ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dak l-interess komuni, ma hijiex meħtieġa, kif issuġġerit minn Ryanair, li tivvaluta jekk il-benefiċjarju jistax ikompli jnaqqas jew irażżan l-attivitajiet mhux essenzjali mingħajr ma jipperikola l-insegwiment tal-interess komuni identifikat. |
|
(265) |
Fir-rigward tal-kumment tal-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi fil-premessa (218), li skontu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar dak li l-Istati Membri jqisu bħala l-interess komuni li jintervjenu hija limitata għall-kontroll tal-iżball manifest ta’ valutazzjoni, dak il-kumment għandu jiġi miċħud. Skont ġurisprudenza stabbilita, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, li l-eżerċizzju tagħha jinvolvi valutazzjonijiet ta’ natura ekonomika u soċjali li għandhom isiru f’kuntest tal-Unjoni (147). Għalhekk, il-kontroll tal-Kummissjoni skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju ma huwiex limitat għal kontroll tal-iżball manifest ta’ valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru. |
|
(266) |
Huwa fid-dawl ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet preliminari li l-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-Miżura tikkonformax mal-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju, filwaqt li tqis is-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati u tad-Danimarka u tal-Iżvezja fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. |
Riskju ta’ tfixkil għal servizz importanti
|
(267) |
L-ewwel , kif indikat fil-premessi (68) u (71), SAS topera network domestiku u internazzjonali importanti li jiżgura l-konnettività fid-Danimarka u fl-Iżvezja u barra minnhom. Fiż-żewġ Stati Membri, SAS operat konnessjonijiet domestiċi numerużi qabel il-pandemija tal-COVID-19 regolarment (148) matul is-sena kollha lejn ir-reġjuni differenti ta’ dawk l-Istati Membri (149). SAS kienet tirrappreżenta 40 % tal-passiġġieri domestiċi ttrasportati fid-Danimarka fl-2019, u 50 % fl-Iżvezja, bħala l-akbar trasportatur tal-ajru fid-Danimarka u fl-Iżvezja. Barra minn hekk, permezz taċ-ċentri tagħha f’Copenhagen u Stokkolma, SAS għaqqdet lill-passiġġieri domestiċi ma’ titjiriet internazzjonali, billi offriet servizzi tal-ajru lejn u miċ-ċentri kummerċjali ewlenin tal-Unjoni u internazzjonali. SAS kienet tirrappreżenta 30 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri internazzjonali ttrasportati lejn u mid-Danimarka, u 25 % lejn u mill-Iżvezja. Dawk is-servizzi tal-ajru huma aktar u aktar meħtieġa għall-Iżvezja minħabba l-pożizzjoni ġeografika relattivament remota tagħha fl-Unjoni u l-wisa’ tat-territorju tagħha (u li għalihom modi alternattivi ta’ trasport ma humiex effiċjenti jew xierqa daqs it-trasport bl-ajru), u għad-Danimarka minħabba b’mod partikolari l-gżejjer tagħha (pereżempju l-Gżejjer Faeroe u Bornholm). B’kollox, SAS offriet aktar minn 100 rotta lejn, minn u fid-Danimarka u aktar minn 150 rotta lejn, minn u fl-Iżvezja. |
|
(268) |
It-tieni , SAS ipprovdiet servizzi essenzjali tal-merkanzija u tal-passiġġieri matul il-pandemija tal-COVID-19 (qabel l-għoti tal-Miżura), billi operat titjiriet ta’ ripatrijazzjoni speċjali (il-premessa (51)), ittrasportat tagħmir mediku u prodotti farmaċewtiċi lejn id-Danimarka u l-Iżvezja u kkontribwiet għall-iżgurar tal-kontinwità tal-katina tal-produzzjoni għan-negozji Żvediżi u Daniżi (il-premessa (73)). Barra minn hekk, SAS żammet konnessjonijiet domestiċi u internazzjonali matul il-pandemija, u ppermettiet li jsir vjaġġar essenzjali (il-premessi (68) u (71)). L-ebda linja tal-ajru oħra ma pprovdiet servizzi simili f’dawk il-pajjiżi, li kienu partikolarment essenzjali f’kuntest fejn l-Iżvezja u d-Danimarka kienu qed ifittxu li jillimitaw l-effetti tat-tixrid tal-pandemija. Għalhekk, il-ħruġ ta’ SAS mis-suq seta’ kkawża, f’dak iż-żmien, u fid-dawl tal-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, tfixkil għal servizz importanti. Dan kien speċjalment il-każ peress li t-tieni mewġa tal-COVID-19 kienet diġà faqqgħet fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura (il-premessi (22) u (23)), u b’hekk potenzjalment kienet teħtieġ il-mobilizzazzjoni mill-ġdid tas-servizzi tal-ajru ta’ SAS biex tinġieb merkanzija essenzjali lejn l-Iżvezja u d-Danimarka jew biex jiġu ripatrijati r-residenti Daniżi u Żvediżi. |
|
(269) |
Fuq il-bażi ta’ dawk l-elementi, il-Kummissjoni tosserva li SAS kienet qed tipprovdi servizzi importanti tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bl-ajru minn, lejn u fid-Danimarka u l-Iżvezja, inkluż matul il-pandemija tal-COVID-19. Falliment ta’ SAS, jew id-diffikultajiet serji tagħha biex iżżomm in-negozju tagħha, evidentement kienu jwasslu għal riskju li d-Danimarka u l-Iżvezja jiġu mċaħħda, immedjatament, minn servizzi tal-ajru importanti għall-ekonomija tagħhom. |
|
(270) |
Ryanair tafferma li, skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni trid turi li l-attivitajiet kollha tal-benefiċjarju huma insostitwibbli jew, alternattivament, trid tidentifika s-sehem tal-attivitajiet tiegħu li ma jistax jiġi sostitwit (il-premessa (177)). Il-Kummissjoni tqis li tali rekwiżit ma jirriżultax mill-kliem jew mill-objettiv tal-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju. Il-punt 49(b) jipprevedi li l-interess komuni għal intervent jista’ jintwera permezz ta’ “ riskju ta’ tfixkil għal servizz importanti”. F’dak ir-rigward, kif indikat b’mod korrett mid-Danimarka u mill-Iżvezja fil-premessa (216), huwa biżżejjed li jintwera li s-servizz importanti inkwistjoni jista’ ma jiġix replikat bl-istess mod jew b’mod simili minn impriżi oħra, peress li, mid-definizzjoni, tali sejba tikkaratterizza l-eżistenza ta’ riskju ta’ tfixkil ta’ servizzi importanti. |
|
(271) |
Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk linji tal-ajru oħra setgħux jissostitwixxu s-servizzi importanti ta’ SAS sabiex jikkumpensaw, fi żmien qasir, l-effetti tat-tfixkil ta’ dawn is-servizzi fid-Danimarka u fl-Iżvezja, il-Kummissjoni tanalizza aktar ’il quddiem, għall-finijiet ta’ kompletezza, il-kapaċità u l-offerta użati mill-kompetituri kemm fil-livell domestiku kif ukoll f’dak internazzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li s-sottomissjonijiet ipprovduti minn Ryanair jikkontestaw biss l-importanza tas-servizzi kummerċjali tal-passiġġieri tal-ajru pprovduti minn SAS, li huwa biss fattur wieħed ikkunsidrat mill-Kummissjoni fost l-oħrajn. Fl-osservazzjonijiet tagħha Ryanair ma tikkontestax l-importanza tas-servizzi ta’ merkanzija u ta’ ripatrijazzjoni li SAS wettqet matul il-pandemija tal-COVID-19 għad-Danimarka u għall-Iżvezja (premessa (269)). |
Id-Danimarka
|
(272) |
Il-Kummissjoni tosserva li, għas-servizzi domestiċi, fuq il-bażi tal-elementi pprovduti mid-Danimarka deskritti fil-premessa (68), kienu biss Norwegian Air Shuttle (150) (b’rotta domestika waħda) u Danish Air Transport (151) li ipprovdew ammont sinifikanti ta’ servizzi tal-ajru domestiċi fl-2019 (152). Bejn Jannar u Settembru 2020, matul il-pandemija tal-COVID-19, Norwegian Air Shuttle naqqset is-servizzi tal-ajru domestiċi tagħha fid-Danimarka bis-sehem mis-suq tagħha jonqos minn 29 % għal 24 %, filwaqt li dak ta’ Danish Air Transport żdied minn 22,5 % għal 28,5 %. SAS baqgħet l-akbar linja tal-ajru fil-livell domestiku bi kważi 40 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi ttrasportati. |
|
(273) |
Fir-rigward tas-servizzi internazzjonali lejn u mid-Danimarka, Norwegian Air Shuttle u Ryanair (153) kienu, wara SAS, il-linji tal-ajru ewlenin f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati lejn u mid-Danimarka, bi 15 % u 9 % rispettivament tal-għadd totali ta’ passiġġieri internazzjonali ttrasportati fl-2019. Il-Kummissjoni tinnota li kemm Norwegian Air Shuttle kif ukoll Ryanair kellhom sehem kbir ta’ rotot staġjonali minn u lejn id-Danimarka (54 rotta minn 85 għal Norwegian Air Shuttle u 25 rotta minn 48 rotta għal Ryanair) meta mqabbla ma’ SAS (36 rotta minn aktar minn 100 rotta). Bejn Jannar u Settembru 2020, Norwegian Air Shuttle rreġistrat ukoll tnaqqis fis-sehem tal-passiġġieri ttrasportati (minn 15 % għal 11 %); il-linji tal-ajru l-oħra kollha żammew bejn wieħed u ieħor l-ishma mis-suq tagħhom (ta’ Ryanair żdiedu bi ftit b’1 % filwaqt li dawk ta’ easyJet (154) naqsu ftit). Mis-sottomissjoni ta’ Ryanair jirriżulta wkoll li Norwegian Air Shuttle sabet ruħha f’diffikultajiet finanzjarji serji fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 (155). Dan il-fatt huwa kkorroborat ukoll mid-dokumenti interni (156) u mill-istqarrijiet għall-istampa ta’ SAS (157). |
|
(274) |
Fid-dawl tal-elementi ta’ hawn fuq, jistgħu jinsiltu l-konklużjonijiet li ġejjin. L-ewwel, jidher li Norwegian Air Shuttle, il-kompetitriċi ewlenija ta’ SAS kemm fil-livell domestiku kif ukoll f’dak internazzjonali fid-Danimarka, kienet qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji serji, b’tali mod li ma kienx plawżibbli li wieħed jistenna li din il-kumpanija kienet se tkun kapaċi tieħu f’idejha s-servizzi kollha ta’ SAS jew parti sinifikanti minnhom lejn id-Danimarka, minnha u fid-Danimarka fuq terminu qasir. It-tieni, fir-rigward ta’ Danish Air Transport, il-Kummissjoni tinnota d-daqs limitat ta’ dik il-kumpanija, li kienet topera numru żgħir ta’ rotot (158) b’inqas minn 20 ajruplan (li huma ajruplani żgħar) (159), li wkoll jagħmilha improbabbli li hija setgħet tissostitwixxi anki parti mis-servizzi ta’ SAS fuq terminu qasir, b’network, kapaċità u frekwenza simili. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ Ryanair, huwa wkoll improbabbli li din il-kumpannija kienet se tieħu f’idejha s-servizzi ta’ SAS fuq perjodu qasir ta’ żmien. Ryanair ma kienet topera l-ebda traffiku domestiku fid-Danimarka, u t-traffiku internazzjonali tagħha kien limitat għal 23 rotta fis-sena kollha qabel il-pandemija tal-COVID-19, jiġifieri kważi tliet darbiet inqas minn SAS, filwaqt li l-għadd totali ta’ rotot ta’ Ryanair lejn u mid-Danimarka kien nofs dak ta’ SAS. Għalhekk, huwa raġonevoli li jitqies li dik il-linja tal-ajru ma kinitx se tissostitwixxi s-servizzi ta’ SAS fuq terminu qasir, fid-dawl ukoll tal-kuntest tas-settur tal-avjazzjoni wara l-pandemija tal-COVID-19 u t-tieni mewġa ta’ dik il-pandemija li kienet feġġet fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura (il-premessi (22) sa (24) u (31)). Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li Ryanair ma pprovdiet l-ebda pjan għall-espansjoni li jikkonċerna l-operazzjonijiet tagħha fid-Danimarka fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. |
|
(275) |
Id-data pprovduta minn Ryanair fl-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru (il-premessa (169)) ma tippermettix li jiġi konkluż mod ieħor. Dan l-istudju jippreżenta, essenzjalment, l-evoluzzjoni tat-traffiku tal-ajru lejn id-Danimarka, minnha u fiha bejn l-2014 u l-2019, f’termini ta’ postijiet offruti u ta’ numru ta’ rotot proposti mil-linji tal-ajru. L-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru jikkonkludi li t-trasportaturi bi prezzijiet baxxi espandew ħafna aktar malajr bejn l-2014 u l-2019 (żieda ta’ 66 % tat-tkabbir ta’ postijiet offruti u żieda ta’ 62 rotta) minn “linji tal-ajru domiċiljati fid-Danimarka” bħal SAS, li allegatament ikkontribwew biss għal 3 % tat-tkabbir tal-kapaċità ta’ postijiet u żiedu biss 14-il rotta. |
|
(276) |
Madankollu, l-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru huwa inkomplut f’diversi aspetti. |
|
(277) |
L-ewwel, huwa jiddeskrivi biss l-evoluzzjoni tat-traffiku tal-ajru lejn, minn u fid-Danimarka bejn l-2014 u l-2019, iżda ma jipprovdi l-ebda indikazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq it-traffiku tal-ajru lejn, minn u fid-Danimarka, li huwa element ewlieni għall-evalwazzjoni skont il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju f’dan il-każ. Il-fatt li t-trasportaturi bi prezzijiet baxxi żiedu l-preżenza tagħhom matul il-perjodu ta’ 5 snin ikkontemplat mill-analiżi ma jikkostitwixxix evidenza li tali żieda kienet tkompli wara l-pandemija tal-COVID-19 li affettwat is-settur tal-avjazzjoni kollu kemm hu. Għall-kuntrarju, id-data pprovduta mid-Danimarka turi li bejn Jannar u Settembru 2020, it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi bħal Norwegian Air Shuttle u easyJet naqqsu l-ishma tagħhom ta’ passiġġieri ttrasportati lejn u mid-Danimarka, filwaqt li Ryanair żiedet is-sehem tagħha biss ftit. |
|
(278) |
It-tieni, għalkemm it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi żiedu l-offerta tagħhom għal servizzi tal-ajru internazzjonali minn u lejn id-Danimarka bejn l-2014 u l-2019, dan ma kienx il-każ għat-traffiku domestiku: it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi operaw biss żewġ rotot domestiċi, mingħajr l-ebda żieda bejn l-2014 u l-2019, u l-kapaċità f’termini ta’ postijiet offruti fuq dawk ir-rotot domestiċi naqset matul dak il-perjodu ta’ 5 snin. |
|
(279) |
It-tielet, l-istudju ma jipprovdi l-ebda indikazzjoni dwar ir-regolarità u l-frekwenza tal-offerta pprovduta mid-diversi linji tal-ajru analizzati, u lanqas dwar in-network u d-destinazzjonijiet li pproponew. Dan jagħti biss indikazzjoni dwar l-għadd ta’ postijiet offruti u l-għadd ta’ rotot operati mil-linji tal-ajru. Madankollu, id-data pprovduta mill-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji turi li, jekk trasportaturi bi prezzijiet baxxi bħal Norwegian Air Shuttle u Ryanair operaw għadd sostanzjali ta’ rotot lejn u mid-Danimarka fl-2019, aktar minn nofshom kienu rotot staġjonali (il-premessa (275)), u b’hekk ma kinux operati bi frekwenzi regolari matul is-sena. |
|
(280) |
Ir-raba’, l-istudju jiddistingwi bejn SAS u t-“trasportaturi bi prezzijiet baxxi” meta janalizza t-tkabbir tad-Danimarka bejn l-2014 u t-2019 f’termini ta’ rotot u postijiet offruti. Madankollu, ma jipprovdix informazzjoni speċifika għal kull wieħed mit-“trasportaturi bi prezzijiet baxxi” analizzati. Kif jidher mill-premessa (68), hemm disparità kbira bejn it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi, b’Norwegian Air Shuttle li operat, fl-2019, 85 rotta lejn, minn u fid-Danimarka, u easyJet li operat biss 16-il rotta lejn u mid-Danimarka. Bl-istess mod, kif indikat fl-Artiklu tal-Grupp ta’ Riflessjoni pprovdut minn Ryanair, it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi ma kinux kollha fl-istess sitwazzjoni finanzjarja fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura: pereżempju, Norwegian Air Shuttle kienet esperjenzat diffikultajiet finanzjarji serji meta mqabbla ma’ Ryanair. |
|
(281) |
Fl-aħħar nett, għalkemm l-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru sab li “SAS, bħala t-trasportatur primarju, ma hijiex il-mezz tat-tkabbir” għat-traffiku tal-ajru bejn l-2014 u l-2019, xorta jibqa’ l-fatt li, kif juri dan l-istudju, fl-2019 SAS operat 95 rotta minn, lejn u fid-Danimarka, b’7,1 miljun post offrut (160). B’paragun ma’ dan, il-grupp ta’ trasportaturi bi prezzijiet baxxi (161) opera 171 rotta minn, lejn u fid-Danimarka, b’7,1 miljun post offrut. Fi kliem ieħor, SAS kellha kapaċità ta’ postijiet fl-2019 lejn, minn u fid-Danimarka li kienet ugwali għal dik tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi kollha flimkien, u offriet għadd ta’ rotot li kienu jikkorrispondu għal aktar minn nofs l-għadd totali ta’ rotot operati mit-trasportaturi bi prezzijiet baxxi kollha flimkien. Din il-konstatazzjoni ssaħħaħ il-konklużjoni li kien ikun diffiċli għat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi, kuntrarjament għal dak li ssostni Ryanair, li jissostitwixxu l-operazzjonijiet ta’ SAS fuq terminu qasir, f’kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li affettwat serjament is-settur tal-avjazzjoni. |
L-Iżvezja
|
(282) |
Il-Kummissjoni tosserva li, fuq il-bażi tal-elementi pprovduti mill-Iżvezja u deskritti fil-premessi (70) sa (71), Braathens Regional u Norwegian Shuttle Air kienu fil-livell domestiku l-linji tal-ajru li pprovdew ammont sinifikanti ta’ servizzi minbarra SAS, bi 30 % u 18 % rispettivament tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi ttrasportati. Braathens Regional hija linja tal-ajru reġjonali (162) li topera traffiku fil-biċċa l-kbira domestiku fl-Iżvezja, bi flotta żgħira (bejn 10 u 15-il inġenju tal-ajru) (163) magħmula minn inġenji tal-ajru żgħar (164). Bejn Jannar u Settembru 2020, il-Kummissjoni tinnota li fil-livell domestiku, is-sehem ta’ Braathens Regional ta’ passiġġieri ttrasportati naqas minn 30 % għal 20 %. F’dan ir-rigward, ta’ min isemmi li Braathens Regional bdiet proċedimenti ta’ falliment minn April 2020, u waqqfet it-traffiku kollu tagħha sa wara s-sajf tal-2020 (165). Kif indikat fil-premessa (274), is-sehem ta’ Norwegian Air Shuttle ta’ passiġġieri ttrasportati naqas ukoll minn 18 % għal 14 %. |
|
(283) |
Fir-rigward tas-servizzi internazzjonali lejn u mill-Iżvezja, minbarra SAS, Norwegian Air Shuttle kienet tirrappreżenta 18 % tal-passiġġieri internazzjonali kollha (aktar minn 5 miljun passiġġier) ittrasportati fl-2019, segwita minn Ryanair bi 8 % (aktar minn 2 miljun passiġġier), u Wizz Air u Lufthansa b’madwar 5 % (aktar minn 1 miljun). Wizz Air hija trasportatur bi prezzijiet baxxi ta’ daqs bejn wieħed u ieħor komparabbli ma’ dak ta’ SAS, filwaqt li Lufthansa hija waħda mill-akbar linji tal-ajru fl-Ewropa. Bejn Jannar u Settembru 2020, matul il-pandemija tal-COVID-19, ta’ min jinnota li l-kompetitriċi ewlenija ta’ SAS, Norwegian Air Shuttle, naqqset b’mod sinifikanti s-sehem tagħha ta’ passiġġieri internazzjonali minn 18 % għal 13 %, filwaqt li dak ta’ Ryanair baqa’ stabbli. |
|
(284) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi, jistgħu jinsiltu l-konklużjonijiet li ġejjin. L-ewwel, jidher li Norwegian Air Shuttle, il-kompetitriċi ewlenija ta’ SAS kemm fil-livell domestiku kif ukoll f’dak internazzjonali fl-Iżvezja, kienet qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji serji, li jagħmilha implawżibbli li din il-kumpanija kienet tkun kapaċi tieħu f’idejha s-servizzi kollha ta’ SAS jew parti minnhom lejn, minn u fl-Iżvezja fuq terminu qasir. It-tieni, fir-rigward ta’ Braathens Regional, il-Kummissjoni tinnota d-daqs limitat ta’ dik il-kumpanija, li kienet topera bi flotta ħafna iżgħar minn SAS, u li, bħal Norwegian Air Shuttle, iffaċċjat diffikultajiet serji biex iżżomm l-attivitajiet tagħha. F’dan il-kuntest, kien implawżibbli li din il-kumpannija setgħet tissostitwixxi anki parti mis-servizzi ta’ SAS fuq perjodu ta’ żmien qasir fuq livell domestiku. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ Ryanair, huwa wkoll improbabbli li din il-kumpannija kienet se tieħu f’idejha s-servizzi ta’ SAS fuq perjodu qasir ta’ żmien. Ryanair ma operat l-ebda traffiku domestiku fl-Iżvezja, filwaqt li n-network tagħha lejn u mill-Iżvezja kien jikkonsisti f’44 rotta bejn Jannar u Settembru 2020, imqabbel ma’ 85 għal SAS (166), jiġifieri madwar nofs. Għalhekk, huwa raġonevoli li jitqies li dik il-linja tal-ajru ma kinitx tissostitwixxi s-servizzi ta’ SAS fuq terminu qasir, fid-dawl ukoll tal-kuntest tas-settur tal-avjazzjoni wara l-pandemija tal-COVID-19 u t-tieni mewġa tal-pandemija li feġġet fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. Il-Kummissjoni tinnota f’dan ir-rigward li Ryanair ma pprovdiet l-ebda pjan għall-espansjoni li jikkonċerna l-operazzjonijiet tagħha fl-Iżvezja fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. |
|
(285) |
Għall-istess raġunijiet stabbiliti fil-premessi (278) sa (281), id-data pprovduta minn Ryanair fl-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru ma tippermettix li jiġi konkluż mod ieħor. Għalkemm dan l-istudju kkonstata li “SAS, bħala t-trasportatur primarju, ma hijiex il-mezz tat-tkabbir” għat-traffiku tal-ajru bejn l-2014 u t-2019 fl-Iżvezja, xorta jibqa’ l-fatt li, kif juri l-istudju nnifsu, fl-2019 SAS operat 107 rotta minn, lejn u fl-Iżvezja, b’10 miljun post offrut (167). B’paragun ma’ dan, il-grupp ta’ trasportaturi bi prezzijiet baxxi (168) kien jopera 227 rotta minn, lejn u fl-Iżvezja, bi 8,2 miljun post offrut. Fi kliem ieħor, fl-2019 SAS kellha kapaċità ta’ postijiet ogħla minn dik tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi kollha flimkien, u numru ta’ rotot offruti li kienu jikkorrispondu għal kważi nofs in-numru totali ta’ rotot operati mit-trasportaturi bi prezzijiet baxxi kollha flimkien. Dik is-sejba ssaħħaħ il-konklużjoni li jkun diffiċli għat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi li jissostitwixxu l-operazzjonijiet ta’ SAS fuq terminu qasir, f’kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li taffettwa b’mod sever is-settur tal-avjazzjoni. |
Konklużjoni
|
(286) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ħruġ ta’ SAS kien se jikkawża tfixkil fis-servizzi tal-ajru importanti għad-Danimarka u għall-Iżvezja, kemm għall-konnessjonijiet domestiċi kif ukoll għal dawk internazzjonali ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri, peress li huwa improbabbli li kwalunkwe linja tal-ajru, inklużi l-kompetituri ewlenin ta’ SAS, kienet tkun kapaċi tieħu f’idejha u żżomm l-operazzjonijiet ta’ SAS fuq network, kapaċità u frekwenza simili, jew saħansitra parti sinifikanti minnhom, fuq terminu qasir (jekk mhux aktar fit-tul), f’kuntest li fih is-settur tal-avjazzjoni kollu kien affettwat serjament mill-pandemija tal-COVID-19. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Danimarka u l-Iżvezja (il-premessa (216)) ma setgħux ikunu ċerti, fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna, li l-livell ta’ konnettività pprovdut minn SAS kien se jinżamm minn kompetituri oħra. |
|
(287) |
Barra minn hekk, kif indikat mill-awtoritajiet Żvediżi fil-premessa (217), kien hemm riskju ċar għad-Danimarka u għall-Iżvezja li jitilfu servizz ibbażat fuq mudell hub-and-spoke, fejn SAS ippermettiet lill-passiġġieri domestiċi jikkonnettjaw bla xkiel ma’ titjiriet internazzjonali, u b’hekk tiġi żgurata kemm il-konnettività domestika kif ukoll dik internazzjonali tad-Danimarka u tal-Iżvezja ma’ ċentri kummerċjali ewlenin fl-Unjoni u lil hinn minnha. Dan is-servizz ma kien ipprovdut minn ebda wieħed mill-kompetituri prinċipali ta’ SAS, la qabel u lanqas wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
(288) |
Dawk il-konklużjonijiet ma humiex ikkontestati mill-affermazzjoni ġenerali ta’ Ryanair fil-premessa (177), fuq il-bażi tan-nota tal-Kummissjoni tal-2014 dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni, li skontha l-linji tal-ajru li fallew fil-passat ġeneralment jiġu sostitwiti b’linji tal-ajru aktar effiċjenti bħal linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi, kif muri mill-allegati preċedenti ta’ Sabena, Malev u Spanair. L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li dan l-artikolu jipprovdi espliċitament għal dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li tindika mingħajr ambigwità li hija ma esprimietx dikjarazzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li dan l-artikolu, miktub fl-2014, ma kienx jirrigwarda s-sitwazzjoni ta’ falliment potenzjali ta’ linja tal-ajru f’kuntest ta’ pandemija li taffettwa b’mod sever is-settur kollu, bħal dak tal-pandemija tal-COVID-19. Bl-istess mod, fir-rigward tal-preċedenti ta’ Malev u ta’ Spanair (169) iċċitati minn Ryanair, il-Kummissjoni tqis li dawn jikkorrispondu għal sitwazzjonijiet li kollha seħħew f’kuntest differenti u fi żmien differenti, fi Stati Membri b’sitwazzjoni ġeografika u tas-suq differenti u kollha fir-rigward ta’ kumpaniji differenti. Huma ma jinformawx lill-Kummissjoni dwar jekk, f’dan il-każ, kienx hemm riskju ta’ tfixkil tas-servizzi tal-ajru importanti pprovduti minn SAS għall-Iżvezja u għad-Danimarka f’kuntest ta’ kriżi serja tas-saħħa li taffettwa s-settur kollu tal-avjazzjoni. |
|
(289) |
Barra minn hekk, l-affermazzjoni ta’ Ryanair li l-Kummissjoni tikkontradixxi lilha nnifisha billi tikkonkludi minn naħa li l-operazzjonijiet ta’ SAS ma setgħux jiġu sostitwiti filwaqt li min-naħa l-oħra, li SAS ma għandhiex saħħa fis-suq, hija wkoll mingħajr mertu. Ryanair tqabbel it-tfixkil ta’ servizzi importanti maż-żamma ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Madankollu, impriża tista’ twettaq servizzi importanti mill-perspettiva tal-Istat Membru, mingħajr ma neċessarjament tgawdi saħħa sinifikanti fis-suq. |
L-evitar tat-tbatija soċjali u l-falliment tas-suq minħabba telf sinifikanti ta’ impjiegi
|
(290) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li SAS hija impjegatur dirett u indirett importanti fid-Danimarka u fl-Iżvezja. L-ewwel, SAS kienet għadha timpjega direttament qrib is-6 000 ħaddiem (il-premessa (74)), iffokat is-servizzi tat-trasport bl-ajru tagħha fuq l-ivvjaġġar fuq xogħol (aktar minn 50 % tal-passiġġieri tagħha mill-2015) u nefqet madwar SEK 4 biljun fl-2019 fi spejjeż tal-fornituri, u b’hekk ikkontribwiet ukoll indirettament għall-PDG Żvediż u Daniż (il-premessa (75)). F’dak ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja kkalkolaw permezz ta’ studji li SAS ikkontribwiet direttament u indirettament għall-PDG Daniż u Żvediż b’diversi biljuni fis-sena (il-premessa (75)). |
|
(291) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ħruġ ta’ SAS mis-suq seta’ kkawża tbatija soċjali serja permezz tal-effetti diretti u indiretti li jirriżultaw mit-telf ta’ impjiegi li l-falliment/inadempjenza ta’ SAS jirriskja li jiskatta. L-intervent Daniż u Żvediż kien għalhekk iġġustifikat biex jiġu evitati tbatija soċjali u fallimenti tas-suq li jirriżultaw minn dak it-telf sinifikanti ta’ impjiegi. |
|
(292) |
Għall-kuntrarju tal-argument ta’ Ryanair stabbilit fil-premessa (176), il-kontribuzzjoni ta’ SAS għall-impjiegi fl-ekonomija Daniża u Żvediża hija sostanzjali fiha nnifisha, fid-dawl tan-numru ta’ impjegati li SAS kellha, iżda wkoll l-impjiegi indiretti li ħolqot, mingħajr ma jkun meħtieġ li dik il-kontribuzzjoni titqabbel mal-bqija tas-settur tal-avjazzjoni. Bl-istess mod, il-fatt li l-kontribuzzjoni ta’ SAS għall-impjiegi Daniżi u Żvediżi tista’ tkun inqas wara l-pandemija, minħabba l-isfidi finanzjarji ta’ SAS, huwa irrilevanti. Tabilħaqq, l-iskop għad-Danimarka u għall-Iżvezja huwa wkoll li jevitaw fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna aktar tbatija soċjali u falliment tas-suq li jirriżultaw mit-telf sinifikanti ta’ impjiegi diretti u indiretti kkawżat mill-ħruġ potenzjali ta’ SAS mis-suq. Konsegwentement, l-għajnuna għandha wkoll l-għan li tevita aggravament tat-tfixkil serju kkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 li diġà qiegħed jaffettwa l-ekonomija Daniża u Żvediża. |
Konklużjoni
|
(293) |
Fid-dawl ta’ dawk l-elementi kollha, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fid-dawl tar-riskju ta’ tfixkil f’diversi servizzi importanti mwettqa minn SAS (servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, servizzi ta’ ripatrijazzjoni, servizzi ta’ merkanzija għal tagħmir mediku, eċċ.) li fin-nuqqas tagħhom x’aktarx ma jiġux replikati minn linji tal-ajru oħra b’mod simili (jew xejn), u sabiex jiġu evitati aktar tbatija soċjali u falliment tas-suq minħabba telf sinifikanti ta’ impjiegi, id-Danimarka u l-Iżvezja wrew l-interess komuni li jintervjenu favur SAS. |
|
(294) |
Il-punt 49(b) tal-Qafas Temporanju huwa għalhekk rispettat. |
6.3.1.3.
|
(295) |
Skont il-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju, l-Istati Membri jridu juru li “il-benefiċjarju ma jkunx jista jsib finanzjament fis-swieq b’termini affordabbli u l-miżuri orizzontali li jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu”. |
|
(296) |
Bħala rimarka preliminari, il-Kummissjoni tinnota li, kif spjegat fit-Taqsima 2.1.3, il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħuda u l-għajnuna mill-Istat riċevuta minn SAS ma kinux biżżejjed biex jirrimedjaw il-ħtiġijiet finanzjarji tagħha għall-ekwità u l-likwidità li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment relatati. SAS għadha mistennija li tilħaq pożizzjoni ta’ ekwità negattiva ta’ SEK 9,4 biljun u li tispiċċa mingħajr likwidità sa Diċembru 2020. Dik il-pożizzjoni ta’ ekwità negattiva mhux biss affettwat il-likwidità ta’ SAS, iżda heddet ukoll is-solvenza u l-vijabbiltà tagħha fuq terminu qasir. Sabiex tindirizza l-kwistjoni ta’ solvenza tagħha, SAS kellha bżonn tirrestawra b’mod urġenti l-karta bilanċjali tagħha b’ekwità ġdida biex tevita li toħroġ mis-suq (it-Taqsima 6.3.1.1). Għalhekk, tali restawr ma setax jinkiseb billi jittieħed aktar dejn, peress li dan kien ikun ineffettiv biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. |
|
(297) |
Qabel il-pandemija tal-COVID-19 u kif spjegat fil-premessa (151), is-sorsi ta’ finanzjament għal SAS kienu jikkonsistu prinċipalment minn:
|
|
(298) |
Madankollu, huwa ċar mill-fatti pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja kif deskritti fit-Taqsima 2.1.5 u mis-sottomissjoni ta’ SAS miġbura fil-qosor fit-Taqsima 4.1.2, li minkejja l-miżuri ta’ mitigazzjoni li ħadet SAS u l-għajnuna mill-Istat li rċeviet qabel, is-sitwazzjoni finanzjarja indebolita ta’ SAS minn Marzu 2020 żiedet il-ħtiġijiet ta’ kapital u ta’ likwidità tagħha b’tali mod li ma setgħux jiġu koperti minn finanzjament fis-suq b’termini affordabbli, u lanqas taħt miżuri orizzontali eżistenti fid-Danimarka u fl-Iżvezja. |
|
(299) |
L-ewwel, SAS ma setgħetx taċċessa finanzjament fil-forma ta’ dejn mhux garantit u strumenti ibridi b’termini affordabbli. |
|
(300) |
B’mod partikolari, l-evidenza tissuġġerixxi li l-investituri privati kienu qed ifittxu li jnaqqsu l-iskopertura finanzjarja tagħhom għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. Il-Kummissjoni tinnota, f’dan ir-rigward, li punt ta’ tluq affidabbli għal din il-valutazzjoni huwa d-deterjorament tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ SAS, li l-investituri tipikament jiddependu fuqha biex ikejlu r-riskju involut fl-investiment. Ta’ min jinnota li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standard & Poor’s kienet ħarġet klassifikazzjoni B+ għal SAS fis-16 ta’ Jannar 2020, jiġifieri, qabel il-pandemija tal-COVID-19, iżda baxxiet il-grad tagħha għal CCC fl-10 ta’ Ġunju 2020 (il-premessa (154)) b’implikazzjonijiet negattivi għall-kapaċità ta’ SAS li tiffinanzja lilha nnifisha b’termini affordabbli fis-suq għal dejn mhux garantit u strumenti ibridi. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s wettqet tnaqqis simili, fid-dawl tal-perspettiva finanzjarja fqira ta’ SAS fin-nuqqas ta’ rikapitalizzazzjoni (il-premessa (79)). Id-deterjorament tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ SAS huwa evidenzjat aktar mill-fatt li l-bonds pendenti u l-istrumenti ibridi ta’ SAS kienu jiġu nnegozjati f’livelli f’diffikultà fis-swieq sekondarji f’Ġunju 2020 (il-premessa (155)). L-evoluzzjoni tal-ipprezzar ta’ dawk l-istrumenti bejn Diċembru 2019 u Ġunju 2020 tindika b’mod ċar ix-xewqa tal-investituri privati li jnaqqsu l-iskopertura finanzjarja tagħhom għal SAS. SAS ma setgħetx ukoll testendi l-programm ETMN tagħha li kien fis-seħħ qabel il-pandemija (171) (il-premessa (152)). Barra minn hekk, l-interess fost il-bażi tal-investituri għal dejn pendenti u strumenti ibridi biex jinvestu fi strumenti ġodda b’termini affordabbli x’aktarx li kien negliġibbli peress li dawk l-investituri ntalbu jikkonvertu l-istrumenti eżistenti tagħhom b’termini inqas preferenzjali bħala parti mir-rikapitalizzazzjoni (il-premessa (156)). |
|
(301) |
It-tieni, SAS ma setgħetx taċċessa l-finanzjament tas-suq b’termini affordabbli fil-forma ta’ dejn garantit bl-użu ta’ inġenji tal-ajru mhux aggravati jew tipi oħra ta’ assi. |
|
(302) |
Tabilħaqq, wara t-tifqigħa tal-COVID-19 f’Marzu 2020, SAS ippruvat tikkuntratta faċilità ta’ kreditu rotanti ma’ grupp ta’ banek li ma rnexxietx mingħajr appoġġ mill-Istat, peress li l-banek ma kinux lesti li jieħdu xi riskju mhux garantit (il-premessa (78)). Dan ċertament jindika li r-rieda f’dak iż-żmien li jiġi pprovdut self, anki garantit b’kollateral, lill-kumpaniji fis-settur tal-avjazzjoni kienet baxxa ħafna. Fl-aħħar mill-aħħar, SAS ikkuntrattat il-faċilità ta’ kreditu rotanti sostnuta għal 90 % mill-garanziji tal-Istat, iżda l-banek kienu jeħtieġu titoli għall-parti mhux garantita li jifdal tal-faċilità f’assi mhux aggravati proprjetà ta’ SAS. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-grupp ta’ banek kien jeħtieġ kollateralizzazzjoni sinifikanti meta mqabbel mal-iskopertura għar-riskju tagħhom stess (il-premessa (78)) (172). Barra minn hekk, kif muri minn SAS (il-premessa (158)), il-kumpanija ma setgħetx tiddependi fuq għadd suffiċjenti ta’ inġenji tal-ajru mhux aggravati biex tkopri kwalunkwe parti sinifikanti mil-likwidità jew mill-ħtiġijiet kapitali tagħha, peress li dan seta’ raġonevolment jinvolvi biss erba’ inġenji tal-ajru b’teknoloġija aktar ġdida. Barra minn hekk, it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-faċilità ta’ kreditu rotanti jipprovdu indikazzjoni ulterjuri li d-dejn garantit b’termini affordabbli x’aktarx ma kienx se jkun disponibbli għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura (il-premessa (158)) (173). Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe assi li jifdal li, fit-teorija, setgħu jintużaw bħala kollateral (bħall-programm Eurobonus) ma kinux iservu bħala soluzzjoni effettiva għall-kwistjonijiet ta’ likwidità u solvenza ta’ SAS, b’mod partikolari minħabba l-urġenza li tittieħed azzjoni fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura u r-restrizzjonijiet ta’ żmien marbuta mal-possibbiltà li jiġu ċeduti dawk l-assi (il-premessi (48) u (159)). |
|
(303) |
It-tielet, biex tindirizza l-kwistjoni tas-solvenza tagħha li tirriżulta minn pożizzjoni ta’ ekwità negattiva sinifikanti fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, SAS kellha bżonn tirrestawra b’mod urġenti l-karta bilanċjali tagħha b’ekwità ġdida biex tevita l-ħruġ tagħha mis-suq. Il-karta bilanċjali ta’ kumpanija ma tistax tiġi restawrata billi jittieħed aktar dejn, peress li dan kien ikun ineffettiv fil-kisba tar-riżultat mixtieq (il-premessa (297)) (174). F’dak il-kuntest, SAS kienet teħtieġ injezzjoni ta’ ekwità li tiġi jew minn azzjonisti eżistenti u/jew minn investituri ġodda biex tindirizza l-kwistjonijiet ta’ solvenza tagħha u gradwalment tirrestawra l-aċċess tagħha għas-swieq finanzjarji b’termini affordabbli. |
|
(304) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-Miżura kienet imfassla b’mod effettiv biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-investituri privati ħalli jkopru kemm jista’ jkun il-ħtiġijiet ta’ kapital u ta’ likwidità ta’ SAS. B’mod partikolari, SAS għamlet dan billi offriet kundizzjonijiet attraenti lill-investituri privati biex jipparteċipaw fl-emissjoni bi drittijiet u billi nnegozjat kondiviżjoni tal-piżijiet ma’ azzjonisti oħra minbarra d-Danimarka u l-Iżvezja (il-premessi (84), (85), (117) u (162)). |
|
(305) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda strument orizzontali ieħor disponibbli għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura ma kien ikun biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ SAS u jiżgura l-vijabbiltà tagħha (il-premessa (82)). |
|
(306) |
Is-sottomissjoni pprovduta minn Ryanair dwar dak il-punt (il-premessi (180) sa (184)) ma tbiddilx dawk is-sejbiet. |
|
(307) |
L-ewwel, fir-rigward tal-argument ta’ Ryanair li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata esklużivament fuq l-affermazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi (il-premessa (180)), il-Kummissjoni tirreferi għat-taqsima preċedenti ta’ din id-deċiżjoni (il-premessa (263)). |
|
(308) |
It-tieni, Ryanair tafferma li SAS setgħet tiġbor finanzjament ta’ ekwità minn investituri li ma humiex l-azzjonisti eżistenti tagħha permezz ta’ offerta pubblika, mingħajr l-involviment tal-Iżvezja u tad-Danimarka. Fuq il-bażi tal-evidenza inkluża fir-rapport Oxera, dan jindika li disa’ linji tal-ajru ġabru total ta’ EUR 6,2 biljun matul il-perjodu minn April sa Diċembru 2020 (il-premessa (182)) (175). Madankollu, is-sottomissjoni ta’ Ryanair ma toffri l-ebda evidenza konkreta ta’ finanzjament privat disponibbli għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. Il-fatt li għadd ta’ linji tal-ajru setgħu kisbu finanzjament ta’ ekwità mis-suq ma jfissirx neċessarjament li dawk il-kumpaniji kienu f’sitwazzjoni komparabbli ma’ SAS jew li kienu disponibbli (biżżejjed) għażliet simili għal SAS li jew setgħu (parzjalment) jissostitwixxu l-Miżura (176). |
|
(309) |
Fi kwalunkwe każ, huwa biżżejjed li jiġi nnotat li l-Miżura ppermettiet lil investituri oħra minbarra l-azzjonisti eliġibbli u eżistenti ta’ SAS jipparteċipaw fl-emissjoni bi drittijiet (il-premessa (104)). F’dan ir-rigward, mill-eżitu tal-emissjoni bi drittijiet, il-Kummissjoni tosserva li, għalkemm l-interess mill-investituri privati kien ogħla milli mistenni, ma kienx hemm biżżejjed kapital mill-investituri tas-suq biex ikopri t-tranżazzjoni kollha, peress li s-sottoskrizzjoni minn azzjonisti eżistenti u ġodda kienet tammonta għal madwar 90 % tal-ammont totali tal-ishma offruti fl-emissjoni bi drittijiet. Fuq dik il-bażi, l-impenji ta’ sottoskrizzjoni mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi kellhom jiġu eżerċitati biex tinkiseb iż-żieda fil-kapital meħtieġa. Dik is-sejba tikkonferma li, anki bil-garanzija offruta mid-Danimarka u mill-Iżvezja bl-impenji ta’ sottoskrizzjoni, ma kienx disponibbli finanzjament ta’ ekwità suffiċjenti minn investituri privati għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura (il-premessi (104) u (105)). |
|
(310) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-linji tal-ajru msemmija minn Ryanair kienu kisbu self preċedenti b’termini favorevoli biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħhom. Bħala tali, dak is-self seta’ kellu l-effett li jagħmel l-emissjoni bi drittijiet jew l-injezzjoni ta’ ekwità aktar attraenti għall-investituri privati. B’riżultat ta’ dan, dan is-self ma jipprovdix parametru referenzjarju affidabbli li jappoġġa l-argument ta’ Ryanair li linji tal-ajru oħra setgħu jiġbru finanzjament ta’ ekwità mingħand l-investituri matul il-pandemija tal-COVID-19, mingħajr ebda appoġġ pubbliku. |
|
(311) |
Biex juri dan il-punt, ir-rapport Oxera jindika li IAG ġabret aktar minn EUR 2 biljun f’emissjonijiet bi dritt sottoskritti fuq bażi pro rata mill-azzjonisti eżistenti. Madankollu, ta’ min isemmi li f’Mejju 2020 (qabel l-emissjoni bi drittijiet) Iberia u Vueling, żewġ sussidjarji ta’ IAG, kisbu total ta’ EUR 1 biljun f’self minn banek kummerċjali garantiti mill-Instituto de Crédito Official (177). L-istess jgħodd għal Ryanair (178) u easyJet (179), li t-tnejn li huma rċevew self ta’ GBP 600 miljun mill-Gvern tal-Ingilterra u mill-Bank of England taħt il-faċilità ta’ finanzjament korporattiv tal-COVID-19 tal-gvern (li ppermettiet lin-negozji tar-Renju Unit japplikaw għal self b’rati kummerċjali ta’ qabel il-COVID-19). Fl-aħħar nett, Allegiant Air, American Airlines, Hawaiian Airlines u Spirit Airlines ukoll irċevew appoġġ mill-gvern fil-forma ta’ għotjiet u self mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Gvern tal-Istati Uniti f’April 2020 (180). B’kuntrast ma’ dan, meta SAS irċeviet appoġġ qabel il-Miżura (it-Taqsima 2.1.3.2), dak l-appoġġ ingħata l-aktar permezz ta’ garanzija mill-Istat ta’ ammont aktar baxx minn dawk il-linji tal-ajru. Dik il-faċilità kellha tiġi kkanċellata immedjatament u mħallsa lura kompletament jekk SAS twettaq rikapitalizzazzjoni (il-premessa (81)). |
|
(312) |
It-tielet, Ryanair issostni li SAS setgħet ġabret finanzjament tad-dejn minn investituri tas-suq, fuq il-bażi tal-evidenza inkluża fir-rapport Oxera, li jindika li diversi linji tal-ajru bi klassifikazzjonijiet tal-kreditu komparabbli għal SAS setgħu jiġbru ammonti sinifikanti ta’ finanzjament tad-dejn fis-swieq fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 (181). B’mod partikolari, Ryanair targumenta li SAS setgħet tibbaża ruħha fuq il-55 inġenju tal-ajru mhux aggravat tagħha bħala kollateral biex tiġbor id-dejn garantit b’termini aktar affordabbli. |
|
(313) |
Kif indikat fil-premessa (309), Ryanair ma toffri l-ebda evidenza konkreta ta’ finanzjament privat disponibbli għal SAS fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. Il-fatt li diversi linji tal-ajru setgħu kisbu finanzjament tad-dejn mhux garantit jew garantit mis-swieq ma jfissirx neċessarjament li dawk il-kumpaniji kienu f’sitwazzjoni komparabbli ma’ SAS jew li kienu disponibbli (biżżejjed) għażliet simili għal SAS jew li setgħu jieħdu post ir-rikapitalizzazzjoni tal-Istat (182). |
|
(314) |
Kif spjegat ukoll fil-premessa (304), il-Kummissjoni ttenni li SAS kellha bżonn tirrestawra l-karta bilanċjali tagħha b’ekwità ġdida b’mod urġenti, bil-ħsieb li tindirizza l-kwistjoni tas-solvenza tagħha u tevita l-ħruġ tagħha mis-suq. Huwa biss billi tiġbor ekwità ġdida minn investituri eżistenti u/jew ġodda li SAS setgħet tibda tirrestawra l-karta bilanċjali tagħha, tindirizza l-kwistjonijiet ta’ solvenza tagħha bl-urġenza meħtieġa u gradwalment tirrestawra l-aċċess tagħha għall-finanzjament tas-suq b’termini affordabbli. |
|
(315) |
Barra minn hekk, l-eżempji tal-linji tal-ajru pprovduti minn Ryanair bi klassifikazzjoni tal-kreditu li tvarja minn Ba3 sa B1 ma joffru l-ebda bażi għal tqabbil simili, peress li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ SAS tnaqqset minn B+ għal CCC fl-10 ta’ Ġunju 2020 (ara l-premessa (300)). Għalhekk, it-tranżazzjonijiet elenkati mwettqa minn ċerti linji tal-ajru ma jipprovdux parametru referenzjarju affidabbli għall-argument ta’ Ryanair li juri li linji tal-ajru komparabbli setgħu jżidu l-finanzjament tad-dejn mill-investituri matul il-pandemija tal-COVID-19. |
|
(316) |
Barra minn hekk, SAS ma kellhiex 55 inġenju tal-ajru mhux aggravat (183) bħala kollateral biex tiġbor id-dejn garantit b’termini aktar affordabbli, għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet Ryanair. Kif spjegat fil-premessa (303), SAS ma setgħetx tiddependi fuq għadd suffiċjenti ta’ inġenji tal-ajru mhux aggravati biex tkopri xi parti sinifikanti tal-ħtiġijiet ta’ likwidità jew kapitali tagħha, peress li SAS setgħet raġonevolment tinvolvi biss 4 inġenji tal-ajru b’teknoloġija aktar ġdida. Barra minn hekk, it-termini u l-kundizzjonijiet relatati mal-faċilità ta’ kreditu rotanti, li l-garanzija tal-Istat għaliha ġiet approvata f’April 2020, jipprovdu indikazzjoni ulterjuri li d-dejn garantit b’termini affordabbli x’aktarx ma kienx se jkun disponibbli għal SAS fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni (il-premessa (303)). |
|
(317) |
Ir-raba’, Ryanair tikkritika lill-Kummissjoni talli ma kkunsidratx jekk SAS setgħetx twettaq tranżazzjonijiet oħra ma’ parteċipanti fis-suq privat, li allegatament kienu jikkontribwixxu għal-likwidità tagħha mingħajr ma jikber id-dejn tagħha, bħall-ħruġ ta’ strumenti ibridi jew il-bejgħ ta’ ajruplani ipotekati. |
|
(318) |
Fuq il-bażi tal-evidenza ppreżentata lilha, il-Kummissjoni tqis li kien improbabbli ħafna li SAS kienet se tkun tista’ taċċessa l-finanzjament fil-forma ta’ strumenti ibridi b’termini affordabbli (ara l-premessa (300)). Huwa rilevanti wkoll li jitqies li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ SAS tbaxxew f’Ġunju 2020 b’implikazzjonijiet negattivi għall-kapaċità tal-kumpanija li tiffinanzja lilha nnifisha b’termini affordabbli fis-suq għall-istrumenti ibridi. Dan huwa evidenzjat ukoll mill-fatt li l-istrumenti ibridi pendenti ta’ SAS kienu jiġu nnegozjati f’livelli f’diffikultà fis-swieq sekondarji fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni, kif jidher mill-evoluzzjoni tal-ipprezzar ta’ dawk l-istrumenti bejn Diċembru 2019 u Ġunju 2020. |
|
(319) |
Barra minn hekk, skont il-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta jekk benefiċjarju tal-għajnuna jistax jaċċessa finanzjament alternattiv tas-suq b’termini affordabbli. Għalhekk, dik il-valutazzjoni ma tinvolvix il-verifika ta’ jekk il-benefiċjarju jistax ikompli jnaqqas l-attivitajiet tiegħu, kif issuġġerit minn Ryanair. Għalhekk, l-affermazzjoni ta’ Ryanair li SAS jenħtieġ li tkun meħtieġa tikkunsidra l-bejgħ ta’ inġenji tal-ajru ipotekati bħala forma ta’ finanzjament alternattiv tas-suq b’termini affordabbli, li fil-fatt iwassal għal tnaqqis fl-operazzjonijiet ta’ SAS, ma hijiex ġustifikata. |
|
(320) |
Għalhekk, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li SAS ma setgħetx issib finanzjament fis-swieq b’termini affordabbli, u l-miżuri orizzontali eżistenti fl-Istat Membru kkonċernat biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità ma kinux biżżejjed biex jiżguraw il-vijabbiltà tagħha. Il-Miżura għalhekk tikkonforma mal-punt 49(c) tal-Qafas Temporanju. |
6.3.1.4.
|
(321) |
Skont il-punt 49(d) tal-Qafas Temporanju, l-Istati Membri jridu juru li “il-benefiċjarju ma jkunx impriża li kienet diġà tinsab f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 (skont it-tifsira [tal-GBER])”. |
|
(322) |
Bħala rimarka preliminari, Ryanair ġustament indikat li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-kontijiet mhux konsolidati għal SAS fid-deċiżjoni inizjali tagħha fil-valutazzjoni tagħha skont il-punt 49(d) tal-Qafas Temporanju (ara l-premessa (185)). Il-Kummissjoni issa vvalutat ulterjorment il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 2(18), il-punti (a) u (c), tal-GBER, bl-użu tal-kontijiet konsolidati ta’ SAS, li tħejjew f’konformità mar-regoli finanzjarji u kontabilistiċi applikabbli. |
|
(323) |
Għalhekk, fuq il-bażi tal-evidenza pprovduta mill-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi (il-premessa (98)), il-Kummissjoni rrieżaminat il-kontijiet konsolidati ta’ SAS, bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata u kumpanija omm tal-Grupp SAS. Il-Kummissjoni sabet li SAS ma tilfitx aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha bħala riżultat ta’ telf akkumulat (ara l-Artikolu 2(18), il-punt (a) tal-GBER). Skont ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ SAS, l-ekwità tal-azzjonisti tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019 (SEK 5,7 biljun) baqgħet ogħla minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha (SEK 7,7 biljun). It-tieni, il-Kummissjoni sabet li SAS ma kinitx soġġetta għal proċedimenti kollettivi ta’ insolvenza, u lanqas ma ssodisfat il-kriterji skont id-dritt domestiku biex titqiegħed taħt tali proċedimenti fuq talba tal-kredituri (ara l-Artikolu 2(18), il-punt (c), tal-GBER). Fl-aħħar nett, fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ SAS, il-Kummissjoni kkalkolat il-proporzjon ta’ dejn/ekwità kontabbli tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019 (4,96). Il-Kummissjoni tinnota li dan il-valur baqa’ taħt il-livell limitu tas–7,5 stabbilit fl-Artikolu 2(18), il-punt (e), tal-GBER. |
|
(324) |
Minn dan isegwi li SAS ma kinitx impriża li kienet diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 skont it-tifsira tal-GBER. Bħala tali, il-Miżura tikkonforma mal-punt 49(d) tal-Qafas Temporanju. |
6.3.2. Tipi ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni
|
(325) |
Skont il-punt 52 tal-Qafas Temporanju, “L-Istati Membri jistgħu jipprovdu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 bl-użu ta’ żewġ settijiet distinti ta’ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni: (a) strumenti ta’ ekwità, b’mod partikolari, il-ħruġ ta’ ishma komuni jew privilaġġati ġodda; u/jew (b) strumenti b’komponent ta’ ekwità (imsejħa‘strumenti kapitali ibridi’) (184) , b’mod partikolari drittijiet ta’ parteċipazzjoni fil-profitt, parteċipazzjonijiet passivi u bonds konvertibbli garantiti jew mhux garantiti”. Il-punt 53 tal-Qafas Temporanju jistabbilixxi li “[l]-intervent tal-Istat jista’ jieħu l-forma ta’ kwalunkwe varjazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq, jew taħlita ta’ strumenti ta’ ekwità u kapitali ibridi”. Fi kwalunkwe każ, “[l]-Istat Membru jrid jiżgura li l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni magħżula u l-kundizzjonijiet mehmuża magħhom ikunu xierqa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju, filwaqt li fl-istess ħin ikunu l-inqas ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni.” |
|
(326) |
Kif imsemmi fil-premessa (99), il-Miżura hija taħlita ta’ strument ta’ ekwità u strumenti kapitali ibridi. |
|
(327) |
L-istrument ta’ ekwità eventwalment kien jikkonsisti f’ekwità totali ta’ SEK 3,54 biljun imħallsa mid-Danimarka u mill-Iżvezja lil SAS kontra l-ħruġ minn SAS ta’ ishma komuni ġodda (il-premessi (103) sa (105)). |
|
(328) |
L-istrumenti kapitali ibridi ħadu l-forma ta’ SEK 6 biljun f’noti ibridi perpetwi ġodda miżmuma u żborżati bis-sħiħ mid-Danimarka u mill-Iżvezja (il-premessa (106)). Dawk l-istrumenti jikkwalifikaw bħala ekwità skont l-IFRS. |
|
(329) |
Fir-rigward b’mod aktar speċifiku tal-punt 53 tal-Qafas Temporanju, fil-kummenti tagħha Ryanair iddikjarat li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex il-Miżura kienet xierqa biex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ SAS u li ma vvalutatx li l-Miżura kienet l-inqas distortiva għall-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta mqabbla ma’ strumenti ta’ għajnuna oħra possibbli (il-premessa (187)). |
|
(330) |
Bi tweġiba għal dan il-kumment, għandu jitfakkar li strument ta’ rikapitalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet marbuta miegħu jistgħu jitqiesu xierqa sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju filwaqt li jkunu l-inqas distorsivi tal-kompetizzjoni kif imsemmi fil-punt 53 tal-Qafas Temporanju, sakemm jissodisfaw id-diversi rekwiżiti stabbiliti għal dak l-għan f’dak il-qafas u relatati mal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni (Taqsima 3.11.4), ir-remunerazzjoni u l-ħruġ tal-Istat (Taqsima 3.11.5), il-governanza u l-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni (Taqsima 3.11.6) u l-istrateġija ta’ ħruġ tal-Istat mill-parteċipazzjoni li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni (Taqsima 3.11.7). Dawn ir-rekwiżiti kollha huma intiżi preċiżament sabiex jiżguraw li l-miżura inkwistjoni u l-kundizzjonijiet marbuta magħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa xieraq sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju, filwaqt li fl-istess ħin jikkostitwixxu l-inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, jekk dawk ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati, l-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni magħżul irid jitqies konformi mal-punt 53 tal-Qafas Temporanju. Dawk ir-rekwiżiti kollha huma vvalutati fit-taqsimiet li ġejjin. |
|
(331) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ strumenti ta’ għajnuna alternattivi, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fit-Taqsima 6.3.1.3 li, f’dan il-każ, ma kien hemm l-ebda alternattiva oħra għall-Miżura. Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata turi, b’mod pożittiv, li l-ebda miżura oħra ta’ għajnuna konċepibbli, li minnha nnifisha hija ipotetika, ma tkun aktar xierqa u inqas probabbli li toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (185). |
6.3.3. L-ammont tar-rikapitalizzazzjoni (il-punt 54 tal-Qafas Temporanju)
|
(332) |
Skont il-punt 54 tal-Qafas Temporanju, “[s]abiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jridx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jenħtieġ li ma jmurx lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, jiġifieri s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna, għandha titqies l-għajnuna mill-Istat riċevuta jew ippjanata fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19”. |
|
(333) |
It-test tal-proporzjonalità stabbilit fil-punt 54 għandu żewġ kundizzjonijiet kumulattivi. Minn naħa, ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma tridx taqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, jiġifieri, ma tistax tmur lil hinn mill-ammont minimu ta’ għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni meħtieġ biex jiġi restawrat l-aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali privati (u b’hekk tkun tista’ tikseb finanzjament ta’ dejn u/jew ta’ ekwità b’rati affordabbli mis-swieq). Min-naħa l-oħra, ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma tistax tmur lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. |
|
(334) |
Kif innotat fil-premessa (16), il-valutazzjoni tal-Miżura, wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali, trid tkun ibbażata fuq il-fatti u l-elementi prevalenti fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna. Għal dik ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tuża previżjonijiet u projezzjonijiet stabbiliti dak iż-żmien għal ċerti ċifri. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-kontijiet konsolidati tal-grupp SAS kollu, inkluż dak ta’ SAS u tas-sussidjarji tagħha, biex twettaq il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tagħha skont il-punt 54 tal-Qafas Temporanju. |
|
(335) |
L-ewwel, biex tivvaluta jekk l-għajnuna tikkorrispondix għall-minimu meħtieġ biex l-istruttura tal-kapital tal-benefiċjarju tiġi restawrata għal dik qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, il-Kummissjoni qieset il-projezzjonijiet finanzjarji dwar (i) il-pożizzjoni tal-ekwità tal-benefiċjarju; u (ii) il-proporzjon tad-dejn mal-ekwità tal-benefiċjarju. Dawk il-projezzjonijiet kienu jikkonċernaw is-sitwazzjoni wara r-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 fi tmiem is-sena fiskali 2021. Il-Kummissjoni qabblet il-valur ta’ dawk l-indikaturi ma’ dawk ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (186). |
|
(336) |
It-tieni, sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna tikkorrispondix għall-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ SAS, il-Kummissjoni identifikat l-ammont minimu meħtieġ ta’ għajnuna mill-Istat ta’ rikapitalizzazzjoni biex jiġi restawrat l-aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali (dejn u/jew ekwità). Għal dak l-għan, il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi li ġejjin (kif previst):
|
|
(337) |
Ryanair tqabbel il-kunċett ta’ vijabbiltà ma’ livell ta’ profittabbiltà aċċettabbli għall-investituri privati u targumenta li l-Kummissjoni kien imissha vvalutat indikaturi tal-profittabbiltà bħar-redditu fuq l-ekwità (il-premessa (188)). Madankollu, il-punt 54 tal-Qafas Temporanju ma jsemmix il-profittabbiltà. Minflok, huwa ċar mill-Qafas Temporanju li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jkopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità biex jippermetti l-kontinwità operazzjonali tal-impriżi matul u wara t-tifqigħa tal-COVID-19. Għal dak l-għan, fil-punt 9 tal-Qafas Temporanju huwa ddikjarat li l-appoġġ pubbliku huwa meħtieġ “biex jiġi żgurat li s-swieq ikollhom biżżejjed likwidità” u “biex l-attività ekonomika tinżamm għaddejja matul u wara t-tifqigħa tal-COVID-19”. Barra minn hekk, il-punt 11 jiċċara li l-Qafas Temporanju jistabbilixxi l-possibbiltajiet li l-Istati Membri għandhom “biex jiżguraw il-likwidità u l-aċċess għall-finanzjament min-naħa tal-impriżi”. Fl-aħħar nett, fil-punt 18 huwa stabbilit li “l-għajnuna mill-Istat tkun iġġustifikata […] għal perjodu limitat, fejn tintuża biex tirrimedja tnaqqis tal-likwidità għall-impriżi u biex jiġi żgurat li t-tħarbit ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 ma jimminax il-vijabbiltà tagħhom.” |
|
(338) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tuża indikaturi tal-profittabbiltà bħar-redditu fuq l-ekwità u r-redditu fuq l-assi (il-premessa (188)), peress li ma għandhiex għalfejn tivvaluta l-profittabbiltà ta’ SAS biex tivvaluta l-vijabbiltà tagħha. Kif spjegat hawn fuq, l-indikaturi kkunsidrati mill-Kummissjoni (b’mod partikolari l-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità, il-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA, u l-proporzjon tal-ekwità mal-assi) huma metriċi ewlenin għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ kumpanija u l-aċċess tagħha għall-finanzjament mis-suq. |
|
(339) |
Il-Kummissjoni wettqet l-analiżijiet imsemmija fil-premessi (336) u (337) fuq il-bażi tal-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS sottomessi mid-Danimarka u mill-Iżvezja fin-notifika konġunta tagħhom. Il-Kummissjoni talbet u analizzat dokumenti interni biex tivvaluta jekk dawk il-projezzjonijiet ġenwinament jikkorrispondux għall-projezzjonijiet li SAS ħejjiet għall-ippjanar intern tagħha stess. B’mod partikolari, il-Kummissjoni skrutinizzat l-ammont ta’ telf previst, peress li dan għandu impatt dirett fuq il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni billi jnaqqas l-ekwità tal-kumpanija. B’mod ġenerali, l-analiżi tad-dokumenti interni ta’ SAS ikkonfermat li SAS stenniet ammont ta’ telf li jikkorrispondi għal dak irrapportat fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ppreżentat lill-Kummissjoni mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(340) |
Ryanair tafferma wkoll li l-Kummissjoni kien imissha vvalutat il-punt sa fejn SAS setgħet tnaqqas strutturalment il-bażi tal-kostijiet tagħha u żżid il-profittabbiltà tagħha jew sa liema punt setgħet tnaqqas il-kostijiet fuq terminu qasir, u li għalhekk il-Kummissjoni missha kkontestat il-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS (il-premessa (193)). Il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda rekwiżit bħal dan fil-punt 54 tal-Qafas Temporanju. L-argument ta’ Ryanair jidher li jirriżulta minn analoġija mal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (il-premessa (188)). Madankollu, il-Qafas Temporanju ma jirrikjedix ristrutturar, b’mod partikolari minħabba li benefiċjarju ta’ għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 ma huwiex responsabbli għall-avvenimenti li jimminaw il-vijabbiltà tiegħu. |
|
(341) |
Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tal-proporzjonalità fuq il-bażi tad-data finanzjarja pprovduta fin-notifika, jiġifieri d-data finanzjarja attwali sa Ġunju 2020, u l-projezzjonijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju minn Lulju 2020 sa tmiem is-sena fiskali 2025. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha billi inkludiet, fl-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni, kemm il-kontribuzzjonijiet mid-Danimarka u mill-Iżvezja kif ukoll dawk minn investituri privati. Ir-rikapitalizzazzjoni kkunsidrata b’dan il-mod f’din id-deċiżjoni tammonta għal SEK 14,25 biljun, għalkemm (i) dik il-ħtieġa ta’ rikapitalizzazzjoni kienet mistennija li timtela parzjalment ukoll minn azzjonisti privati (187); u (ii) il-Miżura eventwalment ammontat biss għal SEK 9,54 biljun (ara l-premessa (7)). Għalhekk, is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni hija konservattiva ħafna. |
|
(342) |
Ryanair tqis li l-Kummissjoni kien imissha vvalutat l-impatt tal-projezzjonijiet alternattivi tat-traffiku (il-premessa (193)). |
|
(343) |
Fiż-żmien meta SAS fasslet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li ppreżentat fil-laqgħa tal-bord tal-15 ta’ April 2020 (ara l-premessa (40)), il-previżjonijiet tal-industrija (188) kienu aktar ottimisti minn dawk użati minn SAS (il-premessa (41)). Madankollu, matul Lulju 2020, il-previżjonijiet tal-industrija ġew riveduti ’l isfel (189), fid-dawl tal-irkupru aktar bil-mod fit-traffiku rreġistrat u l-prospettiva li kienet qiegħda taggrava tal-pandemija tal-COVID-19. SAS iddeċidiet li ma tirrevedix il-projezzjonijiet tan-negozju tagħha, u b’riżultat ta’ dan, il-projezzjonijiet tat-traffiku tagħha kienu konformi ma’ dawk il-previżjonijiet aġġornati tal-industrija, bi rkupru sħiħ mistenni bejn l-2023 u l-2024. Il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda raġuni biex tikkonkludi li SAS kellha tieħu approċċ aktar ottimist jew li l-projezzjonijiet tat-traffiku tagħha, f’konformità mal-previżjonijiet tal-industrija, ma kinux xierqa. |
|
(344) |
Fl-aħħar nett, sabiex tivvaluta l-proporzjonalità tal-Miżura, il-Kummissjoni qieset (i) l-għajnuna diġà mogħtija lil SAS skont miżuri oħra ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-premessi (57) sa (60)) fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura u (ii) l-għajnuna li kienet mistennija li tingħata lil SAS skont din il-Miżura, skont in-notifika tal-11 ta’ Awwissu 2020 (ara l-premessa (342)). Fil-fatt, l-ewwel, il-projezzjonijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li fuqhom twettqet il-valutazzjoni tal-proporzjonalità kienu jinkludu l-għajnuna kollha mogħtija fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura. It-tieni, għall-għajnuna li, fiż-żmien tan-notifika tal-Miżura, kienet mistennija li tingħata lil SAS fil-futur, l-analiżi tas-sensittività (ara t-Taqsima 6.3.3.3) ivverifikat li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità kellha buffer suffiċjenti biex takkomoda għajnuna addizzjonali potenzjali. Għal darb’ oħra, l-approċċ tal-Kummissjoni huwa konservattiv, sa fejn iqis l-għajnuna li SAS setgħet potenzjalment tirċievi taħt skema ta’ għajnuna Daniża (SA.58088) li fl-aħħar mill-aħħar l-awtoritajiet Daniżi ma adottawx (ara l-premessa (59)). |
6.3.3.1.
|
(345) |
Tabella 4 turi l-effett tar-rikapitalizzazzjoni fuq l-istruttura kapitali ta’ SAS qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, jiġifieri s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2020. Tabella 4 Indikaturi tal-proporzjonalità (SEK miljun) (190)
|
|
(346) |
Tabella 4 turi li l-pożizzjoni ta’ ekwità mistennija ta’ SAS wara r-rikapitalizzazzjoni (fil-31 ta’ Ottubru 2021) kienet ta’ SEK 4,226 biljun. Dan l-ammont ta’ ekwità jinkludi l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni li ġejjin (193): (i) SEK 2 biljun ta’ ħruġ dirett ta’ ishma komuni maqsuma bejn wieħed u ieħor indaqs bejn id-Danimarka u l-Iżvezja; (ii) SEK 4 biljun f’emissjoni bi drittijiet ta’ ishma komuni ġodda; (iii) SEK 5 biljun ta’ Noti Ibridi Diretti maqsuma b’mod ugwali bejn id-Danimarka u l-Iżvezja; (iv) SEK 1 biljun ta’ Noti Ibridi Diretti mqiegħda mad-Danimarka; (v) SEK 2,25 biljun ta’ bonds pendenti kkonvertiti f’ishma komuni (ara l-premessa (342)). |
|
(347) |
Wara t-tifqigħa tal-COVID-19, SAS bassret telf ta’ SEK 9,354 biljun fis-sena fiskali 2020 u ta’ SEK 3,939 biljun fis-sena fiskali 2021. Bħala tali, bħala riżultat tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ SAS fis-sena fiskali 2021 ma tkunx ogħla minn dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, jiġifieri fil-31 ta’ Jannar 2020. |
|
(348) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS ma marritx lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, minħabba li l-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ SAS kien mistenni li jkun ta’ 6,81 fil-31 ta’ Ottubru 2021, filwaqt li kien 4,75 fil-31 ta’ Jannar 2020. Fuq il-bażi tal-previżjonijiet sottomessi mid-Danimarka u mill-Iżvezja, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità tal-2019 ta’ SAS ma kienx mistenni li jiġi restawrat qabel is-sena fiskali 2024. |
6.3.3.2.
|
(349) |
Skont il-projezzjonijiet finanzjarji tagħha (194), fin-nuqqas tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni mill-Istat, SAS kienet tikkonsma l-likwidità disponibbli tagħha fil-31 ta’ Jannar 2020 (SEK 6,598 biljun) sa Diċembru 2020, u fil-31 ta’ Ottubru 2021 SAS kien ikollha pożizzjoni ta’ flus kontanti negattiva ta’ SEK 4,935 biljun. Il-Miżura żammet lil SAS milli titlef il-likwidità u wasslet għal previżjoni ta’ pożizzjoni fi flus kontanti ta’ SEK 3,666 biljun fil-31 ta’ Ottubru 2021. |
|
(350) |
Sabiex tivvaluta l-kundizzjoni tal-vijabbiltà tal-punt 54 tal-Qafas Temporanju li l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jridx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, il-Kummissjoni applikat l-erba’ testijiet imsemmija fil-premessa (337). |
|
(351) |
L-ewwel test jikkonsisti fit-tqabbil tal-previżjoni tal-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ SAS, filwaqt li titqies ir-rikapitalizzazzjoni, mal-istess proporzjon ta’ kampjun ta’ linji tal-ajru pari fil-31 ta’ Diċembru 2019 (195). Dan il-kampjun jikkonsisti minn 10 linji tal-ajru Ewropej (196). Fosthom, tlieta kellhom klassifikazzjoni tal-kreditu fil-31 ta’ Diċembru 2019, li kienet tvarja minn BBB għal BBB+ (197). |
|
(352) |
Il-Kummissjoni tuża t-tielet kwartil tad-distribuzzjoni tal-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità tal-pari ta’ SAS bħala parametru referenzjarju (jiġifieri dawk fost il-kumpaniji bl-agħar prestazzjoni) minflok ma tibbaża ruħha fuq kejl ta’ tendenza ċentrali, bħall-medja jew il-medjan. Dan huwa approċċ konservattiv, peress li l-adozzjoni ta’ parametru referenzjarju ogħla għall-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità tnaqqas l-ammont minimu ta’ għajnuna meħtieġa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ SAS u jiġi restawrat l-aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali (peress li se jkun possibbli li jintlaħaq il-parametru referenzjarju fuq il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità b’ammont aktar baxx ta’ għajnuna). |
|
(353) |
Il-Kummissjoni tinnota li, meta jitqiesu l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità mistenni ta’ SAS fil-31 ta’ Ottubru 2021 (6,81) kien ferm ogħla mit-tielet kwartil tad-distribuzzjoni tal-pari tal-istess proporzjon qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (1,92). L-istruttura kapitali ta’ SAS kienet mistennija li ssir aħjar mill-pari tagħha biss fis-sena fiskali 2025, meta l-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità previst kien ta’ 1,64. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità mistenni ta’ SAS fil-31 ta’ Ottubru 2021 kien ukoll ogħla mill-ogħla proporzjon fost il-pari kklassifikati. |
|
(354) |
Fir-rigward tat-tieni test, il-Kummissjoni vvalutat jekk SAS stennietx li l-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA jinżel taħt il-limiti ta’ 3–3,5, u jekk iva, f’liema sena fiskali. Hija prattika komuni tas-suq li l-kumpaniji bi proporzjon ta’ dejn nett mal-EBITDA ogħla minn dawk il-limiti jiġu kkunsidrati bħala riskjużi ħafna. Għalhekk, il-kumpaniji b’dawk il-proporzjonijiet tad-dejn nett mal-EBITDA jsibuha diffiċli biex jaċċessaw is-swieq kapitali privati. Il-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS urew proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA ta’ 7,3 fi tmiem is-sena fiskali 2021, ferm ogħla mil-livell limitu ta’ 3,0–3,5. |
|
(355) |
Il-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA ta’ SAS kien mistenni li jonqos gradwalment maż-żmien biex jilħaq valur ta’ 3,4 fi tmiem is-sena fiskali 2023 u valur ta’ 2,6 fi tmiem is-sena fiskali 2024. Dawk id-dinamiċi jindikaw li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni jippermettu lil SAS tiffaċċja l-effetti negattivi tal-kriżi tal-COVID-19 u jippermettulha tirrestawra l-aċċess tagħha għas-swieq kapitali privati mis-sena 2023 ’il quddiem (meta l-proporzjon tad-dejn nett tagħha mal-EBITDA kien mistenni li jaqa’ taħt il-limiti ta’ 3–3,5). |
|
(356) |
It-tielet test jikkonsisti fit-tqabbil tal-proporzjon previst ta’ ekwità mal-assi ta’ SAS, filwaqt li titqies ir-rikapitalizzazzjoni, mal-istess proporzjon li l-linji tal-ajru pari msemmija fil-premessa (352) kellhom fil-31 ta’ Diċembru 2019 (198). Il-Kummissjoni użat l-ewwel kwartil tad-distribuzzjoni bejn il-pari (li hawnhekk jikkonċerna l-kumpaniji bl-agħar prestazzjoni) bħala l-parametru referenzjarju għal SAS, minflok ma bbażat ruħha fuq miżura ta’ tendenza ċentrali, bħall-medja jew il-medjan. Dan huwa wkoll approċċ konservattiv, peress li s-suppożizzjoni ta’ parametru referenzjarju aktar baxx għall-proporzjon ta’ ekwità mal-assi tnaqqas l-ammont minimu ta’ għajnuna meħtieġa biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ SAS u jiġi restawrat l-aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali (peress li se jkun possibbli li jintlaħaq il-parametru referenzjarju dwar il-proporzjon ta’ ekwità għall-assi b’ammont aktar baxx ta’ għajnuna). |
|
(357) |
Il-Kummissjoni tinnota li, meta titqies ir-rikapitalizzazzjoni, il-proporzjon mistenni ta’ ekwità mal-assi ta’ SAS fil-31 ta’ Ottubru 2021 (7,87 %) kien ferm taħt l-ewwel kwartil tad-distribuzzjoni tal-pari tal-istess proporzjon qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (18,12 %). Il-Kummissjoni tosserva wkoll li SAS ma kinitx qiegħda tistenna li tilħaq proporzjon ta’ ekwità mal-assi ogħla mill-ewwel kwartil tal-pari tagħha matul il-perjodu ta’ ppjanar, jiġifieri qabel is-sena fiskali 2025. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-proporzjon mistenni ta’ ekwità mal-assi ta’ SAS fil-31 ta’ Ottubru 2021 kien aktar baxx mill-aktar proporzjon baxx fost il-linji tal-ajru pari kklassifikati. |
|
(358) |
Ir-raba’ test jikkonsisti f’parametraġġ referenzjarju tal-proporzjon ta’ tħejjija finanzjarja ta’ SAS għal-limitu ta’ 25 % (il-premessa (337)). Dan il-limitu huwa l-minimu biex tkompli topera liċenzja tal-avjazzjoni mingħajr ma ġġarrab aktar obbligi, bħal rapportar aktar frekwenti lill-awtorità tal-avjazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ pjan ta’ restawr. SAS ma pprevedietx li dak il-proporzjon kien se jkun ogħla minn 25 % qabel is-sena fiskali 2023. |
|
(359) |
Skont Ryanair, il-limiti użati mill-Kummissjoni (il-premessa (337)) huma parametru referenzjarju mhux xieraq, minħabba li jimmiraw lejn klassifikazzjoni tal-kreditu bi grad ta’ investiment filwaqt li l-linji tal-ajru tipikament ikunu jistgħu jaċċessaw swieq kapitali bi klassifikazzjonijiet taħt il-grad ta’ investiment (il-premessa (190)). |
|
(360) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis il-kunċett ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta’ investiment biss għal wieħed mill-erba’ indikaturi vvalutati (il-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA). B’mod partikolari, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità u l-proporzjon tal-ekwità mal-assi huma suġġetti għal parametru referenzjarju ma’ għaxar linji tal-ajru Ewropej pari. Filwaqt li tlieta minn dawn il-linji tal-ajru tabilħaqq kellhom klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta’ investiment (il-premessa (352)), il-Kummissjoni b’mod konservattiv tqabbel b’mod referenzjarju l-indikaturi ma’ kwartil bi prestazzjoni fqira tal-grupp ta’ pari (li jikkonsisti minn kumpaniji li ma kellhomx klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad ta’ investiment), u xorta waħda mbagħad issib li SAS hija mistennija li jkollha prestazzjoni agħar b’mod sinifikanti wara r-rikapitalizzazzjoni (fil-31 ta’ Ottubru 2021) mill-proporzjon tal-parametru referenzjarju (il-premessi (354) u (358)). |
|
(361) |
Ryanair targumenta wkoll li l-limiti stabbiliti mill-Kummissjoni jimmiraw lejn pożizzjoni finanzjarja eċċessivament favorevoli, peress li l-pożizzjoni finanzjarja ta’ SAS qabel il-pandemija tal-COVID-19 kienet agħar mill-miri stabbiliti, fuq il-bażi ta’ tlieta mill-erba’ indikaturi (il-premessa (191)), iżda xorta setgħet taċċessa l-finanzjament fis-swieq f’dak iż-żmien. |
|
(362) |
Kif spjegat, it-test tal-proporzjonalità stabbilit fil-punt 54 tal-Qafas Temporanju għandu żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: minn naħa, ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma tistax tmur lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Min-naħa l-oħra, ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma tistax tmur lil hinn mill-ammont minimu ta’ għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni meħtieġ biex jiġi restawrat l-aċċess tal-kumpanija għas-swieq kapitali privati (il-premessa (334)). L-ewwel parti tat-test titwettaq fit-Taqsima 6.3.3.1, u tikkonkludi li l-istruttura kapitali ta’ SAS ma tmurx lil hinn minn dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. |
|
(363) |
Il-Kummissjoni tqis li għat-tieni parti tat-test, relatata mar-restawr tal-aċċess ta’ kumpanija għas-swieq kapitali privati, huwa ġġustifikat li jsir użu minn indikaturi li huma relatati b’mod ċar mal-affidabbiltà kreditizja, u li mbagħad dawk l-indikaturi jiġu suġġetti għal parametru referenzjarju – b’mod konservattiv – ta’ grupp ta’ linji tal-ajru pari (bħal fil-każ tal-proporzjonijiet tad-dejn nett mal-ekwità u tal-ekwità mal-assi) jew limitu minimu użat b’mod komuni (bħal fil-każ tal-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA), kif spjegat fil-premessa (337). It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li l-Miżura fil-fatt ma kinitx ipproġettata li tirrestawra l-pożizzjoni finanzjarja ta’ SAS wara r-rikapitalizzazzjoni (fil-31 ta’ Ottubru 2021) għal-limiti stabbiliti, jew għall-pożizzjoni finanzjarja li kellha qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Fir-rigward tal-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità, il-livell ipproġettat ta’ SAS wara r-rikapitalizzazzjoni (fil-31 ta’ Ottubru 2021) ta’ 6,81 (il-premessa (354)) huwa agħar milli kien qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 (4,75, kif indikat fil-premessa (191)). L-istess jgħodd għall-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA (7,3 imqabbel ma’ massimu ta’ 4,0, kif indikat fil-premessi (355) u (191)) u l-proporzjon tal-ekwità mal-assi (7,87 % imqabbel ma’ firxa ta’8–16 %, kif indikat fil-premessi (358) u (191)). Fl-aħħar nett, jista’ jiġi nnotat ukoll li t-teħid bħala parametru referenzjarju tal-perjodu ta’ qabel il-COVID huwa konservattiv, fil-fatt, minħabba l-inċertezza fis-swieq finanzjarji kkawżata mill-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 għas-settur tal-avjazzjoni (il-premessi (24) u (31)). |
|
(364) |
B’mod ġenerali, fuq il-bażi tal-evidenza mill-proporzjonijiet tad-dejn nett mal-ekwità, tad-dejn nett mal-EBITDA, tal-ekwità mal-assi u tat-tħejjija finanzjarja, il-Kummissjoni tqis li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli meta ngħataw il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni, dawn ma qabżux il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ SAS u jiġi żgurat l-aċċess tagħha għas-swieq kapitali privati fi tmiem is-sena fiskali 2023. |
6.3.3.3.
|
(365) |
Il-Kummissjoni vvalutat ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni favur SAS skont analiżi tas-sensittività. Ir-raġuni għal dik l-analiżi hija li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tiddependi b’mod sinifikanti u neċessarju fuq il-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS li pprovdew id-Danimarka u l-Iżvezja u, b’mod partikolari, fuq it-telf previst. Għalhekk, il-Kummissjoni identifikat l-ammont ta’ telf li għalih, jekk kollox jibqa’ l-istess, il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ma jibqgħux proporzjonati fuq il-bażi tal-istruttura kapitali ta’ SAS fil-31 ta’ Jannar 2020 u l-indikaturi fil-premessa (337). Dan il-kalkolu tal-Kummissjoni jassumi li, kieku SAS ġarrbet inqas telf, SAS kienet tibbenefika minn żieda individwali fil-flus kontanti disponibbli tagħha, li hija suppożizzjoni konservattiva (199). |
|
(366) |
Ir-riżultati ta’ dik l-analiżi tas-sensittività juru li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni xorta kienu jkunu proporzjonati kieku SAS eventwalment ġarrbet telf ta’ madwar SEK 1 biljun inqas milli kien inizjalment previst. Min-naħa l-oħra, mingħajr ma jitqies l-indikatur tat-tħejjija finanzjarja (il-premessa (359)), ikollu jseħħ tnaqqis fit-telf previst ogħla minn SEK 1,5 biljun biex il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni ma jkunux proporzjonati (200). |
|
(367) |
Minħabba li t-telf previst akkumulat ta’ SAS ammonta għal SEK 13,2 biljun, u peress li l-projezzjonijiet finanzjarji ta’ SAS jidhru ġenwini u awtentiċi peress li huma konformi ma’ dawk irrapportati fid-dokumenti interni ta’ SAS (il-premessa (342)), il-Kummissjoni tqis li l-buffer li jammonta għal SEK 1–1,5 biljun huwa biżżejjed biex il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tkun robusta għal suppożizzjonijiet alternattivi dwar il-projezzjonijiet finanzjarji. |
|
(368) |
Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li l-buffer li jammonta għal SEK 1–1,5 biljun aġixxa wkoll bħala salvagwardja addizzjonali għall-proporzjonalità tal-Miżura fid-dawl tal-ammont massimu ta’ kumpens potenzjali li SAS tkun intitolata għalih skont iż-żewġ skemi Daniżi insostenn tal-linji tal-ajru li kienu ġew innotifikati minn qabel lill-Kummissjoni fiż-żmien meta ngħatat il-Miżura, b’ammonti previsti ta’ madwar DKK 6 miljun taħt l-ewwel skema u DKK 35 miljun taħt it-tieni skema, jew total ta’ EUR 5,5 miljun (il-premessa (59)). |
|
(369) |
Ryanair issostni li l-Kummissjoni kien imissha kkunsidrat firxa wiesgħa ta’ testijiet tal-istress b’għadd ta’ xenarji negattivi possibbli (il-premessa (189)). |
|
(370) |
Il-punt 54 tal-Qafas Temporanju jirrikjedi li l-Kummissjoni teżamina li l-ammont tal-għajnuna “ma jridx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju”. Il-previżjonijiet li jqisu xenarji negattivi aktar pessimisti jistgħu jirriżultaw biss fil-konklużjoni li kienet meħtieġa aktar għajnuna. Fuq dik il-bażi, ma hemm l-ebda skop li l-analiżi tas-sensittività tiġi estiża għal aktar xenarji negattivi. Barra minn hekk, il-projezzjonijiet tan-negozju ta’ SAS kienu konformi mal-istandards tal-industrija (il-premessa (343)) u jipprevedu telf kumulattiv għal SAS ta’ SEK 13,2 biljun. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li hija stmat buffer suffiċjenti li jammonta għal SEK 1–1,5 biljun biex il-valutazzjoni tal-proporzjonalità ssir robusta għal suppożizzjonijiet alternattivi dwar il-projezzjonijiet finanzjarji – inklużi xenarji pożittivi (il-premessa (367)). |
6.3.3.4.
|
(371) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, fiż-żmien tal-għoti tal-Miżura, wara li qieset ukoll l-għajnuna diġà mogħtija lil SAS kif ukoll l-għajnuna lil SAS li setgħet kienet mistennija flimkien mal-Miżura, il-Miżura ma qabżitx il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ SAS u ma marritx lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019. L-analiżi ta’ hawn fuq tipprovdi biżżejjed evidenza li l-Miżura hija proporzjonata. |
6.3.4. Remunerazzjoni u ħruġ tal-Istat
|
(372) |
Skont il-prinċipji ġenerali tar-remunerazzjoni u tal-ħruġ tal-Istat stabbiliti fil-punti minn 55 sa 59 tal-Qafas Temporanju, l-Istati Membri jridu jirċievu remunerazzjoni xierqa għall-investiment tagħhom u jridu jistabbilixxu mekkaniżmi li gradwalment jinċentivaw il-fidi. |
|
(373) |
Skont il-punt 57 tal-Qafas Temporanju, “[i]r-rimunerazzjoni tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 tiżdied sabiex tikkonverġi mal-prezzijiet tas-suq biex jiġi pprovdut inċentiv għall-benefiċjarju u għall-azzjonisti l-oħra biex jifdu l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni mill-Istat u biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni”. Il-punt 58 tal-Qafas Temporanju jiċċara li l-għan tal-punt 57 huwa li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni “irid ikun fihom l-inċentivi xierqa biex l-impriżi jifdu r-rikapitalizzazzjoni u jfittxu kapital alternattiv meta l-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, billi jirrikjedu remunerazzjoni għolja biżżejjed għar-rikapitalizzazzjoni”. |
|
(374) |
Fir-rigward b’mod partikolari tar-remunerazzjoni, il-punt 59 tal-Qafas Temporanju ppermetta lill-Istati Membri “jinnotifikaw skemi jew miżuri individwali fejn il-metodoloġija tar-remunerazzjoni tkun adattata skont il-karatteristiċi u l-anzjanità tal-istrument kapitali sakemm dawn iwasslu għal riżultat simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-rimunerazzjoni tal-Istat”. |
|
(375) |
Fil-premessi (377) sa (437), il-Kummissjoni tivvaluta l-konformità tal-Miżura ma’ dawk il-prinċipji ġenerali, kif ukoll mar-regoli speċifiċi stabbiliti mill-Qafas Temporanju skont it-tip ta’ strument ta’ rikapitalizzazzjoni (b’mod partikolari, il-punti 60 sa 64 fir-rigward tal-istrumenti ta’ ekwità u l-punti 65 sa 70 fir-rigward tal-istrumenti kapitali ibridi). |
6.3.4.1.
6.3.4.1.1. Prezz tad-dħul
|
(376) |
Fir-rigward tal-istrumenti azzjonarji, il-Kummissjoni tinnota li, skont il-punt 60 tal-Qafas Temporanju, injezzjoni ta’ kapital mill-Istat trid titwettaq bi prezz li ma jaqbiżx il-prezz medju tal-ishma tal-benefiċjarju matul il-15-il jum qabel it-talba għall-injezzjoni ta’ kapital (“il-prezz massimu tal-ishma”). Peress li t-talba formali bil-miktub ta’ SAS għall-injezzjoni ta’ kapital hija datata t-8 ta’ Mejju 2020 (il-premessa (97)), il-prezz massimu tal-ishma huwa għalhekk ikkalkulat bħala SEK 8,71 għal kull sehem. |
|
(377) |
Il-Kummissjoni tirrileva li l-prezz għall-ishma l-ġodda fiż-żieda kapitali, kemm fl-emissjoni bi drittijiet kif ukoll fil-ħruġ dirett, huwa ta’ SEK 1,16 għal kull sehem (il-premessi (103) u (104)), li jikkostitwixxi skont ta’ 86,7 % meta mqabbel mal-prezz massimu tal-ishma. Minn dan isegwi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 60 tal-Qafas Temporanju huma ssodisfatti. |
6.3.4.1.2. Mekkaniżmu step-up
|
(378) |
Sabiex tiżdied ir-remunerazzjoni għall-Istat u biex il-benefiċjarju jiġi inċentivat jixtri lura l-injezzjoni ta’ kapital mill-Istat, il-punt 61 tal-Qafas Temporanju jirrikjedi mekkaniżmu step-up f’żewġ ċikli rispettivament fir-raba’ u s-sitt sena wara l-injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19. Il-punt 62 tal-Qafas Temporanju jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ taċċetta mekkaniżmi alternattivi, sakemm dawn iwasslu b’mod ġenerali għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u jkollhom impatt simili b’mod ġenerali fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat. |
Nuqqas ta’ mekkaniżmu step-up jew ta’ alternattiva adegwata għalih
|
(379) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-istrument ta’ ekwità tal-Miżura ma huwiex akkumpanjat minn mekkaniżmu step-up skont it-tifsira u f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 61 tal-Qafas Temporanju. |
|
(380) |
Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa, skont il-punt 62 tal-Qafas Temporanju, jekk l-istrument ta’ ekwità huwiex akkumpanjat minn mekkaniżmu alternattiv għal dak meħtieġ fil-punt 61 tiegħu. |
|
(381) |
Fid-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni sabet li l-istruttura ġenerali tal-Miżura, kif innotifikata mid-Danimarka u mill-Iżvezja fil-11 ta’ Awwissu 2020, kienet tikkostitwixxi mekkaniżmu alternattiv ta’ dan it-tip. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li n-natura interkonnessa taż-żewġ komponenti tal-Miżura (jiġifieri, l-istrument ta’ ekwità u l-istrument kapitali ibridu) iġġustifikat il-fatt li l-effetti kkombinati tagħhom jitqiesu biex jiġi inċentivat il-ħruġ tal-Istat. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq diversi fatturi biex tikkonkludi li l-istruttura ġenerali tal-Miżura kienet tinkludi effetti ta’ inċentivi b’saħħithom biżżejjed fuq il-ħruġ tal-Istat mill-kapital ta’ SAS, b’mod partikolari: (i) l-iskont kbir li minnu bbenefikaw id-Danimarka u l-Iżvezja meta akkwistaw l-ishma f’SAS, (ii) il-fatt li r-remunerazzjoni għan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda tiġi pprovduta minn kupun dejjem jiżdied, li żied b’mod sinifikanti l-kost taż-żamma tal-għajnuna mill-Istat fi ħdan SAS u, (iii) l-impenji ta’ mġiba li għalihom kienet soġġetta SAS, b’mod partikolari l-projbizzjoni fuq il-ħlas tad-dividendi, li jibqgħu fis-seħħ sakemm l-għajnuna titħallas lura kompletament. |
|
(382) |
Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (8), fis-sentenza SAS II tagħha, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, fid-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni kienet kisret il-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju billi naqset milli tirrikjedi l-inklużjoni ta’ mekkaniżmu step-up jew mekkaniżmu alternattiv rigward l-istrument ta’ ekwità. |
|
(383) |
L-ewwel, il-Qorti Ġenerali qieset li l-prezz tal-azzjonijiet akkwistati mid-Danimarka u mill-Iżvezja mad-dħul tagħhom fl-ekwità ta’ SAS ma għandux rabta mill-qrib biżżejjed mas-suġġett u mal-iskop tal-mekkaniżmu step-up jew ta’ mekkaniżmu alternattiv. Il-Qorti Ġenerali qieset li r-rekwiżit dwar il-prezz inizjali tax-xiri tal-ishma għandu biss impatt ex ante fuq is-sitwazzjoni ta’ SAS, jiġifieri, fil-mument li d-Danimarka u l-Iżvezja daħlu fil-kapital ta’ SAS, u ma huwiex intiż li maż-żmien iżid l-inċentiv, għal SAS, li tixtri lura dan is-sehem, peress li l-prezz tal-azzjonijiet jista’ jiżdied kif ukoll jonqos. |
|
(384) |
It-tieni, il-Qorti Ġenerali qieset li l-fatt li r-remunerazzjoni għan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda Daniżi u Żvediżi tiġi pprovduta minn kupun dejjem jiżdied kien rekwiżit separat, stabbilit mill-punt 66 tal-Qafas Temporanju għall-istrumenti ta’ kapital ibridu sal-konverżjoni tagħhom fi strumenti simili għal ekwità. |
|
(385) |
It-tielet, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-fatt li SAS tkun suġġetta għall-impenji ta’ mġiba stabbiliti fit-Taqsima 3.11.6 tal-Qafas Temporanju, bħal projbizzjoni fuq il-ħlas ta’ dividendi, huwa wkoll kwistjoni ta’ rekwiżiti separati li huma addizzjonali għal, iżda ma jissostitwixxux, ir-rekwiżit stabbilit fil-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(386) |
Fid-dawl ta’ dawn il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, il-fatturi identifikati fid-deċiżjoni inizjali, kif deskritti fil-premessa (382), ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu, f’dan il-każ, mekkaniżmu step-up jew alternattiva għalih fis-sens tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Għalhekk, l-argumenti tad-Danimarka u tal-Iżvezja fil-premessa (137), kif ukoll dawk ta’ SAS fil-premessa (147), iridu jiġu miċħuda. |
|
(387) |
Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li l-obbligu ta’ notifika ta’ pjan ta’ ristrutturar skont il-punt 85 tal-Qafas Temporanju, fih innifsu, ma għandu l-ebda effett fuq l-ammont u l-metodi ta’ remunerazzjoni tal-Istat. Barra minn hekk, dan l-obbligu huwa applikabbli biss jekk l-intervent tal-Istat ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-kapital proprju totali tal-benefiċjarju, u meta jkunu għaddew 6 snin mir-rikapitalizzazzjoni. Għalhekk, skont il-Qorti Ġenerali, dan l-obbligu ma jistax iwassal għal effett simili fuq ir-remunerazzjoni, jew ikollu l-istess effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat, bħall-mekkaniżmu step-up previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. Minn dan isegwi li l-argumenti tad-Danimarka u l-Iżvezja fil-premessa (138) iridu jiġu miċħuda wkoll. |
|
(388) |
Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li, għalkemm hemm fehim komuni li, skont l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji Żvediżi, kumpanija ma tistax tixtri lura ishma ordinarji mingħand azzjonist speċifiku wieħed biss, SAS ma pprovdiet l-ebda prova għall-affermazzjoni tagħha li l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji jipprekludi l-għoti ta’ azzjonijiet addizzjonali lil azzjonist mingħajr ħlas. Fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ, SAS xorta ma ssostanzjatx li l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji jipprekludi l-għoti ta’ ishma addizzjonali lil azzjonist mingħajr ħlas. Fuq dik il-bażi, l-argumenti mqajma minn SAS fil-premessa (146) iridu jiġu miċħuda wkoll. Fi kwalunkwe każ, anki jekk id-dritt nazzjonali Żvediż kien jipprekludi l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu step-up kif previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni tinnota li d-diffikultà li ltaqgħet magħha SAS fir-rigward tal-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji ma hijiex unika u li f’ċirkostanzi komparabbli fir-rigward ta’ miżuri oħra ta’ rikapitalizzazzjoni approvati mill-Kummissjoni, ġew stabbiliti alternattivi għal mekkaniżmu step-up (201). |
|
(389) |
Fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ, id-Danimarka u l-Iżvezja pprovdew argumenti ġodda li ma ġewx indirizzati fid-deċiżjoni inizjali jew fis-sentenza SAS II, relatati mal-ammont ta’ piż li għandhom jgħinu jerfgħu (il-premessa (139)) u mal-mandati politiċi tal-Istat Daniż u l-Istat Żvediż biex titnaqqas il-ħtieġa għal inċentivi ta’ ħruġ (il-premessa (140)). |
|
(390) |
Fir-rigward tal-kummenti ppreżentati fil-premessa (139), il-Kummissjoni tinnota li l-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju huma applikabbli irrispettivament mil-livell tas-sjieda oriġinali tad-Danimarka u tal-Iżvezja f’SAS jew mill-eżistenza ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. L-objettiv tal-mekkaniżmu step-up previst fil-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju huwa li jerġa’ jiġi rrestawrat l-istatus quo ante. Peress li l-Miżura kellha l-effett li żżid il-parteċipazzjoni azzjonarja tad-Danimarka u tal-Iżvezja f’SAS, kif innotat fil-premessa (96) tad-deċiżjoni tal-ftuħ, din kellha tkun akkumpanjata minn inċentivi biex jitħeġġeġ il-ħruġ tad-Danimarka u tal-Iżvezja u r-ritorn għal-livell ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom ta’ qabel il-COVID-19 f’SAS, bħall-mekkaniżmu step-up previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju jew alternattiva adegwata għalih kif previst fil-punt 62 ta’ dak il-qafas. |
|
(391) |
Fir-rigward tal-argument ippreżentat fil-premessa (140), il-mandati politiċi tad-Danimarka u tal-Iżvezja ma jistabbilixxux miri speċifiċi għall-ħruġ rispettiv tagħhom u ma jipprevedux remunerazzjoni addizzjonali. Dawn huma ġeneralment vagi u ma humiex vinkolanti fuq id-Danimarka u l-Iżvezja, u saħansitra inqas fuq SAS. Dawk il-mandati politiċi għalhekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, u b’mod ġenerali ma jwasslux għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat kif previst fil-punt 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(392) |
B’riżultat ta’ dan, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu d-Danimarka u l-Iżvezja, il-Miżura ma tistax titqies li tikkonforma mal-punt 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(393) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja invokaw, sussidjarjament, ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, b’deroga għall-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Il-Kummissjoni issa se tivvaluta jekk jistgħux jitqiesu li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn għal dak il-punt speċifiku. |
L-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE
|
(394) |
Kif indikat fil-premessa (141), id-Danimarka u l-Iżvezja argumentaw li applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, hija ġġustifikata, essenzjalment, minħabba l-kondiviżjoni tal-piżijiet li involva l-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni, u x-xewqa li jiġi attirat kapital privat għar-rikapitalizzazzjoni. |
|
(395) |
Skont ġurisprudenza stabbilita (202), fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE, il-Kummissjoni tgawdi minn setgħa diskrezzjonali. Fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida sabiex tistabbilixxi l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom hija tkun biħsiebha tevalwa l-kompatibbiltà, mas-suq intern, ta’ miżuri ta’ għajnuna previsti mill-Istati Membri. Billi tadotta tali linji gwida u billi tħabbar, permezz tal-pubblikazzjoni tagħhom, li huma se japplikaw minn issa ’l quddiem għall-każijiet li huma relatati magħhom, il-Kummissjoni tillimita ruħha fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u, bħala prinċipju, ma tistax titbiegħed minn dawn il-linji gwida, mingħajr ma tiġi misjuba, jekk ikun il-każ, li kisret il-prinċipji ġenerali tad-dritt, bħalma huma l-ugwaljanza fit-trattament jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (203). |
|
(396) |
Għaldaqstant, fil-qasam speċifiku tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija marbuta mil-linji gwida u l-avviżi li hija toħroġ, sa fejn dawn ma jmorrux lil hinn mir-regoli tat-Trattat (204). Madankollu, l-adozzjoni ta’ linji gwida li permezz tagħhom il-Kummissjoni tillimita s-setgħa diskrezzjonali tagħha ma teżentahiex mill-obbligu tagħha li teżamina ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali speċifiċi invokati minn Stat Membru, f’każ partikolari, sabiex tintalab l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE (205). |
|
(397) |
Għalhekk, peress li d-Danimarka u l-Iżvezja ma implimentawx mekkaniżmu step-up (jew alternattiva adegwata għalih) skont il-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, għandu jiġi evalwat jekk jeżistux, f’dan il-każ, ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE u, għaldaqstant, l-assenza ta’ mekkaniżmu step-up jew ta’ alternattiva adegwata għalih kif meħtieġ mill-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(398) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-karatteristiċi speċifiċi tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, b’mod partikolari l-objettiv li tiġi garantita l-attraenza tar-rikapitalizzazzjoni għall-investituri privati u l-kondiviżjoni sinifikanti tal-piżijiet aċċettata minn dawk l-investituri, filwaqt li jikkostitwixxu karatteristika sinifikanti tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS u kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-ammont ta’ għajnuna meħtieġa, ma jiġġustifikawx tali applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE li jippermetti deroga mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(399) |
Il-Kummissjoni tqis, l-ewwel, li d-Danimarka u l-Iżvezja ma wrewx li n-nuqqas ta’ mekkaniżmu step-up kien kunsiderazzjoni importanti għall-investituri privati, u, b’mod partikolari, li l-inklużjoni ta’ tali mekkaniżmu kienet tikkomprometti l-parteċipazzjoni tagħhom fir-rikapitalizzazzjoni. Għaldaqstant, ma jistax jitqies li l-inklużjoni ta’ tali mekkaniżmu kienet tiskoraġġixxi b’mod sinifikanti lill-investituri privati milli jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. |
|
(400) |
It-tieni, bħala riżultat tal-Miżura, il-livell Daniż u Żvediż ta’ parteċipazzjoni azzjonarja f’SAS żdied b’mod konsiderevoli, irrispettivament mill-parteċipazzjoni ta’ investituri privati fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Għalhekk, il-Miżura, u b’mod aktar speċifiku, l-istrument ta’ ekwità tal-Miżura, kellha tkun akkumpanjata minn inċentivi biex jitħeġġeġ il-bejgħ tal-ishma tal-COVID-19 akkwistati mid-Danimarka u mill-Iżvezja, kif meħtieġ mill-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(401) |
It-tielet, filwaqt li l-iskattar ta’ step-up, b’mod partikolari fil-forma tal-għoti ta’ ishma addizzjonali, ikollu l-effett li jkompli jdgħajjef l-ishma tal-azzjonisti privati, inklużi dawk li għadhom kif ġew akkwistati minn investituri privati fil-kuntest tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, jibqa’ l-fatt li l-objettiv tal-mekkaniżmu step-up huwa li jirrestawra l-istatus quo ante, jiġifieri, il-livell ta’ parteċipazzjoni azzjonarja tad-Danimarka u tal-Iżvezja qabel il-pandemija tal-COVID-19. Dan għandu l-għan li jinċentiva lill-benefiċjarju jew lil investituri oħra biex jixtru lura l-ishma tal-Istat Membru akkwistati permezz tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19, billi b’mod partikolari jagħmel is-sjieda tal-Istat ta’ dawk l-ishma aktar għalja għal SAS. B’dak l-inċentiv, dawn tal-aħħar jew investituri oħra huma mħeġġa jixtru lura dawk l-ishma tal-COVID-19 mill-Istat Membru, sabiex il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ dak l-Istat Membru titnaqqas għal-livell li kellu qabel il-COVID-19. Il-punt 61 tal-Qafas Temporanju jħalli marġni ta’ 4 u 6 snin (f’żewġ stadji suċċessivi) wara l-għoti tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 biex il-benefiċjarju jew investituri oħra jixtru lura dawk l-ishma tal-COVID-19. Matul dak il-perjodu, huwa possibbli li jixtru lura l-ishma tal-COVID-19 mill-Istat Membru, sabiex l-istep-up ma tiġix skattata u fl-aħħar mill-aħħar tiġi evitata dilwizzjoni tal-azzjonisti privati. Għalhekk, l-eżistenza ta’ mekkaniżmu step-up, jew ta’ alternattiva adegwata għalih, ma hijiex inkompatibbli mal-parteċipazzjoni ta’ investituri privati f’rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19. |
|
(402) |
F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li d-Danimarka u l-Iżvezja ma wrewx li l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu step-up, jew ta’ alternattiva adegwata għalih, kienet taffettwa materjalment il-kapaċità ta’ SAS li tattira investituri privati biex jerfgħu parti mill-piż tar-rikapitalizzazzjoni. |
|
(403) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li deroga mir-rekwiżit fil-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju ma hijiex ġustifikata f’dan il-każ. |
|
(404) |
Minn dan isegwi li l-Miżura, kif mogħtija lil SAS fis-26 ta’ Ottubru 2020, ma tikkonformax mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, peress li ma hijiex akkumpanjata minn mekkaniżmu step-up jew alternattiva adegwata għalih. |
|
(405) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni se teżamina l-mekkaniżmu alternattiv imressaq minn SAS f’każ li l-Kummissjoni kellha tikkonkludi li l-Miżura ma tikkonformax mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
Alternattiva għal mekkaniżmu step-up ipprovduta minn SAS
|
(406) |
Kif indikat fil-premessi (148) u (149), fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ SAS ipproponiet mekkaniżmu li, fil-fehma tagħha, jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(407) |
Dak il-mekkaniżmu essenzjalment: (i) jiġi attivat 4 snin wara l-għoti tal-Miżura, jekk l-Istat rilevanti ma jkunx biegħ mill-inqas 40 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu, u 6 snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19, jekk l-Istat rilevanti ma jkunx biegħ il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu bis-sħiħ; u (ii) meta jiġi attivat, iżid ir-remunerazzjoni lid-Danimarka u/jew lill-Iżvezja bl-ammont ta’ 10 % tal-parteċipazzjoni addizzjonali rispettiva tagħhom li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 u li tkun għadha ma tħallsitx lura. Dik iż-żieda fir-remunerazzjoni ma tiħux il-forma ta’ ishma addizzjonali, kif previst b’mod espliċitu fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. Minflok, SAS jew (i) temenda t-termini tal-istrumenti kapitali ibridi Daniżi u/jew Żvediżi biex iżżid l-ammont pagabbli taħthom; jew (ii) toħroġ strument ġdid lid-Danimarka u/jew lill-Iżvezja taħt l-istess termini bħall-istrumenti kapitali ibridi. |
|
(408) |
Il-Kummissjoni tosserva, l-ewwel, li l-mekkaniżmu pprovdut minn SAS jiġi attivat fl-istess terminu ta’ żmien u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, jiġifieri, 4 snin wara l-għoti tal-Miżura, jekk l-Istat Membru rilevanti ma jkunx biegħ mill-inqas 40 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu, u 6 snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità tal-COVID-19, jekk l-Istat Membru rilevanti ma jkunx biegħ il-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu bis-sħiħ. |
|
(409) |
It-tieni, dak il-mekkaniżmu jipprovdi, kemm wara r-raba’ sena kif ukoll wara s-sitt sena wara l-għoti tal-Miżura, żieda fir-remunerazzjoni pagabbli lid-Danimarka u/jew lill-Iżvezja b’10 % tal-parteċipazzjoni addizzjonali rispettiva tagħhom li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 li tkun għadha ma ġietx irrimborsata. Din iż-żieda fir-remunerazzjoni tikkorrispondi għaż-żieda minima meħtieġa skont il-punt 61 tal-Qafas Temporanju. |
|
(410) |
It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li l-mekkaniżmu mressaq minn SAS ma jipprovdix żieda fir-remunerazzjoni fil-forma ta’ ishma addizzjonali. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva wkoll li, filwaqt li l-għoti ta’ ishma addizzjonali huwa l-mekkaniżmu speċifikament previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, din id-dispożizzjoni tirreferi wkoll għal “mekkaniżmi oħra”. Barra minn hekk, il-punt 62 tal-Qafas Temporanju jikkonferma l-flessibbiltà li għandha l-Kummissjoni sabiex taċċetta mekkaniżmi alternattivi fir-rigward tal-forma ta’ din ir-remunerazzjoni. Fil-mekkaniżmu ppreżentat minn SAS, dik ir-remunerazzjoni se tieħu l-forma jew ta’ ammont miżjud pagabbli skont in-noti ibridi tal-Istat miżmuma mid-Danimarka u mill-Iżvezja, jew permezz tal-ħruġ minn SAS ta’ strument ġdid lid-Danimarka u lill-Iżvezja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet bħal dawk in-noti ibridi tal-Istat fid-data tal-iskattar tal-mekkaniżmu (206). |
|
(411) |
Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li l-mekkaniżmu mressaq minn SAS (i) ikollu l-istess impatt fuq ir-remunerazzjoni tad-Danimarka u tal-Iżvezja bħal dak tal-mekkaniżmu step-up previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju, u (ii) jinċentiva x-xiri lura tal-ishma akkwistati mid-Danimarka u mill-Iżvezja permezz tal-Miżura, billi jrendi dawk l-ishma (li ma jinbigħux qabel l-iskattar tal-mekkaniżmu għal-livell tagħhom ta’ qabel il-COVID-19) gradwalment aktar għaljin għal SAS. |
|
(412) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu propost minn SAS iwassal b’mod ġenerali għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u jkollu impatt simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat bħal dak tal-mekkaniżmu step-up previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu, kif deskritt fil-premessa (148), jikkonforma mal-punt 62 tal-Qafas Temporanju. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni se teżamina jekk ikunx xieraq u proporzjonat f’dan il-każ li d-Danimarka u l-Iżvezja jintalbu jehmżu tali mekkaniżmu mal-Miżura, bħala kundizzjoni biex il-Miżura tiġi ddikjarata konformi mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
L-adegwatezza u l-proporzjonalità li d-Danimarka u l-Iżvezja jintalbu jimplimentaw il-mekkaniżmu deskritt, bħala kundizzjoni biex il-Miżura tiġi ddikjarata konformi mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju
|
(413) |
Kif indikat fil-premessi (405) u (413), il-Miżura ma tikkonformax mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Madankollu, il-mekkaniżmu mressaq minn SAS fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni tal-ftuħ ikun konformi ma’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-Qafas Temporanju jekk jiġi implimentat mid-Danimarka u mill-Iżvezja. |
|
(414) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat talba għal informazzjoni lid-Danimarka u lill-Iżvezja biex tistaqsi jekk l-implimentazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu tkunx xierqa u proporzjonata fil-fehmiet ta’ dawk l-Istati Membri (il-premessa (222)). |
|
(415) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja rrikonoxxew li l-mekkaniżmu pprovdut minn SAS, fil-fehma tagħhom, jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(416) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw li ma jkun hemm l-ebda ostakolu kbir għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu pprovdut minn SAS, u li ma jkun hemm l-ebda alternattiva inqas restrittiva għal dak il-mekkaniżmu li tissodisfa r-rekwiżiti tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(417) |
Kif indikat fil-premessi (408) sa (412), il-Kummissjoni tqis li l-alternattiva għal mekkaniżmu step-up sostnut minn SAS tikkonforma mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. |
|
(418) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li d-Danimarka u l-Iżvezja huma meħtieġa, bħala kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-Miżura, li jimplimentaw dak il-mekkaniżmu ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat ir-rispett tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju. Kif indikat fil-premessi (409) u (410), l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu sostnut minn SAS se sseħħ fl-istess dati bħal dawk previsti taħt il-punt 61 tal-Qafas Temporanju, u ż-żieda fir-remunerazzjoni se tikkorrispondi għaż-żieda minima meħtieġa skont dik l-istess dispożizzjoni. |
|
(419) |
Il-Kummissjoni tosserva, b’mod partikolari, li, jekk il-mekkaniżmu jiġi implimentat, l-ewwel attivazzjoni tiegħu, li kieku kellu jiġi skattat, issir 4 snin wara l-għoti tal-Miżura, jiġifieri, sas-26 ta’ Ottubru 2024, jekk id-Danimarka u l-Iżvezja jkunu għadhom ma bigħux mill-inqas 40 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja rispettiva tagħhom sa dak iż-żmien. Għalhekk, anki jekk dak il-mekkaniżmu ma kienx ipprovdut taħt il-Miżura mogħtija fis-26 ta’ Ottubru 2020, l-implimentazzjoni tiegħu fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni lid-Danimarka u lill-Iżvezja xorta tissodisfa b’mod preċiż il-perjodu ta’ żmien previst fil-punt 61 tal-Qafas Temporanju. |
|
(420) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-mekkaniżmu inkwistjoni ġie sostnut mill-benefiċjarju tal-Miżura, għall-benefiċċju ta’ dawk iż-żewġ Stati Membri. |
|
(421) |
F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni tal-mekkaniżmu sostnut minn SAS tiżgura r-rispett tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju u li huwa xieraq u proporzjonat, f’dan il-każ, li d-Danimarka u l-Iżvezja, bħala kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-Miżura, jkunu meħtieġa jimplimentaw dak il-mekkaniżmu, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni. |
Konklużjoni dwar il-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju
|
(422) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura tikkonforma mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, bil-kundizzjoni li d-Danimarka u l-Iżvezja jimplimentaw il-mekkaniżmu deskritt fil-premessa (148) fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-deċiżjoni. |
6.3.4.1.3. Ħruġ tal-Istat
|
(423) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li skont l-Att Żvediż dwar il-Kumpaniji, SAS ma setgħetx tixtri lura ishma ordinarji mingħand xi azzjonisti speċifiċi biss, iżda biss mingħand l-azzjonisti kollha bl-istess termini (il-premessi (122)) sa (124)). Hija tinnota, madankollu, li d-Danimarka u l-Iżvezja jistgħu jbigħu fi kwalunkwe mument is-sehem tagħhom fl-ekwità tal-COVID-19 bil-prezzijiet tas-suq lil xerrejja oħra għajr SAS. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 63 u 64 tal-Qafas Temporanju huma ssodisfati. |
6.3.4.2.
|
(424) |
F’konformità mal-punt 65 tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni tivvaluta r-remunerazzjoni ġenerali tan-Noti Ibridi Diretti billi tqis il-karatteristiċi tal-istrument (il-premessi (106) u (107)), l-inċentivi inkorporati tiegħu għall-ħruġ u rata tal-imgħax xierqa. |
|
(425) |
Skont il-punt 66 tal-Qafas Temporanju, l-istrumenti kapitali ibridi, sakemm jiġu kkonvertiti fi strumenti simili għal ekwità, irid ikollhom remunerazzjoni minima li tkun mill-inqas ugwali għar-rata bażi (IBOR għal sena jew ekwivalenti kif ippubblikat mill-Kummissjoni) (207) flimkien mal-primjum kif stabbilit fit-Tabella 5. Tabella 5 Remunerazzjoni tal-istrumenti kapitali ibridi: IBOR għal sena jew ekwivalenti +
|
|
(426) |
Kif spjegat fil-premessa (106), ir-remunerazzjoni tal-istrumenti ibridi tuża STIBOR 6M (ir-Rata Interbankarja Offruta ta’ Stokkolma ta’ 6 Xhur) bħala r-rata bażi. Il-Kummissjoni tinnota li, fis-swieq SEK, ma teżisti l-ebda STIBOR pubblika għal sena biex tintuża bħala rata bażi (208). Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li, fiż-żmien meta ngħatat il-Miżura, l-itwal STIBOR ippubblikata kienet ir-rata għal 6 xhur (STIBOR 9M ma kinitx disponibbli lanqas). Il-Kummissjoni adottat STIBOR 6M bħala rata bażi għas-swieq tal-muniti SEK, ikkalkulata skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (209). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li STIBOR 6M hija r-rata bażi xierqa li għandha tiġi applikata biex tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda maħruġa minn SAS, f’SEK, u għalhekk l-imgħax ikun pagabbli kull 6 xhur. |
|
(427) |
F’konformità mal-premessa (106), ir-remunerazzjoni tal-ibridi l-ġodda maħruġa minn SAS għad-Danimarka u għall-Iżvezja hija stabbilita kif deskritt fit-Tabella 6. Tabella 6 Remunerazzjoni tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda: STIBOR 6M +
|
|
(428) |
Meta qabblet ir-remunerazzjoni tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda (Tabella 6) mar-remunerazzjoni minima stabbilita fil-Qafas Temporanju (Tabella 5), il-Kummissjoni tinnota li r-remunerazzjoni tal-NSHN1 hija 90bps ogħla mir-remunerazzjoni minima meħtieġa skont il-Qafas Temporanju. Fir-rigward tal-NSHN2 imqiegħed mad-Danimarka, din id-differenza tiżdied għal 190bps fuq ir-remunerazzjoni minima meħtieġa. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-differenza fir-remunerazzjoni (100bps) bejn l-NSHN1 u l-NSHN2 hija dovuta għal ftehim bejn id-Danimarka u l-Iżvezja aktar milli minħabba differenzi fil-profil tar-riskju tal-istrumenti ibridi (210). |
|
(429) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li dawk l-istrumenti ibridi huma ttrattati bħala ekwità skont l-IFRS (il-premessa (107)), peress li għandhom ħafna karatteristiċi simili għall-ekwitajiet, li jagħmel dawk l-istrumenti aktar riskjużi għall-investituri. Għalhekk, ir-remunerazzjonijiet ogħla tagħhom, li huma ogħla mir-remunerazzjoni minima meħtieġa skont il-punt 66 tal-Qafas Temporanju (90bps u 190bps), iqisu r-riskju addizzjonali li jaċċettaw id-Danimarka u l-Iżvezja bħala investituri: (i) dawk l-istrumenti kapitali ibridi huma qrib l-ekwità f’termini ta’ privileġġjar (211); (ii) ma humiex konvertibbli f’ishma (il-premessa (107)); (iii) iġorru kupuni pagabbli biss skont id-diskrezzjoni ta’ SAS (il-premessa (108)) (212); (iv) huma perpetwi fit-tul (il-premessa (106)). |
|
(430) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kupuni fl-aħħar mill-aħħar jitħallsu, speċjalment minħabba li SAS għandha l-għażla li ma tagħmilx dan, huma stabbiliti diversi mekkaniżmi ta’ inċentiv: (i) l-imgħax fuq kupuni mhux imħallsa (differiti) huwa kompost; (ii) kupuni dejjem jakkumulaw għall-ammont nominali inizjali tan-noti ibridi; u (iii) ir-rekwiżiti tal-imġiba se japplikaw sakemm l-ammont nominali tan-noti ibridi u l-pretensjonijiet tagħhom ikunu tħallsu lura kompletament mill-kumpanija irrispettivament minn bejgħ potenzjali ta’ pretensjonijiet, sakemm in-noti ibridi tal-Istat il-ġodda kollha ma jinbigħux b’parità jew aktar bl-inklużjoni ta’ pagamenti ta’ kupuni akkumulati (inkluż imgħax kompost). |
|
(431) |
Fir-rigward tal-inċentivi ta’ ħruġ għall-parteċipazzjoni Daniża u Żvediża, in-noti ibridi tal-Istat il-ġodda jinkludu rata tal-imgħax annwali li tiżdied (flimkien ma’ interessi komposti fil-każ ta’ kupuni mhux imħallsa) li tagħmilhom sors dejjem aktar għali ta’ finanzjament għall-kumpanija. Barra minn hekk, f’konformità mal-Qafas Temporanju, dawk l-istrumenti ibridi jeħtieġ li jinfdew sabiex jintemmu l-impenji ta’ mġiba imposti fuq SAS u s-sussidjarji tagħha. Dawk l-elementi kollha joħolqu inċentivi qawwija għal SAS biex tħallas lura jew biex tiffinanzja mill-ġdid in-Noti Ibridi tal-Istat malajr kemm jista’ jkun. |
|
(432) |
Filwaqt li tqis il-profil tar-riskju partikolari, il-karatteristiċi u l-inċentivi ta’ ħruġ inkorporati tan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda, il-Kummissjoni tqis li żieda ta’ 90bps fuq ir-remunerazzjoni minima (213) stabbilita fit-Tabella 6 tirremunera b’mod adegwat lid-Danimarka u lill-Iżvezja għan-noti ibridi l-ġodda tagħhom. Kif spjegat fil-premessi (428) sa (429), dan ir-rekwiżit huwa ssodisfat għan-noti ibridi tal-Istat il-ġodda. |
|
(433) |
Skont Ryanair, ikun meħtieġ marġni ta’ 400 bps li jaqbeż ir-rekwiżit ta’ remunerazzjoni minima stabbilit fil-Qafas Temporanju biex jikkumpensa b’mod adegwat lill-Iżvezja u lid-Danimarka (ara l-premessa (196)). Kif spjegat fir-rapport Oxera, il-metodoloġija użata biex wieħed jasal għaċ-ċifra ta’ 400bps hija bbażata fuq parametri referenzjarji tas-suq. Ryanair tqis ukoll li d-differenza fil-marġni ta’ 100bps bejn iż-żewġ noti ibridi, li hija tgħid li huma identiċi f’termini tal-profil tar-riskju tagħhom, hija fiha nnifisha evidenza li r-remunerazzjoni ma ntgħażlitx fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet tanġibbli jew kredibbli. |
|
(434) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri mogħtija skont il-Qafas Temporanju jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat minħabba li jagħtu vantaġġ li l-benefiċjarju ma setax jikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk, ma hemm l-ebda rekwiżit fil-Qafas Temporanju li remunerazzjoni adegwata ta’ strumenti kapitali ibridi jenħtieġ li tkun ibbażata fuq parametri referenzjarji tas-suq. Minflok, il-punt 65 tal-Qafas Temporanju jirrikjedi li r-remunerazzjoni globali għall-istrument kapitali ibridu għandha tqis b’mod adegwat il-karatteristiċi tal-istrument, l-inċentivi inkorporati tiegħu għall-ħruġ u rata ta’ referenza xierqa. Il-Kummissjoni tqis dawk l-elementi fil-premessi (425) sa (433) u, fid-dawl tagħhom, tikkonkludi li remunerazzjoni ta’ 90bps li taqbeż ir-rekwiżit ta’ remunerazzjoni minima stabbilit fil-Qafas Temporanju hija xierqa f’dan il-każ. Fir-rigward tad-differenza fil-marġni ta’ 100bps bejn iż-żewġ noti ibridi, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li din ma hijiex ibbażata fuq differenza fil-profil tar-riskju ta’ dawn l-istrumenti, iżda hija pjuttost ir-riżultat ta’ ftehim bejn id-Danimarka u l-Iżvezja (ara l-premessa (429)). Naturalment, peress li l-Kummissjoni tqis li marġni ta’ 90bps li jaqbeż ir-rekwiżiti minimi ta’ remunerazzjoni stabbiliti fil-Qafas Temporanju jikkostitwixxi remunerazzjoni adegwata f’dan il-każ, l-istess huwa neċessarjament minnu għal marġni ta’ eċċess saħansitra ogħla ta’ 190bps. |
|
(435) |
Filwaqt li l-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tistabbilixxi r-remunerazzjoni adegwata b’referenza għal parametru referenzjarju tas-suq, ta’ min jinnota wkoll li l-valutazzjoni ta’ Ryanair, fi kwalunkwe każ, ma tistabbilixxix parametru referenzjarju affidabbli għar-remunerazzjoni tas-suq relatat mal-istrumenti ibridi kkonċernati. Pereżempju, bosta mill-istrumenti finanzjarji użati minn Ryanair fl-analiżi tagħha biex tistma l-allegat marġni addizzjonali meħtieġ, bħal bonds privileġġjati mhux konvertibbli (ara l-premessa (197)), ma humiex strumenti ibridi iżda strumenti ta’ dejn. Għall-kuntrarju, ir-remunerazzjoni minima stabbilita fil-punt 66 tal-Qafas Temporanju (li magħha jiżdiedu, f’dan il-każ, marġnijiet ta’ 90 bps u 190 bps) hija remunerazzjoni li tapplika speċifikament għall-istrumenti kapitali ibridi, u dik ir-remunerazzjoni, li tirrifletti subordinazzjoni aktar profonda u fatturi oħra ta’ riskju relatati ma’ strumenti ta’ ekwità jew simili għal ekwità, hija konsiderevolment ogħla minn dik għall-istrumenti ta’ dejn kif stabbilit fil-punt 27(a) tal-Qafas Temporanju. |
6.3.4.3.
|
(436) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li għall-istrument ta’ ekwità, ir-remunerazzjoni Daniża u Żvediża u l-inċentivi ta’ ħruġ jikkonformaw mal-punti 60 sa 64 tal-Qafas Temporanju, dment li d-Danimarka u l-Iżvezja jikkonformaw mal-kundizzjoni stabbilita fil-premessa (423). Fir-rigward tal-istrument kapitali ibridu, kemm għall-NSHN1 kif ukoll għall-NSHN2, il-Kummissjoni tqis li r-remunerazzjoni għad-Danimarka u għall-Iżvezja u l-inċentivi ta’ ħruġ jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-punti 65 sa 70 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5. Governanza u prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni
6.3.5.1.
|
(437) |
Skont il-punt 72 tal-Qafas Temporanju, jekk il-benefiċjarju ta’ miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 li hija ogħla minn EUR 250 miljun ikun impriża b’saħħa sinifikanti fis-suq f’mill-inqas wieħed mis-swieq rilevanti li topera fihom, l-Istati Membri jridu jipproponu miżuri addizzjonali biex jippreservaw il-kompetizzjoni effettiva f’dawk is-swieq. |
|
(438) |
Il-Miżura tikkonċerna rikapitalizzazzjoni ta’ SEK 11-il biljun (EUR 1 069 miljun) favur SAS. Minħabba dak l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni, il-Kummissjoni trid tivvaluta fid-deċiżjoni preżenti jekk SAS kellhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-finijiet tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.1.1. Identifikazzjoni tas-swieq rilevanti
|
(439) |
Fil-prattika deċiżjonali preċedenti tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (214) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) fis-settur tat-trasport bl-ajru, il-Kummissjoni ddefiniet is-swieq rilevanti għas-servizzi skedati tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri fuq il-bażi ta’ żewġ approċċi: (i) l-approċċ O&D, fejn il-mira kienet trasportatur tal-ajru attiv (215); u (ii) l-approċċ “minn ajruport għal ajruport”, f’ċerti ċirkostanzi, meta l-mira kienet tinkludi portafoll ta’ slots importanti (216). |
|
(440) |
Skont l-approċċ O&D, kull kombinament ta’ ajruport jew belt ta’ oriġini u ajruport jew belt ta’ destinazzjoni huwa definit bħala suq distint. Dik id-definizzjoni tas-suq tirrifletti l-perspettiva tan-naħa tad-domanda, jiġifieri, il-fatt li l-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw minn belt ta’ oriġini lejn belt ta’ destinazzjoni ma jqisux pari differenti ta’ bliet bħala sostitwibbli. |
|
(441) |
Filwaqt li l-Kummissjoni ġeneralment tat preeminenza lis-sostituzzjoni min-naħa tad-domanda, il-perspettiva min-naħa tal-provvista wkoll kellha rwol fil-prattika tagħha fir-rigward kemm tad-definizzjoni tas-suq kif ukoll tal-valutazzjoni kompetittiva f’dan is-settur. Pereżempju, il-Kummissjoni nnotat li l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru sseħħ ukoll fil-livell tan-network, peress li t-trasportaturi tan-network jibnu n-networks tagħhom u jiddeċiedu li jtiru essenzjalment fuq rotot konnessi maċ-ċentri tagħhom (217). Xi trasportaturi bi prezzijiet baxxi affermaw ukoll li, bit-tkabbir tal-linji tal-ajru minn punt għal punt, is-sostituzzjoni min-naħa tal-provvista hija aspett dejjem aktar importanti tad-definizzjoni tas-suq (218). |
|
(442) |
Skont l-approċċ minn ajruport għal ajruport, kull ajruport (jew ajruporti sostitwibbli) huwa definit bħala suq distint. Dik id-definizzjoni tas-suq tippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-effetti ta’ tranżazzjoni fuq l-operat ġenerali tas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri f’ajruport partikolari fuq il-bażi b’mod partikolari tal-portafoll tas-slots miżmum minn trasportatur fl-ajruport, mingħajr ma tiddistingwi bejn ir-rotot speċifiċi servuti lejn jew minn dak l-ajruport. Is-setgħa tal-benefiċjarju fi swieq rilevanti bħal dawn se tiġi vvalutata inter alia fuq il-bażi tal-livell ta’ konġestjoni tal-ajruport u l-ishma tal-benefiċjarju tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-ajruport li huwa għandu l-permess li juża għall-operazzjonijiet tiegħu (jiġifieri, ishma ta’ slots) (219). |
|
(443) |
L-approċċ minn ajruport għal ajruport ġie adottat, b’mod partikolari, biex jiġu vvalutati l-effetti tat-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ linja tal-ajru f’ċerti ajruporti u r-riskji għal kompetizzjoni effettiva li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni ta’ slots f’ċerti ajruporti f’idejn impriża (220). Il-Kummissjoni nnotat, fil-qafas tal-politika tagħha dwar l-ajruporti, li “is-slots huma riżorsa skarsa” u li “[l]-aċċess għal tali riżorsi huwa kruċjali għall-provvediment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru u għall-ħarsien ta’ kompetizzjoni effettiva” (221). Il-Kummissjoni ġabret ir-rotot kollha li joriġinaw jew li jintemmu f’ajruport bl-għan li tiddefinixxi s-sitwazzjoni rilevanti fin-nuqqas tat-tranżazzjoni, b’mod partikolari fil-każ tal-akkwist ta’ trasportatur tal-ajru li jkun daħal fi proċedimenti ta’ insolvenza (222). |
|
(444) |
Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li s-swieq li fihom jopera l-benefiċjarju li huma rilevanti għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effetti distorsivi tal-Miżura fuq il-kompetizzjoni, għall-finijiet tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju, huma s-swieq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn l-ajruporti moqdija mill-benefiċjarju u minnhom. Dik il-konklużjoni hija kkonfermata mill-fatt li l-Miżura għandha l-għan li tippreserva l-kapaċità ġenerali tal-benefiċjarju li jopera servizzi tat-trasport bl-ajru, b’mod partikolari l-iżgurar tal-preservazzjoni tal-assi tiegħu u tad-drittijiet tiegħu li jopera fuq terminu medju/twil. Dawn l-assi u drittijiet ma humiex assenjati, bħala prinċipju, għal xi rotta partikolari. Dan huwa partikolarment minnu għal slots f’ajruport ikkoordinat (223), li jistgħu jkunu ta’ valur kbir u jistgħu jintużaw fuq kwalunkwe rotta lejn u minn dak l-ajruport. Din il-konklużjoni hija kkorroborata wkoll mill-Att tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti (224), li jindika, fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna tiegħu, li l-fokus tal-valutazzjoni fil-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat huwa l-benefiċjarju tal-għajnuna inkwistjoni u l-industrija jew is-settur ikkonċernat pjuttost milli l-identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi li jiffaċċja dan ir-riċevitur. |
|
(445) |
Il-Miżura tappoġġa l-operazzjonijiet ta’ SAS b’mod ġenerali u għalhekk tista’ potenzjalment taffettwa l-kompetizzjoni fuq ir-rotot kollha li joriġinaw u jaslu f’ajruport li fih għandha slots, irrispettivament mill-pożizzjoni kompetittiva speċifika ta’ SAS fuq kwalunkwe waħda minn dawk ir-rotot speċifiċi. Meta jitqies li l-Miżura ma twassalx għal tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ SAS fuq ċerti O&Ds meta mqabbla ma’ oħrajn u tipproduċi effetti fuq is-sitwazzjoni ġenerali ta’ SAS, ma huwiex xieraq li jiġi analizzat l-impatt tal-Miżura fuq kull waħda minn dawk ir-rotot separatament. Minflok, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju, huwa xieraq li jiġi segwit l-approċċ ta’ “minn ajruport għal ajruport” u li jiġu definiti bħala swieq rilevanti l-ajruporti li fihom SAS tipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru tal-passiġġieri. |
|
(446) |
Fil-kummenti tagħha, Ryanair issostni li l-effetti tal-Miżura fuq il-kapaċità ġenerali ta’ SAS li topera ma jipprekludux li l-pożizzjoni kompetittiva speċifika ta’ SAS f’kull wieħed mill-O&Ds tiġi affettwata bħala riżultat tal-Miżura. Hija tikkonkludi li ma hemm l-ebda raġuni valida biex ma jiġi vvalutat l-ebda wieħed mill-O&Ds ikkonċernati mill-Miżura. |
|
(447) |
Il-konklużjoni ta’ Ryanair li permezz tagħha, skont l-approċċ minn ajruport għal ajruport, l-ebda O&D ma huwa ddefinit bħala suq rilevanti, tirrifletti qari żbaljat tad-definizzjoni tas-suq adottata mill-Kummissjoni u tal-konsegwenzi tagħha. Skont l-approċċ minn ajruport għal ajruport, l-O&Ds kollha lejn u minn ajruport partikolari huma rilevanti u inklużi fil-valutazzjoni ġenerali tal-effetti tal-għajnuna, għalkemm mhux fuq bażi individwali. Id-definizzjoni ta’ kull O&D speċifiku li fih kienet topera SAS qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 bħala rilevanti, kif argumentat minn Ryanair, ma tipprovdix il-qafas ta’ valutazzjoni t-tajjeb għal miżura ta’ rikapitalizzazzjoni li, min-natura tagħha, ma twassalx għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-benefiċjarju f’ċerti swieq O&D meta mqabbla ma’ oħrajn. Għall-istess raġuni, l-affermazzjoni ta’ Ryanair li l-Kummissjoni kellha tivvaluta s-setgħa tas-suq ta’ SAS fuq O&Ds flimkien ma’ valutazzjoni minn ajruport għal ajruport ma tistax tiġi sostnuta (225). |
6.3.5.1.2. Ħarsa ġenerali lejn l-ajruporti rilevanti
|
(448) |
Il-Kummissjoni tqis li huma biss l-ajruporti kkoordinati fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) li fihom SAS kellha bażi (226) qabel il-pandemija tal-COVID-19 li huma rilevanti għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(449) |
L-ewwel, fil-kuntest ta’ din il-valutazzjoni, SAS ma tistax titqies li għandha saħħa sinifikanti fis-suq fl-ajruporti li fihom hija ma għandhiex bażi. B’mod partikolari, il-fatt li trasportatur tal-ajru jkollu bażi f’ajruport partikolari għandu t-tendenza li juri li huwa stabbilit f’dak l-ajruport fuq bażi fit-tul, li tippermettilu jeżerċita livell aktar sostnut ta’ pressjoni kompetittiva fuq il-kompetituri tiegħu li joperaw fl-istess ajruport. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, il-pussess ta’ bażi jagħti ċerti vantaġġi, bħall-flessibbiltà li wieħed jaqleb bejn ir-rotot, l-użu mill-ġdid tal-inġenji tal-ajru, it-tnaqqis tal-ispejjeż ta’ tfixkil, l-iskambju tal-ekwipaġġi, il-kura tal-klijenti u l-għarfien tal-marka (227). Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ bażi f’ajruport partikolari ġeneralment jimplika li l-persunal tat-trasportatur jiġi assenjat f’dik il-bażi u li l-inġenju tal-ajru stazzjonat f’dik il-bażi jista’ jintuża fuq kwalunkwe waħda mir-rotot O&D li jitilqu minnha. Minn dan isegwi li trasportatur li għandu bażi f’ajruport partikolari jinsab f’pożizzjoni aħjar biex jistabbilixxi preżenza kummerċjali stabbli u fit-tul – bil-possibbiltà li jakkwista u jżomm ċertu grad ta’ saħħa fis-suq – minn trasportatur li jopera f’dak l-ajruport mingħajr bażi hemmhekk. |
|
(450) |
Ryanair issostni li ma huwiex ġustifikat li d-definizzjoni ta’ swieq rilevanti tiġi ristretta għall-ajruporti fejn SAS għandha bażi. Hija tosserva wkoll li, fil-punt 331 tas-sentenza Lufthansa, il-Qorti Ġenerali ma għalqitx il-bieb tad-dmir tal-Kummissjoni li tivvaluta l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti tal-benefiċjarju fis-suq fl-ajruporti fejn huwa ma jkollux bażi jekk jiġu prodotti provi suffiċjenti f’dan is-sens. B’appoġġ għall-osservazzjoni tagħha, Ryanair tirreferi għal (i) il-mudell ta’ Ryanair stess, li allegatament juri li ma huwiex meħtieġ li linja tal-ajru jkollha bażi f’ajruport biex topera b’suċċess f’dak l-ajruport; u (ii) eżempji ta’ ajruporti fejn is-sehem ta’ SAS f’termini ta’ postijiet stazzjonati qabeż l-40 u l-50 % anki jekk SAS ma operatx bażi f’dawk l-ajruporti (Ålesund, Umeå, Haugesund, Åre-Östersund, u Ängelholm-Helsingborg). |
|
(451) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn l-argumenti ma jikkontestawx il-konklużjoni tagħha. Skont l-Artiklu tal-Grupp ta’ Riflessjoni sottomess minn Ryanair f’anness għall-kummenti tagħha, Ryanair kienet topera 87 bażi fl-Ewropa qabel il-pandemija tal-COVID-19 (228). Ryanair la tispjega għaliex tqis il-mudell tagħha bħala mhux iċċentrat madwar bażijiet stabbiliti fiż-ŻEE, inkluż f’ajruporti reġjonali, u lanqas għaliex l-“operazzjonijiet ta’ suċċess” jenħtieġ li jkunu ekwivalenti għal saħħa sinifikanti fis-suq. Fir-rigward tal-eżempji tal-ajruporti servuti minn SAS li jużaw ajruplani mhux ibbażati, Ryanair tonqos milli ssemmi li, minħabba d-daqs żgħir ħafna ta’ dawn l-ajruporti, SAS kisbet dawn l-ishma ta’ postijiet billi operat rotta waħda lejn u minn kull wieħed mill-ajruporti (229). Tali operazzjonijiet limitati f’ajruport ma jappoġġawx sejba ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fl-ajruport (230). Barra minn hekk, l-argumenti ta’ Ryanair dwar il-possibbiltà għal linja tal-ajru li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’ajruport fejn m’għandhiex bażi jmorru kontra r-raġunament tagħha fir-rigward tal-ostakoli għad-dħul (231). B’mod aktar speċifiku, Ryanair issostni li l-Kummissjoni kellha tirrikonoxxi li ekonomiji ta’ firxa (232) u ekonomiji ta’ network (233) huma fatturi li jistgħu jimpedixxu lil kompetitur potenzjali milli jistabbilixxi jew jespandi l-preżenza tiegħu f’ajruport. B’din l-affermazzjoni, Ryanair tirrikonoxxi, fil-fatt, li l-operat ta’ bażi – anki ta’ bażi kbira (ċentru) – huwa deċiżiv għall-kapaċità ta’ linja tal-ajru li jkollha saħħa sinifikanti fis-suq f’ajruport. |
|
(452) |
It-tieni, SAS ma tistax titqies, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju, li għandha saħħa sinifikanti fis-suq f’ajruporti li ma jikkwalifikawx bħala kkoordinati skont ir-Regolament dwar is-Slots. F’ajruporti kkoordinati, id-domanda għall-infrastruttura tal-ajruport, b’mod partikolari s-slots, taqbeż b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-ajruport, filwaqt li l-espansjoni tal-infrastruttura tal-ajruport biex tiġi ssodisfata d-domanda ma hijiex possibbli f’terminu qasir. Min-naħa l-oħra, f’ajruporti mhux ikkoordinati, il-kapaċità tal-ajruport ġeneralment taqbeż id-domanda mil-linji tal-ajru u hemm biżżejjed slots disponibbli biex jippermettu d-dħul jew l-espansjoni ta’ kompetitur fuq skala suffiċjenti sabiex jikkontesta b’mod effettiv lil SAS fuq kwalunkwe O&D lejn u mill-ajruport. |
|
(453) |
It-tielet, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fit-territorju taż-ŻEE. Il-Kummissjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina, skont dawn ir-regoli, jekk SAS għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq f’ajruport li jinsab f’pajjiż mhux taż-ŻEE. |
|
(454) |
Ir-raba’, il-punt 72 jeħtieġ valutazzjoni tas-saħħa fis-suq tal-benefiċjarju bbażata fuq l-operazzjonijiet tiegħu qabel l-għoti tal-għajnuna, fis-swieq rilevanti “fejn jopera”. Għalhekk, it-terminu ta’ żmien rilevanti għall-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS huwa l-aħħar perjodi ta’ operazzjoni qabel il-pandemija tal-COVID-19, jiġifieri l-istaġun tas-Sajf tal-2019 u l-Istaġun tax-Xitwa tal-2019/2020 tal-IATA. Ryanair issostni li l-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq analiżi prospettiva tas-saħħa fis-suq ta’ SAS. Madankollu, din l-affermazzjoni titbiegħed b’mod ċar mill-kliem u mill-għan tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju. |
|
(455) |
Fin-notifika tagħhom, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li SAS operat bażi fi 23 ajruport fiż-ŻEE matul l-istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 jew l-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020 (234). Minn dawk it-23 ajruport, 16 kienu ajruporti kkoordinati (235). Il-Kummissjoni se tivvaluta s-saħħa fis-suq ta’ SAS f’dawk is-16-il ajruport rilevanti fit-taqsimiet li ġejjin. |
6.3.5.1.3. Kriterji għall-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruporti rilevanti
|
(456) |
Sejba ta’ saħħa sinifikanti fis-suq teħtieġ, b’mod partikolari, eżami tal-fatturi kollha li jistgħu jirrestrinġu biżżejjed l-imġiba tal-impriża kkonċernata. Valutazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi fuq impriża ma tistax tkun ibbażata biss fuq is-sitwazzjoni eżistenti tas-suq. L-impatt potenzjali tal-espansjoni minn kompetituri attwali jew id-dħul minn kompetituri potenzjali, inkluża t-theddida ta’ tali espansjoni jew dħul, huwa rilevanti wkoll. |
|
(457) |
F’dan il-kuntest, għall-fini tal-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS f’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset l-istruttura kompetittiva f’kull ajruport rilevanti, u b’mod partikolari (i) ir-restrizzjonijiet imposti mill-fornituri eżistenti tas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri (linji tal-ajru li joperaw fl-ajruport), u, b’mod partikolari, il-pożizzjoni fis-suq tal-benefiċjarju u l-kompetituri attwali tiegħu (it-Taqsima 6.3.5.1.3.1), u (ii) ir-restrizzjonijiet imposti mit-theddida kredibbli tal-espansjoni futura minn dawk il-kompetituri attwali jew id-dħul minn kompetituri potenzjali (it-Taqsimiet 6.3.5.1.3.2 u 6.3.5.1.3.3). |
6.3.5.1.3.1. Ishma mis-suq f’termini ta’ titjiriet u postijiet bħala indikaturi tal-istrutturi kompetittivi eżistenti
|
(458) |
L-ishma mis-suq espressi b’referenza għan-numru ta’ titjiriet offruti (frekwenzi) jew postijiet użati f’ajruport rilevanti jipprovdu l-ewwel indikazzjoni utli tal-pożizzjoni fis-suq ta’ linja tal-ajru u tar-restrizzjonijiet kompetittivi attwali li għalihom hija soġġetta. |
|
(459) |
Sehem ta’ titjiriet (jew frekwenzi) (236) huwa definit bħala l-proporzjon bejn l-għadd ta’ titjiriet (jew frekwenzi) operati minn trasportatur tal-ajru f’ajruport u l-għadd totali ta’ titjiriet (jew frekwenzi) operati mit-trasportaturi tal-ajru kollha fl-ajruport. Dan jikkorrispondi għall-proporzjon bejn l-għadd ta’ slots użati minn trasportatur tal-ajru f’ajruport u l-għadd totali ta’ slots użati mit-trasportaturi tal-ajru kollha fl-ajruport. Dan jikkorrispondi wkoll bejn wieħed u ieħor għall-proporzjon bejn l-għadd ta’ slots allokati lil trasportatur tal-ajru f’ajruport u l-għadd totali ta’ slots allokati lit-trasportaturi tal-ajru kollha fl-ajruport (237). |
|
(460) |
Sehem ta’ postijiet huwa definit bħala l-proporzjon bejn l-għadd ta’ postijiet użati (jiġifieri, offruti) minn trasportatur tal-ajru f’ajruport u l-għadd totali ta’ postijiet użati mit-trasportaturi tal-ajru kollha f’dak l-ajruport. Għalhekk huwa indikatur tal-perċentwal tal-kapaċità offruta minn trasportatur tal-ajru mill-kapaċità globali offruta f’ajruport. |
|
(461) |
F’konformità mal-ġurisprudenza dwar id-dominanza tas-suq (238), il-Kummissjoni qieset li (i) SAS x’aktarx ma kienx se jkollha saħħa sinifikanti fis-suq fl-ajruporti rilevanti fejn is-sehem tagħha ta’ titjiriet u s-sehem tagħha ta’ postijiet kien inqas minn 40 %; (ii) fatturi addizzjonali, b’mod partikolari dawk li jirriflettu r-restrizzjonijiet li jirriżultaw minn kompetizzjoni potenzjali (239), jenħtieġ li jitqiesu, għall-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ saħħa fis-suq għall-finijiet tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju, fejn SAS kellha sehem ta’ titjiriet jew sehem ta’ postijiet ta’ 40 % jew aktar fl-ajruporti rilevanti. |
6.3.5.1.3.2. Ostakoli għall-espansjoni jew għad-dħul
|
(462) |
Għall-fini tal-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-kompetizzjoni attwali u potenzjali, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jitqiesu l-ostakoli għall-espansjoni jew għad-dħul li jiffaċċjaw trasportaturi tal-ajru oħra għajr il-benefiċjarju. Sabiex ikun jista’ jipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, trasportatur tal-ajru jeħtieġ aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport. F’ajruporti kkoordinati, trasportatur tal-ajru jrid ikollu slots biex jopera rotot minn jew lejn dawk l-ajruporti. Fil-fatt, f’konformità mal-ġurisprudenza, l-ostakolu ewlieni għad-dħul fis-settur tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni huwa n-nuqqas ta’ slots disponibbli f’ajruporti kbar (240). F’dak il-kuntest, livell għoli ta’ konġestjoni tal-ajruport jirrifletti l-limitazzjonijiet tal-kapaċità tal-ajruport li jħabbat wiċċu magħhom trasportatur tal-ajru, li jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jirrestrinġi b’mod effettiv l-imġiba tal-benefiċjarju. |
|
(463) |
Fil-kummenti tagħha, Ryanair tikkritika lill-Kummissjoni talli ffukat fuq ir-restrizzjonijiet tas-slots bħala l-uniku ostakolu għad-dħul. Minn naħa, Ryanair issostni li hemm fatturi oħra li jistgħu jipprevjenu lil kompetitur potenzjali milli jistabbilixxi jew jespandi l-preżenza tiegħu, bħal: ekonomiji ta’ firxa; l-immarkar, il-promozzjonijiet u l-lealtà tal-klijenti; ekonomiji ta’ network; jew ir-riskju ta’ ritaljazzjoni aggressiva minn operaturi preeżistenti. Ryanair sempliċement telenka dawn l-erba’ elementi. |
|
(464) |
Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li (i) tnejn minn dawk l-elementi (ekonomiji ta’ firxa u ekonomiji ta’ network) huma fil-fatt relatati ma’ restrizzjonijiet ta’ slots, peress li l-kapaċità li jinkisbu dawk l-ekonomiji (kosteffiċjenzi) tiddependi fuq il-kapaċità ta’ linja tal-ajru li topera għadd kbir biżżejjed ta’ rotot lejn u mill-ajruport u, għalhekk, fuq il-kapaċità li jinkiseb aċċess għal għadd għoli biżżejjed ta’ slots fl-ajruport; (ii) l-immarkar, il-promozzjonijiet u l-lealtà tal-klijenti jikkonċernaw il-kapaċità li tinqeda kategorija speċifika ta’ passiġġieri (passiġġieri primjum jew sensittivi għall-ħin) aktar milli l-kapaċità ġenerali li joperaw lejn jew minn ajruport u huma ġeneralment, fi kwalunkwe każ, parti mill-benefiċċji li jirriżultaw għall-operazzjonijiet ta’ ċentru (241), li jitqiesu fl-identifikazzjoni tal-ajruporti rilevanti (limitati għall-bażijiet tal-benefiċjarju); u (iii) l-element li jifdal (riskju ta’ ritaljazzjoni aggressiva minn operaturi preeżistenti) huwa ttrattat speċifikament mill-miżura l-oħra biex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni stabbiliti fil-punt 71 tal-Qafas Temporanju, li japplika għal, iżda ma huwiex limitat għal, swieq fejn SAS għandha saħħa sinifikanti fis-suq. |
|
(465) |
Min-naħa l-oħra, Ryanair issostni li l-istabbiltà relattiva tal-ishma mis-suq ta’ SAS f’termini ta’ postijiet użati fl-ajruporti rilevanti matul iż-żmien (bl-eċċezzjoni tal-ajruport ta’ Copenhagen) tenfasizza li x’aktarx ikun hemm ostakoli oħra għajr il-konġestjoni tal-ajruporti li jipprevjenu lill-kompetituri milli jidħlu jew jespandu b’mod sinifikanti l-preżenza tagħhom f’dawn l-ajruporti. |
|
(466) |
Madankollu, Ryanair ma tipprovdi l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ tali ostakoli għad-dħul jew l-espansjoni fl-ajruporti rilevanti jew xi indikazzjoni ta’ linji tal-ajru skoraġġuti milli jidħlu jew jespandu minħabba dawk l-allegati ostakoli. Għall-kuntrarju, is-sottomissjoni ta’ Ryanair dwar l-ostakoli għad-dħul u l-espansjoni tidher li hija kontradetta mill-argumentazzjoni tagħha rigward il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u r-regoli dwar il-moviment liberu (il-premessa (169)). B’mod partikolari, Ryanair ipprovdiet data (242) li turi li t-trasportaturi bi prezzijiet baxxi pprovdew 66 % tat-tkabbir fil-kapaċità tal-postijiet bejn l-2014 u l-2019 fid-Danimarka, filwaqt li SAS u Danish Air Transport ipprovdew biss 3 % tat-tkabbir osservat matul dan il-perjodu ta’ 5 snin. Fl-Iżvezja, it-trasportaturi bi prezzijiet baxxi pprovdew 40 % tat-tkabbir fil-kapaċità tal-postijiet intra-Ewropea bejn l-2014 u l-2019, filwaqt li SAS u Braathens ipprovdew biss 22 % tat-tkabbir li deher matul dan il-perjodu ta’ 5 snin. Dik id-data fil-livell nazzjonali hija appoġġata mid-data miġbura mid-Danimarka u mill-Iżvezja fil-livell tal-ajruporti, li turi li l-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati minn trasportaturi bi prezzijiet baxxi żdied bi 43 % fl-ajruport ta’ Copenhagen u b’25 % fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda matul il-perjodu 2014–2019 (243). It-tkabbir tat-trasportaturi bi prezzijiet baxxi jindika li l-argumenti mqajma minn Ryanair fir-rigward ta’ ostakli oħra għad-dħul u l-espansjoni minbarra r-restrizzjonijiet tas-slots ma humiex sostanzjati u għandhom it-tendenza li jikkonfermaw is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ, li skonthom il-kompetituri ta’ SAS ma jiffaċċjaw l-ebda ostakolu kbir għad-dħul jew l-espansjoni fi kwalunkwe ajruport rilevanti. |
|
(467) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, fl-eżami tagħha tal-eżistenza ta’ ostakoli għad-dħul u l-espansjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruporti rilevanti, huwa xieraq li ssir enfasi fuq ir-restrizzjonijiet tas-slots. |
6.3.5.1.3.3. Is-sehem ta’ slots u r-rati ta’ konġestjoni bħala indikaturi ta’ strutturi kompetittivi potenzjali
|
(468) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, għal kull wieħed mill-ajruporti rilevanti li għalihom l-ishma mis-suq ta’ SAS f’termini ta’ titjiriet u postijiet ma kinux biżżejjed biex jeskludu s-saħħa sinifikanti fis-suq ta’ SAS, il-Kummissjoni użat żewġ indikaturi addizzjonali, jiġifieri s-sehem ta’ slots ta’ SAS fl-ajruport flimkien mar-rata ta’ konġestjoni fl-ajruport. |
|
(469) |
Sehem ta’ slots huwa definit bħala l-proporzjon bejn l-għadd ta’ slots allokati lil trasportatur tal-ajru f’ajruport u t-total ta’ slots disponibbli f’dak l-ajruport (jiġifieri l-kapaċità tal-ajruport, li tikkorrispondi għas-somma tal-għadd ta’ slots allokati lit-trasportaturi tal-ajru kollha u l-għadd ta’ slots mhux allokati, li jistgħu jintużaw għall-espansjoni jew għad-dħul tat-trasportaturi tal-ajru fl-ajruport). |
|
(470) |
Il-Kummissjoni użat il-kwalifika ta’ ajruport ikkoordinat skont ir-Regolament dwar is-Slots bħala l-ewwel indikatur ta’ livell għoli ta’ konġestjoni ta’ ajruport. |
|
(471) |
Għall-ajruporti kkoordinati, ir-rata attwali tal-konġestjoni tiġi kkalkulata billi l-għadd ta’ slots allokati lit-trasportaturi tal-ajru kollha fl-ajruport fl-istaġun rilevanti tal-IATA jiġi diviż bil-kapaċità totali tal-ajruport (f’termini ta’ slots) f’dak l-istaġun tal-IATA. Rata medja ta’ konġestjoni matul is-sigħat operattivi ta’ inqas minn 60 % ma tkunx prima facie problematika (244). |
|
(472) |
Fil-kummenti tagħha, Ryanair issostni li l-Kummissjoni tiffoka b’mod mhux xieraq il-valutazzjoni tagħha tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fuq l-ishma tas-slots minflok fuq l-ishma mis-suq. Din l-affermazzjoni tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tal-għan speċifiku tal-analiżi tas-saħħa fis-suq tal-benefiċjarju skont il-punt 72 tal-Qafas Temporanju. Dak l-għan huwa li jiġu identifikati s-swieq fejn il-kompetizzjoni x’aktarx li tiġi affettwata b’mod negattiv mill-għajnuna, jiġifieri s-swieq fejn il-benefiċjarju jgawdi pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika li tippermettilu jipprevjeni ż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva. Peress li l-għajnuna għandha l-għan li tippreserva l-kapaċità tal-benefiċjarju li jopera (aktar milli l-operazzjonijiet attwali tiegħu), is-saħħa sinifikanti fis-suq tal-benefiċjarju hija direttament relatata mal-kapaċità tiegħu li jkompli jopera titjiriet lejn u mill-ajruporti rilevanti għad-detriment tad-dħul jew l-espansjoni tal-kompetituri. L-ishma mis-suq ta’ SAS espressi f’termini ta’ frekwenzi jew postijiet huma indikaturi tal-kompetizzjoni attwali li SAS tiffaċċja fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri f’ajruport. B’kuntrast ma’ dan, is-sehem ta’ slots ta’ SAS fl-ajruport, ikkomplementat mill-valutazzjoni tal-konġestjoni fih, ikopri kemm ir-restrizzjonijiet kompetittivi attwali kif ukoll dawk potenzjali li qed tiffaċċja SAS. Tabilħaqq, dawk l-indikaturi mhux biss jirriflettu l-operazzjonijiet kurrenti tas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri tal-linji tal-ajru differenti diġà preżenti, iżda wkoll il-possibbiltajiet tagħhom ta’ espansjoni (eż. billi jinfetħu rotot ġodda jew jiżdiedu l-frekwenzi) kif ukoll il-firxa ta’ dħul ġdid minn linji tal-ajru li għadhom ma humiex attivi fl-ajruport (245). |
|
(473) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-kummenti ta’ Ryanair ma jixħtux dubju fuq l-adegwatezza tas-sehem ta’ slots ta’ SAS, flimkien mar-rata ta’ konġestjoni tal-ajruport, bħala fatturi partikolarment rilevanti għall-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet imposti mill-kompetizzjoni kurrenti u potenzjali fuq SAS u, konsegwentement, għall-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS (246). |
6.3.5.1.3.4. Konklużjoni
|
(474) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-indikaturi li ġejjin huma l-aktar metriċi preċiżi għall-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS skont il-punt 72 tal-Qafas Temporanju: l-ewwel, is-sehem ta’ SAS ta’ titjiriet u frekwenzi fl-ajruporti rilevanti u, it-tieni, jekk mill-inqas wieħed minn dawn tal-aħħar jilħaq 40 %, is-sehem ta’ slots ta’ SAS flimkien mar-rata ta’ konġestjoni tal-ajruport, ikkomplementati, kif xieraq, mis-sehem ta’ slots jew mid-daqs relattiv tal-flotta tal-inġenji tal-ajru bbażati tal-kompetituri tagħha. |
6.3.5.1.4. Applikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruporti rilevanti
|
(475) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja pprovdew data dwar is-sehem ta’ SAS ta’ frekwenzi, is-sehem ta’ postijiet u s-sehem ta’ slots fl-ajruporti rilevanti u dwar ir-rati ta’ konġestjoni f’dawk l-ajruporti. Għall-kompetituri ta’ SAS, id-Danimarka u l-Iżvezja pprovdew l-għadd ta’ slots allokati lilhom, kif ukoll stima tal-għadd ta’ inġenji tal-ajru li jibbażaw fl-ajruporti rilevanti. Il-Kummissjoni vverifikat il-preċiżjoni ġenerali tad-data sottomessa mid-Danimarka u mill-Iżvezja fuq il-bażi, inter alia, tad-data statistika miġbura mis-Sistema ta’ Koordinazzjoni Online (247). |
|
(476) |
Fuq il-bażi ta’ dik id-data, mis-16-il ajruport rilevanti, is-sehem ta’ SAS ta’ frekwenzi operati ta’ kull ġimgħa u s-sehem ta’ postijiet użati kien inqas minn 40 % matul l-istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 u l-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020 fi 11 minn dawk l-ajruporti kkoordinati (248). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, f’konformità mal-ġurisprudenza dwar id-dominanza tas-suq (ara l-punt 441 hawn fuq), il-Kummissjoni qieset li ma kienx probabbli li SAS ikollha saħħa sinifikanti fis-suq f’dawk l-ajruporti. |
|
(477) |
Ryanair tqis li l-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta mill-inqas is-16-il ajruport rilevanti kollha f’aktar dettall, inkluża valutazzjoni tal-konġestjoni f’ħinijiet differenti tal-ġurnata u l-ostakoli għad-dħul minbarra r-restrizzjonijiet fuq is-slots. Madankollu, Ryanair ma tipprovdi l-ebda element li jpoġġi f’dubju l-konklużjoni li SAS għandha nuqqas ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fl-ajruporti rilevanti fejn l-ishma tagħha ta’ frekwenzi u postijiet użati huma inqas minn 40 %. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-kummenti ta’ Ryanair li l-kompetituri attwali jew potenzjali ta’ SAS ma humiex f’pożizzjoni li jirrestrinġu b’mod effettiv l-operazzjonijiet ta’ SAS f’dawk l-ajruporti. Għall-kuntrarju, is-sottomissjoni ta’ Ryanair pjuttost turi l-kapaċità tal-kompetituri ta’ SAS li jikbru mingħajr xkiel f’dawk l-ajruporti. |
|
(478) |
Il-ħames ajruporti kkoordinati fiż-ŻEE fejn is-sehem ta’ SAS ta’ frekwenzi operati ta’ kull ġimgħa jew ta’ postijiet użati qabeż l-40 % matul l-istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 jew l-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020 huma: L-ajruport ta’ Copenhagen; L-ajruport ta’ Stockholm Arlanda; L-ajruport ta’ Trondheim; L-ajruport ta’ Stavanger; u l-ajruport ta’ Tromsø. Għal dawk l-ajruporti, l-ishma mis-suq ta’ SAS f’termini ta’ frekwenzi u postijiet offruti fl-ajruport jipprovdu l-ewwel indikazzjoni tal-eżistenza possibbli ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Madankollu, dawn il-metriċi ma humiex biżżejjed, fihom infushom, sabiex wieħed jasal għal konklużjoni finali dwar jekk SAS għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq skont il-punt 72 tal-Qafas Temporanju. |
|
(479) |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta s-saħħa fis-suq ta’ SAS f’dawk il-ħames ajruporti, billi tqis l-indikaturi addizzjonali li ġejjin flimkien: (i) is-sehem ta’ slots ta’ SAS fl-ajruport, b’mod partikolari, għall-ajruporti ta’ Copenhagen u ta’ Stockholm Arlanda, fl-eqqel ħinijiet (249); u (ii) il-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport. Għal raġunijiet ta’ komprensività, il-Kummissjoni se tqabbel ukoll l-għadd ta’ inġenji tal-ajru bbażati minn SAS u l-kompetituri tagħha fl-ajruport, bħala approssimazzjoni komplementari tal-punti ta’ saħħa relattivi rispettivi tagħhom. |
|
(480) |
Kif spjegat fid-dettall fit-Taqsimiet 6.3.5.1.4.1 sa 6.3.5.1.4.5, is-sehem ta’ SAS ta’ frekwenzi jew postijiet ma jaqbiżx il-50 % fi kwalunkwe wieħed minn dawk il-ħames ajruporti, u, fuq kollox, is-sehem ta’ slots ta’ SAS f’kull ajruport huwa baxx jew moderat u dawk l-ajruporti ma għandhomx konġestjoni kbira. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qieset li dawk l-indikaturi kienu biżżejjed biex jinstab li SAS ma għandha l-ebda saħħa sinifikanti fis-suq fl-ebda wieħed mill-ajruporti ta’ Copenhagen, Stockholm Arlanda, Trondheim, Stavanger jew Tromsø. Fil-kummenti tagħha, Ryanair targumenta li l-valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS teħtieġ li jitqiesu karatteristiċi oħra tal-istruttura tas-suq, bħall-grad ta’ frammentazzjoni tal-kompetituri fl-ajruporti rilevanti jew ir-restrizzjoni kompetittiva imposta minnhom fuq SAS. Madankollu, Ryanair ma tispjegax kif dawn il-karatteristiċi l-oħra jqiegħdu f’dubju l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet kompetittivi imposti fuq SAS, b’mod partikolari fil-forma ta’ dħul jew ta’ espansjoni potenzjali tal-kompetituri, li, bis-saħħa tar-rata moderata ta’ konġestjoni fl-ajruporti, tkun probabbli, f’waqtha u suffiċjenti. Madankollu, kif indikat fil-premessa (480), għal raġunijiet ta’ komprensività, il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll il-pożizzjoni relattiva fis-suq tal-kompetituri ta’ SAS fil-valutazzjoni ta’ hawn taħt tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruporti ta’ Copenhagen, Stockholm Arlanda, Trondheim, Stavanger u Tromsø (250). |
6.3.5.1.4.1. Valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruport ta’ Copenhagen
|
(481) |
Fl-ajruport ta’ Copenhagen, l-ishma mis-suq ta’ SAS laħqu l-40 % biss fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa (l-Istaġuni tas-Sajf tal-2019 u tax-Xitwa tal-2019/2020 tal-IATA: 40 %). Dawn kienu inqas minn 40 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 36 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 38 %). |
|
(482) |
Barra minn hekk, kif muri fit-Tabella 7, il-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport ta’ Copenhagen qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 kien moderat. It-trasportaturi tal-ajru li kienu lesti jespandu jew jidħlu fl-ajruport ta’ Copenhagen ma ffaċċjaw l-ebda ostakolu sinifikanti. Għalhekk, SAS kienet ristretta mhux biss minn kompetituri diġà attivi fl-ajruport ta’ Copenhagen (li jirrappreżentaw sehem mis-suq aggregat ta’ mill-inqas 60 % fiż-żewġ Staġuni tal-IATA) iżda wkoll mit-theddida ta’ espansjoni ta’ dawk il-kompetituri u d-dħul ta’ kompetituri ġodda. Ir-restrizzjonijiet qawwija li għalihom kienet suġġetta SAS huma murija mis-sehem medju ta’ slots ta’ SAS, li laħaq massimu ta’ 16 % fl-2019. Tabella 7 Is-sehem ta’ slots ta’ SAS u l-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport ta’ Copenhagen
|
|
(483) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li SAS ibbażat 12-il inġenju tal-ajru fl-ajruport kemm fl-Istaġuni IATA tas-Sajf tal-2019 u tax-Xitwa tal-2019/2020. Skont l-estimi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja, għadd ta’ linji tal-ajru oħra operaw bażi fl-ajruport ta’ Copenhagen, inkluż Norwegian Air Shuttle (10 inġenji tal-ajru bbażati fl-Istaġun IATA tas-Sajf tal-2019 u sebgħa fl-Istaġun IATA tax-Xitwa tal-2019/2020), Lufthansa Group (Lufthansa, Brussels Airlines, Austrian, Swiss: ħames inġenji tal-ajru bbażati fl-Istaġun IATA tas-Sajf tal-2019 u erbgħa fl-Istaġun IATA tax-Xitwa tal-2019/2020) u Air France-KLM (żewġ inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġuni IATA tas-Sajf tal-2019 kif ukoll tax-Xitwa tal-2019/2020). |
|
(484) |
Minħabba (i) l-ishma moderati ta’ SAS ta’ frekwenzi ta’ kull ġimgħa u postijiet użati fl-ajruport ta’ Copenhagen fiż-żewġ Staġuni IATA (mhux aktar minn 40 %); (ii) il-pożizzjoni limitata tas-sehem ta’ slots ta’ SAS fl-ajruport ta’ Copenhagen fiż-żewġ Staġuni IATA (medja ta’ inqas minn 20 %); (iii) il-kapaċità ta’ slots disponibbli fl-ajruport ta’ Copenhagen fiż-żewġ Staġuni tal-IATA; u (iv) il-preżenza ta’ kompetituri relattivament b’saħħithom, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn u mill-ajruport ta’ Copenhagen. |
6.3.5.1.4.2. Valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda
|
(485) |
Fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda, l-ishma mis-suq ta’ SAS qabżu l-40 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u l-postijiet użati, mingħajr madankollu ma laħqu l-50 % (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 48 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 42 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 47 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 45 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati). |
|
(486) |
Madankollu, kif muri fit-Tabella 8, il-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 kien moderat. It-trasportaturi tal-ajru li kienu lesti jespandu jew jidħlu fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda ma kienu jiffaċċjaw l-ebda ostakolu sinifikanti. Għalhekk, SAS kienet ristretta mhux biss minn kompetituri diġà attivi fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda (li jirrappreżentaw sehem mis-suq aggregat ta’ mill-inqas 52 % fiż-żewġ Staġuni tal-IATA) iżda wkoll mit-theddida ta’ espansjoni ta’ dawk il-kompetituri u d-dħul ta’ kompetituri ġodda. Ir-restrizzjonijiet qawwija li għalihom kienet suġġetta SAS huma murija mis-sehem medju limitat ta’ slots ta’ SAS, li laħaq massimu ta’ 16 % fl-2019. Tabella 8 Is-sehem ta’ slots ta’ SAS u l-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda
|
|
(487) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li SAS ibbażat 17-il inġenju tal-ajru fl-ajruport fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 u 16-il inġenju tal-ajru fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020. Skont l-istimi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja, għadd ta’ linji tal-ajru oħra operaw bażi fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda, inkluż Norwegian Air Shuttle (11-il inġenju tal-ajru bbażat fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 u ħamsa fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020), Lufthansa Group (Lufthansa u Austrian: tliet inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020) u Air France-KLM (żewġ inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020). |
|
(488) |
Għalhekk, filwaqt li l-ishma ta’ SAS ta’ frekwenzi ta’ kull ġimgħa u ta’ postijiet użati fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda fiż-żewġ Staġuni tal-IATA huma relattivament kbar (madankollu mingħajr ma jaqbżu t-48 %), il-Kummissjoni tikkonkludi, fuq il-bażi ta’ (i) il-pożizzjoni limitata ta’ sehem ta’ slots ta’ SAS fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda fiż-żewġ Staġuni tal-IATA (medja ta’ inqas minn 20 %), (ii) il-kapaċità sinifikanti ta’ slots disponibbli fl-ajruport ta’ Stockholm Arlanda fiż-żewġ Staġuni tal-IATA, inkluż fl-eqqel sigħat, u (iii) il-preżenza ta’ kompetituri relattivament b’saħħithom li, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn u mill-ajruport ta’ Stockholm Arlanda. |
6.3.5.1.4.3. Valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruport ta’ Trondheim
|
(489) |
Fl-ajruport ta’ Trondheim, l-ishma mis-suq ta’ SAS qabżu l-40 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u postijiet użati, u laħqu l-50 % biss matul staġun wieħed u bbażati biss fuq postijiet użati (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 43 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 50 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 41 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 48 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati). |
|
(490) |
Madankollu, il-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport qabel il-pandemija tal-COVID-19 kien moderat, jiġifieri trasportaturi tal-ajru li kienu lesti jespandu jew jidħlu fl-ajruport ta’ Trondheim ma kienu jiffaċċjaw l-ebda ostakolu sinifikanti (251). Barra minn hekk, is-sehem medju stmat ta’ slot ta’ SAS ikun limitat, u fi kwalunkwe każ inqas minn 20 % fl-2019 (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 19 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 17 %). Għalhekk, SAS kienet ristretta mhux biss minn kompetituri diġà attivi fl-ajruport ta’ Trondheim (li jirrappreżentaw sehem mis-suq aggregat ta’ mill-inqas 49 % fiż-żewġ Staġuni tal-IATA) iżda wkoll mit-theddida ta’ espansjoni ta’ dawk il-kompetituri u d-dħul ta’ kompetituri ġodda (252). |
|
(491) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-istimi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja, l-ajruport ta’ Trondheim intuża bħala bażi mhux biss minn SAS (10 inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll l-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020) iżda wkoll minn Norwegian Air Shuttle (żewġ inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020) u KLM (inġenju tal-ajru wieħed ibbażat kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020). |
|
(492) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn u mill-ajruport ta’ Trondheim. |
6.3.5.1.4.4. Valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruport ta’ Stavanger
|
(493) |
Fl-ajruport ta’ Stavanger, l-ishma mis-suq ta’ SAS qabżu l-40 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u l-postijiet użati, u laħqu l-50 % biss matul staġun wieħed u bbażati biss fuq postijiet użati (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 48 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 50 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 47 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa u 48 % fuq il-bażi ta’ postijiet użati). |
|
(494) |
Madankollu, il-livell medju ta’ konġestjoni fl-ajruport qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 kien baxx (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 21 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 22 %), jiġifieri t-trasportaturi tal-ajru li kienu lesti jespandu jew jidħlu fl-ajruport ta’ Stavanger ma kienu jiffaċċjaw l-ebda ostakolu sinifikanti. Għalhekk, SAS kienet ristretta mhux biss minn kompetituri diġà attivi fl-ajruport ta’ Stavanger (li jirrappreżentaw sehem mis-suq aggregat ta’ mill-inqas 50 % fiż-żewġ Staġuni tal-IATA) iżda wkoll mit-theddida ta’ espansjoni ta’ dawk il-kompetituri u d-dħul ta’ kompetituri ġodda. Ir-restrizzjonijiet qawwija li għalihom kienet suġġetta SAS huma murija mis-sehem medju limitat ħafna ta’ slots ta’ SAS, li laħaq medja ta’ 10 % fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 u medja ta’ 8 % fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020. |
|
(495) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-istimi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja, l-ajruport ta’ Stavanger intuża bħala bażi mhux biss minn SAS (tmien inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020) iżda wkoll minn Norwegian Air Shuttle (żewġ inġenji tal-ajru bbażati kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA ttal-2019/2020), Wideroe (inġenju tal-ajru wieħed ibbażat kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020) u KLM (inġenju tal-ajru wieħed ibbażat kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020). |
|
(496) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn u mill-ajruport ta’ Stavanger. |
6.3.5.1.4.5. Valutazzjoni tas-saħħa fis-suq ta’ SAS fl-ajruport ta’ Tromsø
|
(497) |
Fl-ajruport ta’ Tromsø, l-ishma mis-suq ta’ SAS laħqu l-40 % biss fuq il-bażi tal-postijiet użati (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 49 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 46 %). Dawn kienu inqas minn 40 % fuq il-bażi tal-frekwenzi ta’ kull ġimgħa (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA 2019: 30 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 28 %). |
|
(498) |
Fi kwalunkwe każ, il-livell medju ta’ konġestjoni fl-ajruport qabel il-pandemija tal-COVID-19 kien baxx (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 18 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 20 %), jiġifieri t-trasportaturi tal-ajru li kienu lesti jespandu jew jidħlu fl-ajruport ta’ Tromsø ma kienu jiffaċċjaw l-ebda ostakolu sinifikanti. Għalhekk, SAS kienet ristretta mhux biss minn kompetituri diġà attivi fl-ajruport ta’ Tromsø (li jirrappreżentaw sehem mis-suq aggregat ta’ mill-inqas 51 % fiż-żewġ Staġuni tal-IATA) iżda wkoll mit-theddida ta’ espansjoni ta’ dawk il-kompetituri u d-dħul ta’ kompetituri ġodda. Ir-restrizzjonijiet qawwija li għalihom kienet suġġetta SAS huma murija mis-sehem medju limitat ħafna ta’ slots ta’ SAS, li laħaq medja ta’ 5 % fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 u medja ta’ 4 % fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020. |
|
(499) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-istimi pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja, SAS ma kinitx il-linja tal-ajru bl-akbar flotta bbażata fl-ajruport ta’ Tromsø. Wideroe bbażat erba’ inġenji tal-ajru fl-ajruport kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020, filwaqt li SAS ibbażat żewġ inġenji tal-ajru fl-ajruport kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020. Norwegian Air Shuttle operat ukoll bażi fl-ajruport (inġenju tal-ajru wieħed ibbażat kemm fl-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019 kif ukoll fl-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020). |
|
(500) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri lejn u mill-ajruport ta’ Tromsø. |
6.3.5.1.4.6. Konklużjoni dwar is-saħħa fis-suq
|
(501) |
Peress li SAS ma għandhiex saħħa sinifikanti fis-suq fl-ebda wieħed mill-ajruporti li topera fihom, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet li taħthom id-Danimarka u l-Iżvezja jkunu meħtieġa jipproponu miżuri addizzjonali skont il-punt 72 tal-Qafas Temporanju mhumiex issodisfati. |
6.3.5.2.
6.3.5.2.1. Il-punt 71 tal-Qafas Temporanju
|
(502) |
Skont il-punt 71 tal-Qafas Temporanju, il-benefiċjarju ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma għandux jipparteċipa f’espansjoni kummerċjali aggressiva u teħid ta’ riskju eċċessiv. |
|
(503) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-Danimarka u l-Iżvezja għamlu l-Miżura kundizzjonali fuq l-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 3.11.6 tal-Qafas Temporanju. Dan jinkludi l-konformità mal-punt 71. SAS għalhekk se tkun ipprojbita milli tipparteċipa fi kwalunkwe espansjoni kummerċjali aggressiva u teħid ta’ riskju eċċessiv (il-premessa (111)). |
|
(504) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mfassal minn SAS fl-24 ta’ April 2020. Kif indikat fil-premessa (41), dak il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju pproġetta ritorn prudenti u progressiv għal-livelli tat-traffiku ta’ qabel il-COVID-19 mhux qabel nofs l-2023 tal-inqas, b’perjodu ta’ rkupru twil li jdum minn Novembru 2020 sa Frar 2022. Dawk il-previżjonijiet kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-gvernijiet ma japplikawx restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lil hinn minn Ottubru 2020. Il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien meta SAS fasslet il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha, il-previżjonijiet tal-industrija kienu aktar ottimisti minn dawk użati minn SAS. Pereżempju, fis-27 ta’ April 2020, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ajruporti tal-Ewropa, fix-xenarju l-inqas gravi tiegħu, ipproġetta li t-traffiku tal-passiġġieri jerġa’ lura għal-livelli tiegħu ta’ qabel il-COVID-19 sa mhux aktar kmieni mill-2022, u għal 90 % ta’ dawk il-livelli sa Diċembru 2021. |
|
(505) |
Matul Lulju 2020, xi previżjonijiet tal-industrija ġew riveduti, fid-dawl tal-irkupru aktar bil-mod irreġistrat f’Mejju u Ġunju 2020, il-persistenza tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u n-nuqqas ta’ ċertezza dwar il-prospettiva tal-pandemija tal-COVID-19. Il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti tal-Ewropa mbagħad ipproġetta li l-irkupru sħiħ ma kienx se jseħħ qabel l-2024, u l-IATA għamlet l-istess fir-rapport tagħha tat-28 ta’ Lulju 2020, għalkemm dik il-projezzjoni kienet tikkonċerna t-traffiku globali (253). |
|
(506) |
F’dan ir-rigward, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw fin-notifika tagħhom li, sal-aħħar ta’ Lulju 2020, SAS iddeċidiet li ma tirrevedix il-projezzjonijiet kummerċjali tagħha peress li t-traffiku effettivament irreġistrat bejn April u Ġunju 2020, u d-dħul operatorju tagħha, kien aħjar minn dak li kienet antiċipat. L-indikaturi tat-traffiku tagħha wkoll juru li l-livelli ta’ prenotazzjoni kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti għal Lulju u Awwissu 2020 (il-premessa (51)). Barra minn hekk, SAS spjegat li n-negozju ewlieni tagħha kien iffukat fuq titjiriet domestiċi u internazzjonali fuq distanzi qosra (b’mod partikolari fl-Iskandinavja), li kienu qed jirkupraw b’rata aktar mgħaġġla minn titjiriet fuq distanzi twal. Fi kwalunkwe każ, il-projezzjonijiet tat-traffiku ta’ SAS baqgħu bejn wieħed u ieħor konformi mal-previżjonijiet aġġornati tal-industrija, u jistennew irkupru sħiħ bejn l-2023 u l-2024. |
|
(507) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif jirriżulta mit-Taqsima 2.1.3.1, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ SAS kien manifestament iffokat fuq li jinstab id-daqs xieraq (tnaqqis permanenti tal-persunal, tnaqqis ta’ attivitajiet bħas-servizzi fuq l-art, eċċ.) u n-negozju tagħha matul is-snin 2020 u 2021, aktar milli fuq l-espansjoni jew it-teħid ta’ riskji eċċessivi. |
|
(508) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li SAS hija marbuta li tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha tat-Taqsima 3.11.6 tal-Qafas Temporanju, u b’mod partikolari l-projbizzjoni fuq l-akkwisti stabbilita fil-punt 74 tiegħu. |
|
(509) |
Minn dan isegwi li l-Miżura hija konformi mal-punt 71 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.2.2. Il-punt 73 tal-Qafas Temporanju
|
(510) |
Il-punt 73 tal-Qafas Temporanju jirrikjedi li “[i]l-benefiċjarji li jirċievu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 huma pprojbiti milli jirreklamawhom għal skopijiet kummerċjali”. |
|
(511) |
Il-Miżura tipprevedi li SAS, u l-kumpaniji kkontrollati minn SAS, se jkunu pprojbiti milli jużaw il-Miżura għal skopijiet ta’ reklamar kummerċjali (il-premessa (112)). |
|
(512) |
Il-Miżura għalhekk tikkonforma mal-punt 73 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.2.3. Il-punti 74 u 75 tal-Qafas Temporanju
|
(513) |
Il-punt 74 tal-Qafas Temporanju jiddikjara li sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija, il-benefiċjarji għajr l-SMEs ma jistgħux jakkwistaw sehem ta’ aktar minn 10 % f’kompetituri jew operaturi oħra fl-istess linja ta’ negozju, inklużi operazzjonijiet upstream u downstream. |
|
(514) |
Il-Miżura tipprevedi li SAS, u l-kumpaniji kollha kkontrollati minn SAS, se jkunu obbligati jirrispettaw dik il-kundizzjoni, filwaqt li jqisu l-eċċezzjoni possibbli msemmija fil-punt 75 tal-Qafas Temporanju (il-premessa (112)). |
|
(515) |
Il-Miżura għalhekk tikkonforma mal-punti 74 u 75 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.2.4. Il-punt 76 tal-Qafas Temporanju
|
(516) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Miżura se tirrikjedi li SAS tirrispetta l-punt 76 tal-Qafas Temporanju dwar l-użu ta’ għajnuna mill-Istat f’impriżi f’diffikultà diġà fil-31 ta’ Diċembru 2019 (il-premessa (121)). |
|
(517) |
Il-Miżura għalhekk tikkonforma mal-punt 76 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.2.5. Il-punt 77 tal-Qafas Temporanju
|
(518) |
Il-punt 77 tal-Qafas Temporanju jgħid li sakemm il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija għalkollox, il-benefiċjarji ma jistgħux jagħmlu pagamenti ta’ dividendi, la pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji, u lanqas jixtru ishma lura, għajr f’relazzjoni mal-Istat. |
|
(519) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja għamlu l-Miżura kundizzjonali fuq il-konformità mal-punt 77 tal-Qafas Temporanju, filwaqt li pprevedew eċċezzjoni għall-projbizzjoni għall-benefiċjarju li jagħmel pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji skont in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ Bonds eżistenti (il-premessa (115)). Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw, essenzjalment, li r-rinunzja ta’ dik il-projbizzjoni speċifika kienet meħtieġa biex tinkiseb il-parteċipazzjoni ta’ kredituri privati fit-tranżazzjoni (il-premessa (115)). |
|
(520) |
Fi kliem ieħor, id-Danimarka u l-Iżvezja invokaw deroga (parzjali) għall-punt 77 tal-Qafas Temporanju dwar il-ħlas ta’ kupuni mhux obbligatorji taħt in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. Madankollu, tali deroga (parzjali) ma hijiex prevista mill-punt 77 tal-Qafas Temporanju. |
|
(521) |
F’dak ir-rigward, bħala kumment preliminari, il-Kummissjoni tirreferi għall-ġurisprudenza deskritta fil-premessi (396) u (397). |
|
(522) |
Għalkemm il-formulazzjoni tal-punt 77 tal-Qafas Temporanju teħtieġ l-applikazzjoni ta’ projbizzjoni ta’ pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji bħala parti minn miżura ta’ rikapitalizzazzjoni, madankollu għandu jiġi vverifikat jekk, f’dan il-każ, jeżistux ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE għall-fatti ta’ dan il-każ u, għaldaqstant, deroga mill-punt 77 tal-Qafas Temporanju fir-rigward ta’ pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji magħmula skont in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. |
|
(523) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura (i) kienet parti minn qafas regolatorju li kien affettwat miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u, li (ii) kellha karatteristiċi speċifiċi li kienu uniċi għaliha, li ġġustifika r-rinunzja tal-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji għan-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. |
Il-qafas regolatorju kien affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19
|
(524) |
L-ewwel, ir-riperkussjonijiet ekonomiċi ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kienu jeħtieġu azzjoni immedjata kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni adottat il-Qafas Temporanju fid-19 ta’ Marzu 2020, jiġifieri ftit jiem wara l-adozzjoni mill-Istati Membri tal-ewwel miżuri ta’ lockdown, sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jaġixxu bl-urġenza mitluba mis-sitwazzjoni. Minn din il-perspettiva, il-Kummissjoni esponiet, fil-Qafas Temporanju, il-kundizzjonijiet li miżuri temporanji ta’ għajnuna mill-Istat kellhom jissodisfaw sabiex jitqiesu kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE u awtorizzati malajr ħafna wara n-notifika tagħhom mill-Istat Membru kkonċernat. Dan il-qafas, fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ urġenza estrema prevalenti fl-adozzjoni tiegħu, ma setax jipprevedi l-miżuri kollha li l-Istati Membri setgħu jadottaw favur operaturi ekonomiċi milquta mill-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(525) |
L-osservazzjoni ta’ Ryanair dwar il-punt 77 tal-Qafas Temporanju (il-premessa (203) ma tbiddilx dik is-sejba. Il-fatt li l-Qafas Temporanju diġà jqis il-pandemija tal-COVID-19 ma jfissirx li seta’ jipprevedi, fiż-żmien meta ġie adottat, il-miżuri kollha li l-Istati Membri setgħu jadottaw għall-operaturi ekonomiċi affettwati mill-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Kif indikat fil-premessa (525), il-Kummissjoni adottat il-Qafas Temporanju f’perjodu ta’ żmien qasir ħafna wara l-ewwel miżuri ta’ lockdown bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Dak l-istrument kien strument limitat u dejjem jevolvi, kif muri mid-diversi emendi li l-Kummissjoni għamlet lilu bejn id-data tal-adozzjoni tiegħu u d-data tal-għoti tal-Miżura. Huwa dan il-kuntest eċċezzjonali li l-Kummissjoni qed tieħu inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni, f’dan il-każ, tal-possibbiltà ta’ devjazzjoni mill-Qafas Temporanju. |
Il-Miżura kellha karatteristiċi speċifiċi li kienu uniċi għaliha
|
(526) |
Fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi marbuta mal-Miżura, huwa meħtieġ li jitfakkar li l-punt 77 tal-Qafas Temporanju jistabbilixxi rekwiżit ta’ kompatibbiltà mmirat lejn il-prevenzjoni ta’ investituri u kredituri privati eżistenti milli jibbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat permezz ta’ atti diskrezzjonali meħuda mill-benefiċjarju (bħad-dikjarazzjoni ta’ dividendi, ix-xiri lura ta’ ishma jew il-ħlas ta’ kupun mhux obbligatorju). F’dak is-sens, il-punt 77 tal-Qafas Temporanju jikkontribwixxi għall-minimizzazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna meħtieġa, billi jnaqqas il-ħruġ ta’ flus tal-benefiċjarju u b’hekk jillimita l-kwantum tal-għajnuna għal dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi restawrata l-istruttura kapitali tal-benefiċjarju u tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu. |
|
(527) |
Il-Kummissjoni tqis, f’dan il-każ, li l-Miżura kellha karatteristiċi li kienu uniċi għaliha għas-sitt raġunijiet li ġejjin. |
|
(528) |
L-ewwel, il-Kummissjoni tfakkar li r-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS involviet il-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ investituri privati, li ppermettiet lil SAS tiġbor sa SEK 3,75 biljun f’kapital privat. Il-konverżjoni tal-Bonds waħedha ammontat għal SEK 2,25 biljun, jiġifieri aktar minn 15 % tal-ammont totali tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Għalhekk, dik il-konverżjoni rrappreżentat parti sinifikanti tal-finanzjament tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. |
|
(529) |
It-tieni, il-Kummissjoni tosserva li l-possibbiltà għal SAS li tagħmel pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji fuq in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-Bonds kienet punt kruċjali fin-negozjati ma’ ċerti detenturi tal-bonds, u, b’mod aktar ġenerali, kunsiderazzjoni ewlenija għad-detenturi kollha tal-bonds biex jaqblu mal-konverżjoni tal-Bonds (il-premessa (115)). Għall-kuntrarju ta’ dak li ssuġġeriet Ryanair (il-premessa (205)), dik id-dikjarazzjoni ma hijiex kontradittorja fiha nnifisha: SAS innegozjat direttament ma’ ċerti detenturi tal-bonds li jirrappreżentaw l-interessi tad-detenturi tal-bonds kollha involuti, u mhux ma’ kull detentur tal-bonds individwalment. Ladarba ntlaħaq il-ftehim, id-detenturi kollha tal-bonds kellhom il-possibbiltà li jivvutaw f’laqgħa ġenerali dwar jekk jaqblux jew le mar-rikapitalizzazzjoni proposta, kif jirriżulta mill-istqarrija għall-istampa ppubblikata minn SAS fis-7 ta’ Awwissu 2020 (254). Għalhekk, jekk ir-rinunzja tal-projbizzjoni fuq kupuni mhux obbligatorji kienet kruċjali għal dawk id-detenturi tal-bonds li kienu qegħdin jinnegozjaw ma’ SAS, id-Danimarka u l-Iżvezja setgħu raġonevolment jistennew li din tkun ukoll kunsiderazzjoni ewlenija għad-detenturi kollha tal-bonds. |
|
(530) |
It-tielet, ta’ min jinnota li d-detenturi tal-bonds kienu diġà rrifjutaw l-ewwel proposta tal-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni, peress li inizjalment ma qablux dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konverżjoni tal-Bonds (il-premessa (83)). Kien essenzjali għal SAS, u għad-Danimarka u l-Iżvezja, li jiżguraw li n-negozjati ma jerġgħux ifallu dwar kwistjonijiet li kienu deċiżivi għal dawk id-detenturi tal-bonds. F’dak ir-rigward, l-argument ta’ Ryanair (il-premessa (206)) li d-detenturi tal-bonds diġà kellhom biżżejjed inċentivi biex jinvestu minħabba l-appoġġ sinifikanti mid-Danimarka u mill-Iżvezja huwa manifestament infondat, peress li dawk id-detenturi tal-bonds diġà rrifjutaw li jipparteċipaw fit-tranżazzjoni fl-ewwel lok. |
|
(531) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni tosserva li l-konverżjoni tal-Bonds fin-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda ma kellhiex l-effett li tarrikkixxi lid-detenturi tal-bonds li pparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Għall-kuntrarju, kif indikat fil-premessa (119), l-investiment inizjali ta’ dawk id-detenturi tal-bonds fil-Bonds tilef il-valur bħala riżultat tal-konverżjoni fin-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. Fi kliem ieħor, id-detenturi tal-bonds kienu intitolati għal redditu ogħla fuq l-investiment kieku żammew il-Bonds meta mqabbla mal-aċċettazzjoni tal-konverżjoni tagħhom f’Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. Għalhekk, il-konverżjoni saret għad-detriment ta’ dawk id-detenturi ta’ bonds, li b’hekk qasmu mad-Danimarka u mal-Iżvezja l-piż tar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. |
|
(532) |
Il-ħames, il-Kummissjoni tinnota li d-Danimarka u l-Iżvezja stennew li l-konverżjoni tal-Bonds eżistenti f’ibridi ġodda miżmuma privatament kienet se ġġib tliet effetti pożittivi għal SAS, id-Danimarka u l-Iżvezja, jiġifieri li (i) ittejjeb l-istruttura kapitali, il-pożizzjoni tal-likwidità u l-proporzjonijiet finanzjarji ewlenin ta’ SAS (il-premessa (116)); (ii) tnaqqas l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat meħtieġa (il-premessa (117)); u (iii) tiffaċilita u tiżgura aħjar ir-remunerazzjoni tad-Danimarka u tal-Iżvezja (il-premessa (118)). |
|
(533) |
Ryanair tafferma f’dak ir-rigward li l-projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji skont il-punt 77 tal-Qafas Temporanju għandha l-għan li tipprevjeni lill-benefiċjarju ta’ għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni milli jinnegozja mal-kredituri privati tiegħu, u b’hekk li jnaqqas l-ammont ta’ għajnuna meħtieġa (il-premessa (206)). Madankollu, dan ma huwiex korrett. Filwaqt li huwa minnu, kif indikat fil-premessa (527), li l-għan tal-projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji huwa li jiġi evitat li jinħarġu l-flus mill-benefiċjarju, u b’hekk li jitnaqqas l-ammont ta’ għajnuna, il-punt 77 tal-Qafas Temporanju ma jipprevjenix lill-benefiċjarju ta’ għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni milli jinnegozja ma’ kredituri privati (bħad-detenturi tal-bonds) il-kundizzjonijiet li taħthom dawk il-kredituri jieħdu r-riskju li jinjettaw kapital privat ġdid, flimkien ma’ dak ta’ Stat Membru, biex jirrestawraw l-istruttura kapitali tal-benefiċjarju u jiżguraw il-vijabbiltà tiegħu. Fi kwalunkwe każ, l-affermazzjoni ta’ Ryanair ma tbiddilx il-konstatazzjoni li, mingħajr ir-rinunzja tal-projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji fuq in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda, kien hemm riskju għoli li l-investituri privati ma kinux se jaqblu li jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. |
|
(534) |
Bl-istess mod, l-osservazzjoni ta’ Ryanair li skontha l-Kummissjoni assumiet b’mod żbaljat li fin-nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet, SAS kienet tirċievi aktar għajnuna (il-premessa (207)) ma hijiex rilevanti. Kif muri fit-Taqsima 6.3.3, il-Miżura tikkonforma mal-punt 54 tal-Qafas Temporanju. Il-Kummissjoni waslet għal dik il-konklużjoni taħt il-premessa li d-Danimarka u l-Iżvezja setgħu jikkontribwixxu sa SEK 14,25 biljun għar-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, (i) fin-nuqqas ta’ kapital privat u (ii) minkejja li l-għajnuna fl-aħħar mill-aħħar mogħtija kienet ta’ SEK 9,54 biljun (il-premessa (342)). Għalhekk, id-Danimarka u l-Iżvezja setgħu tabilħaqq jimlew il-lakuna li ħallew id-detenturi tal-bonds b’SEK 2,25 biljun kieku dawn tal-aħħar kienu ddeċidew li ma jipparteċipawx fit-tranżazzjoni. Il-Kummissjoni ma tistax teskludi li d-Danimarka u l-Iżvezja kienu jagħtu aktar għajnuna fin-nuqqas ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. Dan kien iwassal għal riżultat li jmur kontra l-objettiv tal-Qafas Temporanju u tal-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-TFUE, li jeżiġu li l-għajnuna għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi imfittxija minnu. |
|
(535) |
Is-sitt u l-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-Qafas Temporanju ma jimponi l-ebda rekwiżit ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet għall-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni. Il-kondiviżjoni tal-piżijiet ipprovduta mill-Miżura hija, f’dan il-każ, ir-riżultat tal-isforzi ta’ SAS biex issib finanzjament alternattiv fis-suq b’termini affordabbli biex timminimizza l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija, fuq talba tad-Danimarka u tal-Iżvezja (il-premessa (84)). |
|
(536) |
Il-Kummissjoni tiċħad l-argument ta’ Ryanair li l-punt 77 tal-Qafas Temporanju diġà jimplika kondiviżjoni tal-piżijiet (il-premessa (208)). Il-punt 77 tal-Qafas Temporanju ma jirrikjedix li l-kredituri privati, u lanqas xi partijiet ikkonċernati privati oħra, jipparteċipaw fir-rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju, aħseb u ara li jagħmlu dan għas-spejjeż tagħhom. |
|
(537) |
Minn dak li ntqal aktar ’il fuq jirriżulta li t-tneħħija tal-projbizzjoni ta’ ħlasijiet ta’ kupuni mhux obbligatorji taħt in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda kienet tirrappreżenta, f’dan il-każ, element deċiżiv għall-parteċipazzjoni tad-detenturi ta’ bonds privati fir-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, li kkontribwixxew għal din ir-rikapitalizzazzjoni b’mod sinifikanti. In-negozjati bejn SAS u dawn id-detenturi ta’ bonds kienu inċerti, peress li dawn tal-aħħar kienu diġà rrifjutaw l-ewwel pjan ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Dawk id-detenturi tal-bonds kienu aċċettaw volontarjament (jiġifieri, mingħajr ma kienu meħtieġa mill-Qafas Temporanju jew minn kwalunkwe regola oħra) li jsofru telf fuq l-investiment tagħhom bħala riżultat tal-konverżjoni tal-Bonds f’Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda, filwaqt li dik il-konverżjoni kellha effetti pożittivi fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SAS u ppermettiet lid-Danimarka u lill-Iżvezja jillimitaw l-ammont ta’ għajnuna mill-Istat meħtieġ biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ likwidità u ekwità tal-kumpanija. |
|
(538) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ħtieġa ta’ projbizzjoni fuq pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji (pagabbli taħt in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda) x’aktarx kien ikollha l-effett li tiskoraġġixxi lid-detenturi tal-bonds milli jipparteċipaw fil-pjanijiet ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ SAS, li mbagħad kien iwassal għal żieda fl-għajnuna mill-Istat li tiġi injettata fl-istruttura tal-kapital tal-kumpanija. F’dawn iċ-ċirkostanzi, iż-żamma tal-imsemmija projbizzjoni tmur kontra l-objettivi tat-Trattat u l-objettiv tal-Qafas Temporanju u tal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, li, kif ġie rrilevat, jeżiġu li l-għajnuna għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi imfittxija minnu. |
|
(539) |
Għalhekk, peress li l-miżura inkwistjoni kienet imfassla b’tali mod li tnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont tal-għajnuna, kien meħtieġ, sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni sostanzjali mill-investituri privati, li dawn jiġu żgurati li jirċievu pagamenti fuq in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda. Dan kien aktar u aktar il-każ peress li ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 kellhom l-effett inevitabbli li jikkawżaw deterjorament fil-klima tal-investiment fis-settur tal-avjazzjoni. Id-Danimarka u l-Iżvezja, għalhekk, ma setgħux raġonevolment jistennew parteċipazzjoni sinifikanti minn investituri privati mingħajr ma jistabbilixxu inċentivi. |
|
(540) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq il-ħlas mhux obbligatorju ta’ kupuni relatati man-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda – u b’hekk tidderoga mir-rekwiżit stabbilit fil-punt 77 tal-Qafas Temporanju – hija ġġustifikata f’dan il-każ fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ u l-karatteristiċi speċifiċi tal-Miżura. |
6.3.5.2.6. Il-punt 78 tal-Qafas Temporanju
|
(541) |
Il-punt 78 tal-Qafas Temporanju jiddikjara li “Sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija, ir-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-maniġment tal-benefiċjarji ma tistax taqbeż il-parti fissa tar-remunerazzjoni tiegħu/tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għall-persuni li jsiru membri tal-maniġment mar-rikapitalizzazzjoni jew warajha, il-limitu applikabbli huwa r-remunerazzjoni fissa tal-membri tal-maniġment bl-istess livell ta’ responsabbiltà fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jitħallsu bonuses jew komponenti oħra varjabbli jew komparabbli tar-remunerazzjoni”. |
|
(542) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Miżura fiha l-projbizzjoni stabbilita fil-punt 78 tal-Qafas Temporanju (il-premessa (113)). |
|
(543) |
Il-Miżura għalhekk tikkonforma mal-punt 78 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.5.3.
|
(544) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fit-Taqsima 3.11.6. tal-Qafas Temporanju dwar il-kundizzjonijiet ta’ governanza u l-prevenzjoni ta’ distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Għalkemm il-Miżura tidderoga mill-punt 77 tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni tqis li tali deroga hija ġġustifikata, f’dan il-każ speċifiku, għar-raġunijiet żviluppati fit-Taqsima 6.3.5.2.5. |
6.3.6. Strateġija ta’ ħruġ tal-Istat mill-parteċipazzjoni li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni u obbligi ta’ rapportar
|
(545) |
Skont il-punt 79 tal-Qafas Temporanju, “[i]l-benefiċjarji għajr l-SMEs li jkunu rċevew rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 ta’ aktar minn 25 % tal-ekwità fil-mument tal-intervent iridu jippreżentaw strateġija ta’ ħruġ kredibbli għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru, sakemm l-intervent tal-Istat ma jitnaqqasx taħt il-livell ta’ 25 % tal-ekwità fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna” (255). Skont il-punt 80 tal-Qafas Temporanju, l-istrateġija ta’ ħruġ trid tistabbilixxi l-pjan tal-benefiċjarju dwar il-kontinwazzjoni tal-attività tiegħu u l-użu tal-fondi investiti mill-Istat, inkluża skeda ta’ ripagament u l-miżuri li l-benefiċjarju u l-Istat se jieħdu biex jirrispettaw l-iskeda ta’ ħlas lura. |
|
(546) |
SAS hija impriża kbira li kienet se tirċievi rikapitalizzazzjoni ta’ aktar minn 25 % fiż-żmien tal-intervent. Għaldaqstant, id-Danimarka u l-Iżvezja ppreżentaw pjan ta’ direzzjoni tan-negozju żviluppat minn SAS sabiex, sas-sena finanzjarja 2025, tifdi l-istrumenti pprovduti mid-Danimarka u mill-Iżvezja (il-premessa (125)). Id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw li SAS kellha l-intenzjoni li tuża kemm flussi ħielsa ta’ flus kontanti pożittivi tan-negozju kif ukoll rikavati minn ħruġ tas-suq kapitali (inklużi dejn u ekwità) biex tifdi l-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat (256). Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja spjegaw ukoll li huma kienu se jikkunsidraw, malajr kemm jista’ jkun u wara l-istabbilizzazzjoni finanzjarja ta’ SAS, bejgħ lil partijiet terzi privati bħala strateġija ta’ ħruġ probabbli, b’mod partikolari għall-ishma tal-COVID-19 sottoskritti fir-rikapitalizzazzjoni. Fi kwalunkwe każ, id-Danimarka u l-Iżvezja impenjaw ruħhom li jirċievu u japprovaw strateġija ta’ ħruġ kredibbli fi żmien 12-il xahar wara li tkun ingħatat l-għajnuna, sakemm l-intervent tal-Istat ma jitnaqqasx taħt il-livell ta’ 25 % tal-ekwità sa dik l-iskadenza (il-premessa (126)). |
|
(547) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 79 u 80 tal-Qafas Temporanju huma ssodisfati. |
|
(548) |
Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw li SAS kienet se tirrapporta lid-Danimarka u lill-Iżvezja dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ ripagament f’konformità mal-punt 82 tal-Qafas Temporanju (il-premessa (130)). SAS, id-Danimarka, u l-Iżvezja kkonfermaw li se jikkonformaw rispettivament mal-obbligi ta’ pubblikazzjoni u ta’ rapportar stabbiliti fil-punti 83 sa 84 tal-Qafas Temporanju (ara l-premessa (130)). |
|
(549) |
Fl-aħħar nett, f’konformità mal-punt 85 tal-Qafas Temporanju, id-Danimarka u l-Iżvezja impenjaw ruħhom li jinnotifikaw pjan ta’ ristrutturar jekk l-intervent ta’ ekwità tagħhom ma jitnaqqasx għal inqas minn 15 % tal-ekwità tal-benefiċjarju (257) fi żmien 6 snin wara l-għoti tal-Miżura (ara l-premessa (130)). Għalhekk, il-Miżura tikkonforma mal-punt 85 tal-Qafas Temporanju. |
|
(550) |
Il-Kummissjoni tinnota li Ryanair tikkontesta t-tul ta’ żmien ta’ 6 snin stabbilit fil-punt 85 tal-Qafas Temporanju (il-premessa (209)). Hija ssostni li tali rekwiżit “laxk” ma jinċentivax il-ħruġ tal-Istat u jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-punt 45 tal-Qafas Temporanju. Madankollu, hija ma tindikax x’jenħtieġ li jkun it-tul ta’ żmien xieraq. |
|
(551) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rekwiżit ta’ pjan ta’ ristrutturar ma huwiex maħsub biex jaġixxi bħala inċentiv għall-ħruġ ta’ Stat Membru mis-sehem tal-kapital miksub permezz ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19. Il-Qafas Temporanju diġà jipprovdi inċentivi bħal dawn fit-Taqsima 3.11.5 tiegħu tal-Qafas Temporanju, u huwa biss wara dak il-perjodu ta’ 6 snin li se jkun ċar li d-diversi mekkaniżmi ta’ inċentiv ma pproduċewx ir-riżultat mistenni u li għaldaqstant se jkollu jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar. Tali tul ta’ żmien huwa wkoll kompletament konsistenti mad-diversi mekkaniżmi stabbiliti mill-Qafas Temporanju sabiex jinkoraġġixxu u jaċċelleraw il-ħruġ tal-Istat mill-ekwità tal-benefiċjarju kkonċernat, li wħud minnhom huma mifruxa fuq perjodu simili. |
|
(552) |
Għalhekk, bl-ebda mod ma jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità li jiġi previst fil-punt 85 tal-Qafas Temporanju li tali pjan ta’ ristrutturar għandu jiġi nnotifikat biss jekk, wara 6 snin, l-intervent Daniż u Żvediż ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-ekwità ta’ SAS. |
|
(553) |
Barra minn hekk, l-analoġija mal-Komunikazzjoni dwar il-Banek ma hijiex xierqa peress li, kif ġie rrilevat fiha, din il-kriżi kienet ikkawżata, tal-inqas parzjalment, mir-riskji eċċessivi meħuda minn ċerti istituzzjonijiet finanzjarji, b’differenza mill-pandemija tal-COVID-19, li hija kriżi sanitarja. Għaldaqstant, ma jistax ikun meħtieġ li l-miżuri stabbiliti mill-Kummissjoni sabiex tirrimedja l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 ikunu tal-istess natura bħal dawk li jirrispondu għal din il-kriżi finanzjarja. |
|
(554) |
Barra minn hekk, l-osservazzjoni ta’ Ryanair ibbażata fuq il-punt 45 tal-Qafas Temporanju għandha tiġi miċħuda. Filwaqt li dak il-punt jirrikjedi li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet stretti sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huwa spjegat li dawk il-kundizzjonijiet jirrigwardaw id-dħul, ir-remunerazzjoni u l-ħruġ tal-Istat mill-ekwità tal-impriżi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet ta’ governanza u l-miżuri xierqa biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Din hija b’mod ċar referenza għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 3.11.2 sa 3.11.7 tal-Qafas Temporanju. |
|
(555) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Miżura tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fit-Taqsima 3.11.7 tal-Qafas Temporanju. |
6.3.7. It-Taqsima 4 tal-Qafas Temporanju
|
(556) |
Id-Danimarka u l-Iżvezja kkonfermaw li se jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar u monitoraġġ li jinsabu fit-Taqsima 4 tal-Qafas Temporanju (il-premessi (129) u (130)). |
6.3.8. Il-kompatibbiltà tal-Miżura ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni
|
(557) |
Fil-kummenti tagħha Ryanair argumentat li l-Miżura tikser diversi dispożizzjonijiet tat-TFUE, u b’mod partikolari l-Artikoli 18, 49 u 56 tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (il-premessa (166)). Tirreferi wkoll għal ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni (il-premessa (167)). |
|
(558) |
F’dan ir-rigward, Ryanair ġustament tfakkar li għajnuna mill-Istat li, bħala tali jew minħabba xi modalitajiet tagħha, tikser dispożizzjonijiet jew prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (258). |
|
(559) |
Fir-rigward, madankollu, tal-affermazzjoni tagħha li l-Miżura tikser l-Artikolu 18 TFUE, il-Kummissjoni tinnota li dik id-dispożizzjoni tiddikjara fl-ewwel paragrafu tagħha li “[f]il-kamp tal-applikazzjoni tat-Trattati, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali inklużi hemm kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza għandha tiġi projbita”. L-Artikolu 18 tat-TFUE huwa intiż li japplika b’mod awtonomu biss għal sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-TFUE ma jistabbilixxi l-ebda projbizzjoni speċifika ta’ diskriminazzjoni. L-Artikolu 107(2) u (3) tat-TFUE jipprevedi derogi mill-prinċipju, imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE, li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq intern, u għalhekk jippermetti differenzi fit-trattament bejn l-impriżi, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti minn dawk id-derogi. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dawn id-derogi għandhom jitqiesu bħala “dispożizzjonijiet partikolari” previsti mit-Trattati, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tat-TFUE (259). |
|
(560) |
Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat biss jekk id-differenza fit-trattament ikkawżata mill-Miżura hijiex permessa skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk il-Miżura kinitx konformi mal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, kif interpretat mill-Qafas Temporanju. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Miżura hija konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jiġifieri, hija mogħtija għall-finijiet ta’ objettiv rikonoxxut fiha u fil-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ u proporzjonat għall-kisba ta’ dak l-objettiv (260). Għaldaqstant, ma hemmx aktar bżonn li jiġi vvalutat jekk setax kien hemm ksur tal-Artikolu 18 tat-TFUE. Fi kwalunkwe każ, Ryanair ma telaborax fuq ir-raġunijiet li għalihom l-Artikolu 18 tat-TFUE, f’dan il-każ, kien se jinkiser. |
|
(561) |
Fir-rigward tal-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, dawk id-dispożizzjonijiet jipproteġu rispettivament il-forniment liberu tas-servizzi fis-suq intern u l-forniment liberu tas-servizzi tat-trasport bl-ajru fis-suq intern. Il-Kummissjoni tinnota li skont l-Artikolu 58 tat-TFUE, l-Artikolu 56 tat-TFUE ma huwiex applikabbli għas-settur tat-trasport; għalhekk, il-Miżura ma tistax tikser dik id-dispożizzjoni. Fir-rigward tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, Ryanair issostni li, billi rriżervaw il-Miżura għal SAS biss, għad-detriment tal-linji tal-ajru kollha li kienu affettwati bl-istess mod mill-pandemija tal-COVID-19, id-Danimarka u l-Iżvezja skoraġġew il-forniment liberu tas-servizzi, kif ukoll il-libertà tal-istabbiliment ta’ dawk il-linji tal-ajru, inkluża dik ta’ Ryanair (il-premessa (170)). Hija ssostni, essenzjalment, li l-għażla tal-benefiċjarju tirrestrinġi l-libertà tagħha li tipprovdi servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment tagħha. |
|
(562) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrileva li, skont il-ġurisprudenza, l-effetti restrittivi li miżura ta’ għajnuna għandha fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew fuq il-libertà ta’ stabbiliment ma jikkostitwixxux restrizzjoni pprojbita mit-Trattat, peress li din tista’ tkun inerenti għan-natura stess tal-għajnuna mill-Istat, bħan-natura selettiva tagħha (261). |
|
(563) |
Skont din l-istess ġurisprudenza, meta l-modalitajiet ta’ miżura ta’ għajnuna jkunu tant marbuta b’mod irrevokabbli mal-għan tal-għajnuna li jkun impossibbli li dawn jiġu evalwati separatament, l-effett tagħhom fuq il-kompatibbiltà jew l-inkompatibbiltà tal-għajnuna kkunsidrata globalment mas-suq intern għandu neċessarjament jiġi ddeterminat permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108 tat-TFUE (262). |
|
(564) |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-effett tal-għażla ta’ impriża bħala benefiċjarja ta’ miżura fis-suq intern ma jistax jiġi eżaminat separatament mill-effett tal-kompatibbiltà ta’ din il-miżura ta’ għajnuna kollha mas-suq intern permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108 TFUE. Mill-osservazzjonijiet ta’ Ryanair jirriżulta li din tal-aħħar taqbel ma’ din il-fehma, peress li hija ssostni li l-Kummissjoni jenħtieġ li tipprojbixxi l-Miżura fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE, iżda minħabba li allegatament tikser l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u l-Artikolu 49 TFUE. |
|
(565) |
Madankollu, kif indikat mill-ġurisprudenza fil-premessa (563), l-effetti restrittivi li għajnuna mill-Istat jista’ jkollha fuq il-provvista libera ta’ servizzi jew fuq il-libertà ta’ stabbiliment, ma jikkostitwixxux restrizzjoni pprojbita mit-Trattat, peress li tista’ tkun inerenti fin-natura stess tal-għajnuna mill-Istat, bħan-natura selettiva tagħha. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma tidentifika l-ebda element li juri li l-Miżura, u b’mod aktar speċifiku, l-għażla ta’ SAS bħala l-unika benefiċjarja tal-Miżura, ipproduċew effetti restrittivi li marru lil hinn minn dawk inerenti fl-għajnuna mill-Istat mogħtija f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE. Il-partijiet interessati lanqas ma pprovdew tali evidenza. |
|
(566) |
Għalhekk, il-Miżura ma tiksirx l-Artikolu 49 tat-TFUE u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. |
|
(567) |
Minn dan isegwi li, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Miżura ma tikser l-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni mqajma minn Ryanair fl-osservazzjonijiet tagħha. |
7. KONKLUŻJONI
|
(568) |
Il-Kummissjoni tikkonstata li l-Iżvezja u d-Danimarka implimentaw il-Miżura b’mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-Miżura hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE, bil-kundizzjoni li d-Danimarka u l-Iżvezja jimplimentaw il-mekkaniżmu deskritt fil-premessa (148) f’konformità mal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni lil dawk l-Istati Membri. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna li r-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Iżvezja taw u implimentaw lil Scandinavian Airlines System AB, li tammonta għal SEK 9,54 biljun, hija kompatibbli mas-suq intern, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
Il-kompatibbiltà tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 hija soġġetta għal li r-Renju tad-Danimarka u għar-Renju tal-Iżvezja jirrikjedu minn Scandinavian Airlines System AB, għall-fini li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-punti 61 u 62 tal-Qafas Temporanju, il-ħruġ ta’ titoli kapitali addizzjonali lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Iżvezja li jżidu r-remunerazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri fuq l-ishma tal-COVID-19 li huma kisbu rispettivament bl-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 permezz tas-sottoskrizzjoni ta’ ishma komuni ġodda ta’ Scandinavian Airlines System AB.
Il-ħruġ tal-istrumenti msemmija fl-ewwel paragrafu jsir wara 4 snin (jekk ir-Renju tad-Danimarka u/jew ir-Renju tal-Iżvezja ma jkunux biegħu tal-inqas 40 % tal-ishma tal-COVID-19 li jkunu akkwistaw) u 6 snin (jekk ir-Renju tad-Danimarka u/jew ir-Renju tal-Iżvezja ma jkunux biegħu l-ishma tagħhom tal-COVID-19 b’mod sħiħ) wara d-data tal-għoti tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.
Sabiex toħroġ l-istrumenti msemmija fl-ewwel paragrafu, Scandinavian Airlines System AB se (i) temenda t-termini tan-noti ibridi tal-Istat maħruġa minn dik l-impriża lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Iżvezja biex iżżid l-ammont pagabbli taħtha; jew (ii) toħroġ strument ġdid lir-Renju tad-Danimarka u lir-Renju tal-Iżvezja taħt l-istess termini u kundizzjonijiet bħan-noti ibridi tal-Istat maħruġa minn din l-impriża lir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Iżvezja.
Iż-żieda fir-remunerazzjoni pprovduta taħt l-istrumenti msemmija fl-ewwel paragrafu se tikkorrispondi għal żieda ta’ 10 % tal-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta’ ishma ta’ Scandinavian Airlines System AB miżmuma rispettivament mir-Renju tad-Danimarka u mir-Renju tal-Iżvezja, li jkunu għadhom ma nbigħux qabel id-dati indikati fil-paragrafu 2 u li jaqbżu n-numru ta’ ishma li dawk l-Istati Membri rispettivament kellhom f’dik l-impriża qabel l-għoti tal-għajnuna msemmija fl-ewwel paragrafu, bl-ogħla minn (i) SEK 1,16 jew (ii) il-prezz medju ponderat skont il-volum imħallas għall-ishma ta’ Scandinavian Airlines System AB f’Nasdaq Stockholm matul perjodu ta’ 20 jum ta’ negozjar immedjatament qabel il-ħames jum ta’ negozjar qabel l-attivazzjoni tal-istep-up fiż-żmien indikat fil-paragrafu 2. L-ammont prinċipali addizzjonali li jirriżulta minn dan il-kalkolu se jiġi aġġustat sabiex jitqiesu l-flussi ta’ flus kontanti futuri mistennija assoċjati ma’ dak l-ammont nominali addizzjonali ta’ titoli kapitali, skontati b’rata xierqa tas-suq li tirrifletti t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom u l-livell ta’ riskju tal-emittent fiż-żmien indikat fil-paragrafu 2.
Artikolu 3
Ir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Iżvezja għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri meħuda biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Iżvezja.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Didier REYNDERS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 250, 14.7.2023, p. 11.
(2) Id-Danimarka u l-Iżvezja ppreżentaw abbozz ta’ formola ta’ notifika fit-12 ta’ Ġunju 2020. Wara skambji informali mal-Kummissjoni, id-Danimarka u l-Iżvezja ppreżentaw informazzjoni addizzjonali fis-16 ta’ Ġunju 2020. Il-Kummissjoni bagħtet lid-Danimarka u lill-Iżvezja talbiet għal informazzjoni fis-16, fid-19, fit-23 u fit-30 ta’ Ġunju 2020, li d-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu għalihom fit-18, fit-22, u fit-23 ta’ Ġunju 2020 u fit-2 ta’ Lulju 2020. Il-Kummissjoni bagħtet aktar talbiet għal informazzjoni fit-2, fis-6 u fl-10 ta’ Lulju 2020 li d-Danimarka u l-Iżvezja wieġbu għalihom fit-3, fit-8, fit-13 u fit-23 ta’ Lulju 2020. Id-Danimarka u l-Iżvezja bagħtu aktar informazzjoni fl-24, fis-27, fit-30 u fil-31 ta’ Lulju 2020 u fl-1 u fit-2 ta’ Awwissu 2020.
(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (ĠU C 91I, 20.3.2020, p. 1), kif emendata bil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C (2020) 2215 (ĠU C 112I, 4.4.2020, p. 1), C (2020) 3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 35), u C (2020) 4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3). Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni inizjali, il-Qafas Temporanju ġie emendat bil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni C (2020) 7127 (ĠU C 340I, 13.10.2020, p. 1), C (2021) 564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6), C (2021) 8442 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1) u C (2022) 7902 (ĠU C 423, 7.11.2022, p. 9).
(4) Meta ssir referenza għall-Miżura kif innotifikata fil-11 ta’ Awwissu 2020, tintuża r-rata tal-kambju tal-14 ta’ Awwissu 2020 meta l-ammont tal-għajnuna f’SEK jiġi kkonvertit f’EUR.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2020) 5750 final tas-17 ta’ Awwissu 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57543 (2020/N) – id-Danimarka u SA.58342 (2020/N) – l-Iżvezja – ir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ta’ SAS AB (ĠU C 50, 12.2.2021, p. 1). Fit-23 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ rettifika li temenda d-deċiżjoni inizjali.
(6) Is-sentenza tal-10 ta’ Mejju 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni (SAS II; COVID-19), T-238/21, ECLI:EU:T:2023:247.
(7) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(8) Ir-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1958/1(1)/oj).
(9) Fid-29 ta’ Mejju 2020, id-Danimarka kienet bdiet tneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għall-vjaġġi lejn il-Ġermanja, l-Iżlanda u n-Norveġja, b’effett mill-15 ta’ Ġunju 2020.
(10) L-eċċezzjonijiet kienu jikkonċernaw ir-Renju Unit, l-Iżvezja, il-Portugall, ir-Rumanija, Malta u l-Irlanda. Ara fuq: https://via.ritzau.dk/pressemeddelelse/ny-model-for-rejsevejledningerne-for-europa-traeder-i-kraft?publisherId=2012662&releaseId=13596062 (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(11) https://www.schengenvisainfo.com/news/denmark-urges-its-citizens-to-avoid-travel-to-france-and-croatia-due-to-covid-19/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(12) https://www.schengenvisainfo.com/news/denmark-urges-its-citizens-to-avoid-travel-to-france-and-croatia-due-to-covid-19/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(13) https://www.schengenvisainfo.com/news/denmark-to-quarantine-arrivals-from-another-five-european-countries/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(14) https://www.schengenvisainfo.com/news/denmark-to-quarantine-nationals-of-another-four-countries-from-sept-26/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(15) https://www.schengenvisainfo.com/news/arrivals-from-slovakia-san-marino-to-be-quarantined-in-denmark-from-october-3/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(16) https://www.schengenvisainfo.com/news/covid-19-denmark-advises-citizens-to-avoid-travel-to-eight-swedish-regions/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(17) https://www.schengenvisainfo.com/news/denmark-discourages-its-citizens-from-travelling-to-bulgaria-italy-lithuania-poland/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(18) https://www.schengenvisainfo.com/news/danes-advised-to-avoid-non-essential-trips-to-cyprus-latvia-germany/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(19) https://www.schengenvisainfo.com/news/danes-advised-to-avoid-non-essential-trips-to-cyprus-latvia-germany/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(20) Mis-17 ta’ Ġunju 2020, l-Iżvezja neħħiet il-parir kontra l-ivvjaġġar lejn il-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Monaco, il-Portugall, San Marino, Spanja, l-Iżvizzera u l-Belt tal-Vatikan; mill-15 ta’ Lulju 2020, għall-ivvjaġġar lejn Andorra, il-Ġermanja u l-Polonja; u mid-29 ta’ Lulju 2020, għall-ivvjaġġar lejn id-Danimarka, in-Norveġja u ċ-Ċekja.
(21) https://www.schengenvisainfo.com/news/sweden-extends-its-temporary-entry-ban-until-december-22/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(22) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2021 (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Dawk il-projezzjonijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni miġbura sat-22 ta’ Ottubru 2020.
(23) Ara r-Rapport Annwali u tas-Sostenibbiltà ta’ SAS għas-sena fiskali 2019 (p. 44), disponibbli fuq https://www.sasgroup.net/files/documents/Corporate_governace/annual-reports/sas-sas-annual-and-sustainability-report-fiscal-year-2019-200130.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). F’dak ir-rapport, l-2019 tikkorrispondi għas-sena fiskali ta’ SAS, jiġifieri, Novembru 2018-Ottubru 2019.
(24) Il-Fattur tat-Tagħbija tal-Passiġġieri huwa metrika tal-industrija tal-linji tal-ajru li tkejjel kemm tintuża mill-kapaċità ta’ ġarr tal-passiġġieri ta’ linja tal-ajru. Huwa indikatur importanti biex tiġi stmata l-kapaċità ta’ linja tal-ajru li timla l-kapaċità tal-inġenji tal-ajru li tuża, għalkemm dik il-metrika tista’ ma tikkunsidrax il-prezzijiet u l-profittabbiltà li bihom tinbiegħ dik il-kapaċità.
(25) Il-Kilometri ta’ Postijiet Disponibbli (ASK) huwa indikatur li jkejjel il-kapaċità ta’ ġarr ta’ ajruplan li minnha jista’ jiġi ġġenerat id-dħul. Dan jirreferi għal kemm ikunu disponibbli kilometri ta’ postijiet biex jinxtraw fuq linja tal-ajru. Il-kilometri ta’ postijiet jiġu kkalkulati billi n-numru ta’ kilometri li ajruplan partikolari jkun se jtir fuq rotta jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ postijiet disponibbli fuq dak l-ajruplan. L-ASK jista’ jintuża biex jiġi vvalutat kemm linja tal-ajru hija effiċjenti biex tiġġenera dħul mid-disponibbiltà ta’ postijiet għall-klijenti. Għalhekk, il-linja tal-ajru tkun qiegħda topera taħt il-kapaċità jekk ma jinbigħux il-postijiet kollha fuq l-ajruplan.
(26) Il-Kilometri ta’ Dħul għal kull Passiġġier (RPK) jiġu kkalkulati billi n-numru ta’ passiġġieri li jħallsu jiġi mmultiplikat bid-distanza vvjaġġata. Pereżempju, ajruplan b’100 passiġġier li jtir 250 kilometru jiġġenera 25 000 RPK.
(27) Il-COVID-19 bdiet tinfirex b’mod sinifikanti madwar id-dinja minn Frar 2020. Matul dak ix-xahar SAS diġà kienet innotat ċertu tnaqqis fid-domanda fuq uħud mir-rotot li kienet topera, b’mod partikolari fuq ir-rotot interkontinentali (barra mill-Unjoni) u r-rotot lejn u mill-Italja. Minkejja dawk l-ewwel sinjali ċari tal-pandemija, SAS irreġistrat għadd akbar ta’ passiġġieri ttrasportati fi Frar 2020 meta mqabbel ma’ dak ix-xahar fl-2019.
(28) B’mod aktar speċifiku, f’Diċembru 2019 SAS irreġistrat żieda totali ta’ 2,1 % tal-passiġġieri ttrasportati meta mqabbel mal-istess xahar fl-2018 (ara https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/nearly-2-million-passengers-traveled-with-sas-in-december/); ta’ 3,2 % f’Jannar 2020 meta mqabbel mal-istess xahar fl-2019 (ara https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/1-9-million-passengers-traveled-with-sas-in-january/); u ta’ kważi 4 % fi Frar 2020 meta mqabbel mal-istess xahar fl-2019 (https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-traffic-figures---february-2020/) (kollha aċċessati l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(29) SAS żiedet l-offerta tagħha f’termini tal-ASK b’0,9 % f’Diċembru 2019, b’1,9 % f’Jannar 2020 u b’1,5 % fi Frar 2020 meta mqabbla rispettivament ma’ Diċembru 2018, Jannar 2019, u Frar 2019.
(30) SAS żiedet l-RPK tagħha bi 2,6 % f’Diċembru 2019, bi 2,8 % f’Jannar 2020 u b’0,5 % fi Frar 2020, meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.
(31) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-traffic-figures---march-2020/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(32) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-traffic-figures---may-2020/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(33) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-traffic-figures---june-2020/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(34) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-traffic-figures---october-2020/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(35) https://www.eurocontrol.int/sites/default/files/2020-11/eurocontrol-five-year-forecast-europe-2020-2024.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(36) www.aci-europe.org/downloads/resources/ACI%20EUROPE_updated%20estimates%20of%20COVID19%20traffic%20revenue%20impacts_06.10.2020.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(37) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/update-on-covid-19/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(38) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-temporarily-halt-most-of-the-traffic/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Ara wkoll il-minuti tal-laqgħa tal-bord ta’ SAS tas-16 ta’ Marzu 2020 (Anness 40.1 tan-notifika).
(39) Inqas minn 8 % tal-passiġġieri ttrasportati fl-2019 minn SAS.
(40) SAS stenniet li f’Ottubru 2020 tilħaq biss 30 % tal-passiġġieri li ttrasportat fl-2019.
(41) Ara n-nota 23 f’qiegħ il-paġna. Is-sena fiskali ta’ SAS hija mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru.
(42) Dak it-tnaqqis fl-ispejjeż kellu fil-mira l-kostijiet tal-persunal (permezz tal-iffriżar tar-reklutaġġ, inqas taħriġ) għal total ta’ aktar minn SEK 800 miljun; il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru (permezz ta’ negozjar mill-ġdid ta’ ftehimiet ta’ kiri bl-ekwipaġġ, kosenji ttardjati tal-inġenji tal-ajru, inqas manutenzjoni, eċċ.) għal total ta’ SEK 1,3 biljun; u kostijiet oħra (proġetti mwaqqfa, infiq imnaqqas fuq attivitajiet mhux essenzjali bħall-kummerċjalizzazzjoni, il-konsulenti, kost imnaqqas tal-IT u l-bini) għal total ta’ SEK 1,3 biljun.
(43) Fost raġunijiet oħra, il-programm Eurobonus ta’ SAS kien sors importanti ta’ dħul għall-kumpanija u assi strateġiku għall-istrateġija kummerċjali tagħha mmirata lejn klijenti speċifiċi u regolari. SAS qieset li kien hemm modi oħra ta’ ġenerazzjoni ta’ flus kontanti minn dan il-programm minbarra ċ-ċessjoni, pereżempju billi dak il-programm jiġi ttrasferit lil entità ġuridika separata sabiex SAS tkun tista’ tużah bħala kollateral fil-futur qrib għall-finanzjament tad-dejn, jew billi tbigħ punti bi skont lil klijenti leali sabiex tiġġenera aktar flus kontanti. Madankollu, trasferiment bħal dan ikun jeħtieġ diversi xhur biex jitlesta, li wassal lil SAS biex tikkunsidra li tali trasferiment ma setax jikkostitwixxi soluzzjoni fuq żmien qasir għad-diffikultajiet finanzjarji tagħha, iżda biss xi ħaġa li tista’ tiġi esplorata għat-terminu medju.
(44) SAS ma għandhiex inġenji tal-ajru tal-merkanzija tagħha iżda tuża l-istiva tal-ajruplani tal-passiġġieri tagħha biex tittrasporta l-merkanzija. Għalhekk, l-ispedizjonieri potenzjali jkollhom diffikultajiet biex jottimizzaw il-flussi tal-merkanzija, peress li dawn jiddependu fuq il-programm ta’ titjiriet tal-passiġġieri ta’ SAS, peress li t-titjiriet huma operati minn SAS. Għalhekk, l-uniku interess muri mill-akkwirenti kien jikkonċerna l-akkwist tal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ bejgħ tal-“kapaċità tal-istiva” ta’ SAS, iżda soġġett għal tariffa ta’ kummissjoni importanti. Barra minn hekk, tentattivi preċedenti minn SAS biex tbigħ dik il-fergħa ma rnexxewx. SAS qieset li kien għalhekk aħjar li l-fergħa tinżamm fi ħdan il-grupp, iżda bi tnaqqis sostanzjali tal-persunal (- 50 %).
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(45) SAS operat titjiriet ta’ ripatrijazzjoni mill-Brażil, mill-Pakistan, mill-Kolombja, mill-Guinea, mill-Perù u mit-Turkija.
(46) B’mod partikolari diversi titjiriet bejn Stokkolma u Hong Kong, bl-użu ta’ inġenji tal-ajru tal-passiġġieri vojta, għat-trasport ta’ tagħmir mediku u prodotti farmaċewtiċi mill-Asja lejn l-Ewropa.
(47) Fil-15 ta’ April 2020, SAS kienet qed topera 7,4 % tas-servizzi tal-ajru tagħha meta mqabbla mal-2019. SAS stmat, abbażi tad-data tal-Eurocontrol, li dan kien pjuttost konformi mal-offerta medja ta’ kumpaniji pari (5,7 %) li jinkludu kampjun ta’ 25 linja tal-ajru (Wideroe, Alitalia, Aer Lingus, KLM, Turkish Airlines, Iberia, Wizz Air, Lufthansa, Air France, LOT, Ryanair, Austrian Airlines, easyJet, eċċ.) (Sors: Laqgħa tal-Bord ta’ SAS AB tal-15 ta’ April, Anness 40.1 tan-notifika).
(48) L-indikaturi żvelaw tneħħija parzjali u imminenti tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fl-Ewropa u fl-Iskandinavja fil-bidu tas-sajf tal-2020; żieda fil-bejgħ ta’ mhux aktar minn 29 % meta mqabbel mal-ġimgħa ta’ qabel u żieda fil-profittabbiltà/fattur ta’ tagħbija mill-bidu ta’ Ġunju.
(49) SAS irreġistrat traffiku reali f’Lulju 2020 li kien ogħla minn dak li kienet antiċipat fil-pjan tan-negozju tagħha adottat fl-24 ta’ April 2024.
(50) SAS analizzat il-kapaċità ppubblikata ta’ kull ġimgħa ta’ inter alia Norwegian, Lufthansa, Ryanair, Air France/KLM, Wizz Air, Wideroe, il-Grupp IAG, Finnair, easyJet, Braathens Regional u Turkish Airlines.
(51) SAS stmat li Wizz Air kienet qed terġa’ lura għall-offerta sħiħa tagħha f’Awwissu 2020 meta mqabbel ma’ Awwissu 2019; Ryanair u Air France/KLM għal madwar 65 %; Lufthansa għal inqas minn 40 % u Finnair għal inqas minn 30 %.
(52) 15 […], ħamsa […] u […] wieħed.
(53) https://www.sasgroup.net/newsroom/press-releases/2020/sas-initiates-processes-to-reduce-the-size-of-its-future-workforce-due-to-lower-expected-demand-for-air-travel/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta Novembru 2023).
(54) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2020) 2416 final tal-15 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56795 (2020/N) – id-Danimarka – Kumpens għad-danni kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines, (ĠU C 220, 3.7.2020, p. 1).
(55) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2020) 2784 final tal-24 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57061 (2020/N) – l-Iżvezja – Kumpens għad-danni kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Scandinavian Airlines (ĠU C 220, 3.7.2020, p. 1).
(56) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2020) 2294 final tat-8 ta’ April 2020 dwar il-każ ta’ għajnuna mill-Istat SA.56774 (2020/N) – id-Danimarka – Skema ta’ kumpens għal kumpaniji esposti għal tnaqqis kbir fil-fatturat relatat mal-COVID-19, ĠU C 144, 30.4.2020, p. 1. L-iskema ġiet approvata skont l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE.
(57) Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden hija konsorzju proprjetà ta’ tliet sussidjarji ta’ SAS (ara wkoll it-Taqsima 2.7).
(58) Il-Każ SA.58157 – COVID-19: għajnuna lill-ajruporti Daniżi u lil-linji tal-ajru li jinżlu u jitilqu mid-Danimarka u l-Każ SA.58088 – COVID-19: kumpens lil-linji tal-ajru fuq rotot domestiċi Daniżi għad-dannu mill-COVID-19 (ibbażat rispettivament fuq l-Artikolu 107(3), il-punt (b), tat-TFUE kif interpretat mit-Taqsima 3.1 tal-Qafas Temporanju u l-Artikolu 107(2), il-punt (b), tat-TFUE). Il-Kummissjoni approvat l-ewwel miżura fid-deċiżjoni tagħha tat-3 ta’ Settembru 2020 fil-każ SA.58157 (ĠU C 7, 7.1.2021, p. 4); fir-rigward tat-tieni miżura, id-Danimarka fl-aħħar mill-aħħar abbandunat il-proġett tagħha li tagħti għajnuna taħt l-iskema fil-każ SA.58088 u rtirat in-notifika tagħha fl-14 ta’ Ottubru 2020.
(59) Eventwalment, SAS irċeviet biss għajnuna taħt l-iskema fil-każ SA.58157 għal ammont ta’ EUR 800 000. Wara li d-Danimarka abbandunat il-proġett tagħha li tagħti għajnuna taħt il-każ SA.58088, SAS ma bbenefikatx mill-EUR 4,7 miljun li kienu stmati. Madankollu, kemm l-għajnuna riċevuta taħt l-iskema fil-każ SA.58157 kif ukoll l-għajnuna stmata taħt il-każ SA.58088 jitqiesu fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità (it-Taqsima 6.3.3).
(60) https://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/covid-19-grant-scheme-undertakings-suffering-substantial-loss-turnover (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(61) Bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta’ InforEuro ta’ Awwissu 2020.
(62) Il-proporzjon tad-dejn mal-ekwità huwa indikatur finanzjarju li juri kemm minn kumpanija hija proprjetà tal-kredituri meta mqabbel ma’ kemm mill-ekwità tal-azzjonisti hija miżmuma mill-kumpanija. Huwa jikkalkula l-piż tad-dejn totali u l-obbligazzjonijiet finanzjarji pparagunati mal-ekwità totali tal-azzjonisti. Aktar ma jkun għoli l-proporzjon, aktar tkun ingranata l-kumpanija. Kumpaniji b’ingranaġġ għoli jġorru magħhom aktar riskju li jonqsu minn pagamenti ta’ dejn meta d-dħul jonqos. Huma wkoll inqas kapaċi jiġġeneraw dejn ġdid. Proporzjon negattiv jindika li l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija jaqbżu l-assi tagħha. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan jitqies bħala sinjal ta’ riskju għoli u inċentiv biex tiġi mfittxa l-protezzjoni mill-falliment.
(63) Ir-rekwiżit ta’ tħejjija finanzjarja ta’ SAS huwa li jkollha fondi ta’ flus kontanti bi tħejjija għal mill-inqas 25 % tal-kostijiet fissi annwali f’kull mument. Id-Danimarka u l-Iżvezja josservaw li dak ir-rekwiżit ta’ likwidità jirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1008/oj), li taħtu linja tal-ajru hija obbligata żżomm tħejjija finanzjarja sabiex iżżomm il-liċenzja operattiva tagħha.
(64) https://www.sasgroup.net/investor-relations/financial-reports/interim-reports/continued-negative-impact-of-covid-19/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(65) Ara r-rapport interim ta’ SAS għal Q3 2020 disponibbli fuq: https://www.sasgroup.net/files/documents/financial-reports/Q3-2020/Q320-Presentation-2020-08-25.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(66) https://www.sasgroup.net/investor-relations/financial-reports/interim-reports/full-year-financials-significantly-impacted-by-the-ongoing-pandemic/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(67) L-Anness 33 għan-notifika tal-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi.
(68) L-Anness 34.1 għan-notifika tal-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi.
(69) Skont id-data miġbura mill-awtoritajiet Daniżi mingħand Trafikstyrelsen (l-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferrovija) bi tweġiba għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2023, l-akbar tliet linji tal-ajru li joperaw minn, lejn u fid-Danimarka (minbarra SAS) fl-2019 kienu Norwegian Air Shuttle (b’85 rotta), Ryanair (48 rotta) u easyJet (16-il rotta). Norwegian Air Shuttle operat rotta domestika waħda, filwaqt li Ryanair u easyJet ma kienu joperaw l-ebda waħda.
(70) Ara r-rapport annwali u dwar is-sostenibbiltà ta’ SAS tas-sena fiskali 2019, p. 8, disponibbli fuq: https://www.sasgroup.net/files/documents/Corporate_governace/annual-reports/sas-sas-annual-and-sustainability-report-fiscal-year-2019-200130.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(71) Skont id-data tal-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji, fl-2019 SAS kienet l-akbar linja tal-ajru fil-livell domestiku b’41 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi ttrasportati, segwita minn Norwegian Air Shuttle (29 %), Danish Air Transport (22 %), Air Alsie (4,5 %) u Dancopter (0,8 %).
(72) Skont l-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji, SAS baqgħet l-akbar linja tal-ajru fil-livell domestiku bejn Jannar u Settembru 2020 b’39 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi ttrasportati fid-Danimarka, segwita minn Danish Air Transport (28,5 %), Norwegian Air Shuttle (24 %), u Air Alsie (3,1 %).
(73) Fl-2019, SAS offriet, pereżempju, bejn 600 u 700 titjira fix-xahar lejn Oslo, kif ukoll lejn Stokkolma; aktar minn 300 titjira fix-xahar lejn Gothenburg u Stavanger; u titjiriet li jikkonnettjaw d-Danimarka ma’ Helsinki, Aalesund, Trondheim, u Bergen.
(74) Fl-2019, SAS offriet, pereżempju, aktar minn 100 titjira fix-xahar lejn Brussell, Amsterdam, Pariġi, Gdansk, Hamburg, Frankfurt, Dusseldorf, Munich, Vilnius, Varsavja u Milan.
(75) Skont id-data tal-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji u ta’ SAS, SAS operat madwar żewġ terzi tar-rotot tagħha matul is-sena kollha (64 rotta minn 102 rotot), inklużi New York, Chicago, Washington, Hong Kong, Londra u Ġinevra, filwaqt li Norwegian Air Shuttle operat 29 rotta s-sena kollha (minn 85 rotta), Ryanair 23 rotta (minn 48 rotta) u easyJet 11-il rotta s-sena kollha (minn 16-il rotta).
(76) Skont id-data mill-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji, SAS kienet il-linja tal-ajru ewlenija f’termini ta’ passiġġieri internazzjonali ttrasportati lejn u mid-Danimarka fl-2019, segwita minn Norwegian Air Shuttle (15 %), Ryanair (9 %), easyJet (5 %) u KLM (4 %).
(77) Skont l-awtorità Daniża tal-avjazzjoni ċivili u tal-ferroviji, SAS ittrasportat aktar minn 2 miljun passiġġier bejn Jannar u Settembru 2020, segwita minn Norwegian Air Shuttle (11 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri internazzjonali), Ryanair (10 %), KLM (5 %) u easyJet (4,5 %).
(78) Skont id-data tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, SAS kienet il-linja tal-ajru ewlenija għas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri domestiċi b’aktar minn 3 miljun passiġġier ittrasportati, segwita minn Braathens Regional (30 %), Norwegian Air Shuttle (18 %), il-linji tal-ajru Pollakki LOT (0,8 %) u Amapola Flyg (0,7 %).
(79) Skont id-data tal-Aġenzija Żvediża tat-Trasport, bejn Jannar u Settembru 2020, SAS baqgħet l-akbar linja tal-ajru għat-traffiku domestiku f’termini ta’ passiġġieri ttrasportati, li jammonta għal 60 % tat-traffiku totali; Braathens Regional għal 20 %; Norwegian Air Shuttle għal 14 %, Air Leap għal 1,8 % u Amapola Flyg għal 1,8 %.
(80) Skont id-data tal-Awtorità Żvediża tat-Trasport, SAS kienet il-linja tal-ajru ewlenija għas-servizzi tat-trasport internazzjonali bl-ajru minn u lejn l-Iżvezja fl-2019 b’aktar minn 7 miljun passiġġier ittrasportati, segwita minn Norwegian Air Shuttle (18 %), Ryanair (8 %), Wizz Air (5,6 %) u Lufthansa (5 %). Bejn Jannar u Settembru 2020, l-ishma ta’ SAS ta’ passiġġieri internazzjonali naqsu bi ftit minn 25 % għal 23 %; Norwegian Air Shuttle żammet it-tieni l-ogħla sehem bi 13 % (minflok 18 % fl-2019). Is-sehem ta’ Ryanair baqa’ stabbli, filwaqt li dak ta’ Wizz Air u Lufthansa żdied minn 5,6 % għal 7,2 % u minn 5,1 % għal 6,6 %, rispettivament.
(81) Fl-2019, SAS offriet pereżempju aktar minn 600 titjira fix-xahar lejn Oslo u Copenhagen, u aktar minn 300 lejn Helsinki; aktar minn 100 titjira lejn Billund, Tampere, Turku, u Vaasa; u titjiriet li jikkonnettjaw l-Iżvezja ma’ Aarhus, Stavanger, Tromsø, Trondheim u Oulu.
(82) Fl-2019, SAS offriet pereżempju aktar minn 100 titjira fix-xahar lejn Brussell, Amsterdam, Pariġi, Berlin, Frankfurt, Vilnius, u Tallinn.
(83) Ara r-rapport ta’ Copenhagen Economics ta’ April 2019 disponibbli fuq: https://www.copenhageneconomics.com/dyn/resources/Filelibrary/file/6/216/1562329592/sas-swedenreport.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(84) Idem. Ir-rapport jindika wkoll li l-konnettività maħluqa minn SAS tikkontribwixxi DKK 18,4 biljun għall-PDG Daniż.
(85) Jiġifieri […], […], […] u […].
(86) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2020 fil-każ SA.56812 (2020/N) – l-Iżvezja – COVID-19: Skema ta’ garanzija għal self lil-linji tal-ajru (ĠU C 269, 14.8.2020, p. 2).
(87) Rahan negattiv huwa kuntratt, jew klawżola f’kuntratt ta’ self, li tipprevjeni lill-mutwatarju milli jirhan l-assi kollha jew dawk deżinjati lil sellief ieħor. Dan jiżgura li s-sellief oriġinali jżomm il-prijorità jekk il-mutwatarju jkun inadempjenti u l-assi tiegħu jiġu sekwestrati.
(88) Skont l-iskali ta’ klassifikazzjoni ta’ Standard &Poor’s, klassifikazzjoni ta’ CCC tfisser li l-profil ta’ kreditu tal-kumpanija bħalissa huwa vulnerabbli u dipendenti fuq kundizzjonijiet kummerċjali, finanzjarji u ekonomiċi favorevoli biex jiġu ssodisfati l-impenji finanzjarji. Ara https://www.spglobal.com/ratings/en/about/intro-to-credit-ratings (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(89) Ara https://www.airfinancejournal.com/articles/3579433/s-and-p-downgrades-sas-on-debt-default-risk; https://www.marketscreener.com/quote/stock/S-P-GLOBAL-INC-27377749/news/S-P-Global-Scandinavian-Airline-SAS-AB-Downgraded-To-CCC-On-Potential-Debt-Restructuring-Rating-30751970/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(90) Skont l-iskali ta’ klassifikazzjoni ta’ Moody’s, klassifikazzjoni ta’ Caa tfisser li l-obbligi huma meqjusa bħala ta’ pożizzjoni fqira u huma soġġetti għal riskju ta’ kreditu għoli ħafna. Ara https://www.moodys.com/sites/products/productattachments/ap075378_1_1408_ki.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(91) L-Anness 34.1 għan-notifika tal-awtoritajiet Żvediżi u Daniżi.
(92) Il-proporzjon tad-dejn mal-EBITDA huwa proporzjon ta’ ingranaġġ li jkejjel il-kapaċità ta’ kumpanija li tħallas id-dejn imġarrab minnha. Komunement użat mill-aġenziji ta’ kreditu, dan il-proporzjon jiddetermina l-probabbiltà ta’ inadempjenza fuq dejn maħruġ. Dan il-proporzjon huwa utli biex jiġi ddeterminat kemm-il sena ta’ EBITDA tkun meħtieġa biex jitħallas lura d-dejn kollu. Tipikament, jista’ jkun allarmanti jekk il-proporzjon ikun aktar minn 3, iżda dan jista’ jvarja skont l-industrija. Ara eż. https://www.investopedia.com/terms/l/leverageratio.asp (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(93) Ir-rata li biha kumpanija tuża r-riżervi ta’ flus kontanti jew il-bilanċ tal-flus kontanti tagħha f’xenarju li jiġġenera t-telf minħabba l-attivitajiet operatorji tagħha.
(94) Wara l-għoti tal-Miżura fis-26 ta’ Ottubru 2020, SAS ħallset lura l-faċilità ta’ kreditu rotanti kompletament fid-29 ta’ Ottubru 2020. Il-garanziji tal-Istat Żvediż u Daniż skadew fl-istess ħin.
(95) Dik il-lista tinkludi biss l-iskemi ta’ għajnuna li għalihom SAS setgħet tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà biex tibbenefika mill-għajnuna.
(96) Dik il-lista tinkludi biss l-iskemi ta’ għajnuna li għalihom SAS setgħet tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà biex tibbenefika mill-għajnuna.
(97) Ara l-istqarrija għall-istampa ta’ SAS tat-30 ta’ Ġunju 2020, li tagħti dettalji dwar l-ewwel proposta tal-pjan ta’ rikapitalizzazzjoni, fuq: https://www.sasgroup.net/investor-relations/recapitalization-2020/recapitalization-plan/sas-announces-recapitalization-plan-to-continue-as-a-key-provider-of-important-scandinavian-airline-infrastructure/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(98) Ara l-istqarrija għall-istampa ta’ SAS tal-10 ta’ Lulju 2020 fuq: https://www.sasgroup.net/investor-relations/recapitalization-2020/recapitalization-plan/sas-cancels-noteholders-meetings-scheduled-for-17-july-2020-as-required-conversions-under-the-recapitalisation-plan-are-not-expected-to-be-approved--process-continues-with-initiation-of-noteholder-discussions/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(99) Fit-2 ta’ Settembru 2020, id-detenturi tan-noti approvaw il-konverżjoni tan-Noti Ibridi Eżistenti li kellhom jiġu skambjati b’90 % tal-parità monetarja għal ishma komuni f’SAS bi prezz ta’ sottoskrizzjoni ta’ SEK 1,16 għal kull sehem, soġġett għall-approvazzjoni mil-laqgħa straordinarja tal-azzjonisti.
(100) Fit-2 ta’ Settembru 2020, id-detenturi tan-noti approvaw il-konverżjoni tal-Bonds li għandhom jiġu skambjati b’100 % tal-parità monetarja għal titoli kapitali eżerċitabbli denominati b’SEK, perpetwi, mhux subordinati, mhux garantiti, b’rata varjabbli f’SAS.
(101) Star Alliance inħolqot minn ħames linji tal-ajru fl-1997 bħala l-ewwel alleanza globali tal-avjazzjoni. Star Alliance għandha 26 linja tal-ajru membru, li joffru konnessjonijiet madwar network globali. Kumpanija tal-proġetti bbażata fi Frankfurt, il-Ġermanja, tikkoordina l-attivitajiet ta’ Star Alliance, inklużi l-kolokazzjonijiet fl-ajruporti, l-infrastruttura, l-inizjattivi ta’ komunikazzjoni u servizzi oħra.
(102) Aktiebolagslag (2005:551).
(103) Dawk it-tliet sussidjarji għandhom konsorzju msejjaħ Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden.
(104) Kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/651/oj).
(105) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, iċ-ċifri inklużi fir-rapport annwali tal-2019 ta’ SAS jappartjenu għas-sena fiskali mill-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, għall-fini ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni talbet li n-numri rilevanti jiġu aġġustati biex jirriflettu s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ SAS fil-31 ta’ Diċembru 2019.
(106) L-azzjonisti kollha ta’ SAS irreġistrati fir-reġistru tal-azzjonisti ta’ SAS fid-data tar-reġistrazzjoni, kif definit fil-prospett tal-emissjoni bi drittijiet.
(107) Jekk wieħed jassumi EBITDA ta’ SEK 3,4 biljun fis-sena finanzjarja 2021, il-konverżjoni twassal għal SEK 2,25 biljun inqas f’dejn u tnaqqis ta’ 66,2 % fil-proporzjon tad-dejn nett mal-EBITDA.
(108) Is-solidità ta’ kumpanija hija definita bħala l-proporzjon bejn l-ekwità miġbura mill-azzjonisti tagħha u l-kapital estern miġbur mid-detenturi tad-dejn. Jekk wieħed jassumi li jintużaw total ta’ SEK 54 biljun f’assi fis-sena finanzjarja 2021, titjib fl-ekwità ta’ SEK 2,25 biljun iżid dik is-solidità b’4,2 %
(109) Bħala riżultat tal-konverżjoni, SAS ma jkollhiex għalfejn tħallas lura SEK 2,25 biljun ta’ Bonds eżistenti dovuti f’Novembru 2022. Barra minn hekk, bil-konverżjoni, SAS setgħet tiffranka sa madwar SEK 0,8 biljun f’pagamenti ta’ kupuni fuq in-Noti Ibridi Kummerċjali Ġodda matul l-ewwel 5 snin meta mqabbla mal-ammont tal-ħlasijiet tal-kupuni ppjanati dovuti fuq il-Bonds u l-ibridi eżistenti.
(110) Il-finanzjament tad-dejn jista’ jinkludi kemm strumenti garantiti kif ukoll strumenti mhux garantiti: (i) bonds mhux garantiti inklużi bonds ibridi, ċedoli, kambjali kummerċjali kif ukoll self sindakat, (ii) strumenti garantiti bħall-Kirjiet Operattivi Ġappuniżi, il-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru u potenzjalment strumenti ta’ bejgħ u kiri lura. Id-deċiżjoni dwar l-istrument ta’ finanzjament tittieħed minn SAS fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin, fost l-oħrajn: l-attraenza tat-termini/il-kost tal-finanzjament tal-istrument rispettiv; id-daqs tas-suq u l-volumi disponibbli għal SAS; il-klassifikazzjoni tal-kreditu attwali ta’ SAS u l-prospetti/migrazzjoni mistennija tal-klassifikazzjoni.
(111) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1407/oj)
(112) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/360/oj).
(113) B’referenza għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014.
(114) id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi (71) sa (75).
(115) id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi (77) u (78).
(116) id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi (79) sa (85).
(117) https://fm.dk/media/18483/aftale-om-rekapitalisering-og-statens-ejerskab-af-sas-ab_a.pdf.
(118) L-aħħar mandat bħal dan huwa l-proposta Regeringens 2019/20:187 tal-15 ta’ Ġunju 2020: https://data.riksdagen.se/fil/93D66908-D6E7-4ED0-8D30-7AF1EDAD2AD0.
(119) Is-sentenza tal-10 ta’ Mejju 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-34/21 u T-87/21, ECLI:EU:T:2023:248, il-punt 322.
(120) SAS tqis li l-Kummissjoni aċċettat mekkaniżmi simili f’deċiżjonijiet preċedenti, eż., fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2020 fil-każ SA.57659 – Spanja – COVID 19: Fond ta’ rikapitalizzazzjoni (ĠU C 269, 14.8.2020, p. 8).
(121) Skont il-Miżura, iż-żewġ bonds mhux garantiti ġew ikkonvertiti f’bonds ibridi ġodda jew ishma komuni (fuq l-għażla tad-detenturi tal-bonds) u l-bond ibridu ġie kkonvertit f’ishma komuni.
(122) B’mod partikolari, dawk l-10 inġenji tal-ajru li ma għadhomx joperaw kienu jirrappreżentaw valur kontabilistiku li jammonta għal SEK [350–400] miljun. Madankollu, skont SAS, matul il-pandemija, il-finanzjament tal-inġenji tal-ajru għal teknoloġija aktar antika jew inġenji tal-ajru li ma għadhomx joperaw kien kważi impossibbli.
(123) Ġie miftiehem li parti mill-fondi tar-rikapitalizzazzjoni kellha sservi biex titħallas lura l-faċilità ta’ kreditu rotanti. Wara dan, it-tliet inġenji tal-ajru li ntużaw biex tiġi żgurata din il-faċilità ta’ dejn jerġgħu jsiru mhux aggravati.
(124) Fit-28 ta’ Mejju 2020, Den Norske Bank (DNB) ħareġ il-kumment li ġej: “ Bl-ekwità kontabilistika diġà f’territorju negattiv, karta bilanċjali b’livelli ta’ dejn mhux sostenibbli, u prospettiva għal telf sinifikanti kontinwu mill-qligħ f’xenarju ta’ żieda li mistenni jieħu s-snin, aħna nbassru li jistgħu jkunu meħtieġa sa SEK 10 biljun f’finanzjament ġdid ”. Fl-istess jum, Sydbank ħareġ il-kumment li ġej: “ Jekk it-telf ikompli kif kien previst fil-mudell tagħna fix-xhur li ġejjin, se jkunu meħtieġa sa SEK 10 biljun f’kontribuzzjonijiet kapitali ”. Fid-29 ta’ Mejju 2020, Nordea ħarġet il-kumment li ġej: “ Fuq żmien qasir, SEK 4,2 biljun fi flus kontanti u SEK 3,3 biljun f’faċilitajiet ta’ kreditu garantiti mill-Istat se jżommu lil SAS fl-ajru. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ ekwità u eventwalment nuqqas ta’ flus kontanti suffiċjenti, SAS se jkollha tikkonverti d-dejn eżistenti f’ekwità u toħroġ aktar ekwità ”. Il-gazzetti Dagens Industri rrappurtaw fit-2 ta’ Ġunju 2020 li “L-HSBC baxxa r-rakkomandazzjoni tiegħu għal SAS” [ishma minn “żomm” għal “bigħ”]. […]. Fost affarijiet oħra, il-bank jindika li SAS għandha fluss ta’ flus kontanti negattiv ta’ SEK 500–700 miljun fix-xahar u jqis li dan juri r-rekwiżiti ta’ kapital li l-kumpanija teħtieġ”.
(125) Din il-grafika turi l-evoluzzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tas-sensara bejn Ġunju 2018 u Ġunju 2020, flimkien mal-evoluzzjoni tal-prezz tal-ishma ta’ SAS. Hija turi li s-sensara rrakkomandaw ix-xiri tal-ishma ta’ SAS meta kienu 100 %, bejn Ġunju 2018 u Diċembru 2018. Bejn Jannar 2019 u Frar 2020, ir-rakkomandazzjonijiet tas-sensara kienu ta’ 60 % favur ix-“xiri”, u 40 % favur iż-“żamma”. Bejn Marzu u April 2020, ir-rakkomandazzjonijiet kienu “żomm”. Minn Mejju 2020, is-sensara bdew jirrakkomandaw il-“bejgħ” tal-ishma ta’ SAS (50 % tar-rakkomandazzjonijiet f’Mejju 2020 u 67 % f’Ġunju 2020).
(126) Ryanair tirreferi għas-sentenza tat-12 ta’ Frar 2008, CELF I, C-199/06, EU:C:2008:79, il-punti 63 u 64.
(127) Eż., is-sentenza tat-12 ta’ Marzu 1977, Iannelli vs Meroni, C-74/76, ECLI:EU:C:1977:51, il-punt 14.
(128) Ryanair ipprovdiet dawk iċ-ċifri fl-Anness A.2.a (id-Danimarka) u A.2.b (l-Iżvezja) għall-kummenti tagħha. Dawk l-annessi jirreferu għal studju ta’ analista tal-linji tal-ajru datat is-27 ta’ April 2021, ikkummissjonat minn Ryanair biex iħejji analiżi tad-daqs u tal-oriġini tal-liċenzja tal-operat tal-akbar linji tal-ajru f’diversi swieq Ewropej ewlenin fil-kuntest tal-appell ta’ Ryanair mid-deċiżjoni inizjali (l-“Istudju tas-Suq tal-Linji tal-Ajru”). Dak l-istudju jkopri s-suq tal-linji tal-ajru f’għaxar Stati Membri, inklużi d-Danimarka u l-Iżvezja, u jidentifika (i) l-ishma mis-suq tal-linji tal-ajru ewlenin f’kull pajjiż, kif ukoll (ii) ir-rata ta’ tkabbir tagħhom fuq 5 snin (2014–2019), (iii) il-kontribut għal dan it-tkabbir mil-linji tal-ajru ewlenin u (iv) it-tkabbir globali tar-rotot moqdija minn dawk il-linji tal-ajru matul dan l-istess perjodu. Id-data użata għal dak l-istudju ġejja minn OAG, kumpanija globali indipendenti tal-intelligence dwar l-ivvjaġġar bl-ajru. L-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru jiġbor data fuq tliet tabelli, kemm fl-Anness A.2.a (għad-Danimarka) kif ukoll fl-Anness A.2.b (għall-Iżvezja): Tabella 1 tipprovdi l-akbar erba’ linji tal-ajru f’termini ta’ kapaċità ta’ postijiet u ishma mis-suq fl-2019 għad-Danimarka u l-Iżvezja; Tabella 2 tipprovdi data dwar l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-għadd ta’ postijiet offruti minn 16-il linja tal-ajru Ewropea fl-Ewropa bejn l-2014 u l-2019; u Tabella 3 tipprovdi l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ rotot u ta’ kapaċità ta’ postijiet bejn l-2014 u l-2019 (kemm fil-livell domestiku kif ukoll dak Intra-Ewropew) fid-Danimarka, għal SAS, Danish Air Transport, trasportaturi bi prezzijiet baxxi, u “oħrajn”; u fl-Iżvezja, għal SAS, Braathens Regional, trasportaturi bi prezzijiet baxxi, u “oħrajn”.
(129) Fl-Anness 3 għall-kummenti tagħha, Ryanair ipprovdiet silta ta’ bostadata dwar l-għadd ta’ inġenji tal-ajru li waqfu jittajru fiż-żona tal-Eurocontrol, disponibbli fuq: https://ansperformance.eu/covid/acft_ground/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(130) Ryanair tirreferi għall-Anness A.4 tal-osservazzjonijiet tagħha, li fih artikolu min-nota tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-kompetizzjoni tad-9 ta’ Lulju 2014, “ State aid for airline restructuring: Does it give you wings? ” (2014 – Ħarġa 10, 9 ta’ Lulju 2014., paġni 1 u 4) (in-“Nota dwar il-politika tal-kompetizzjoni”).
(131) Ryanair tirreferi għall-Anness A.5 għall-osservazzjonijiet tagħha, li fih silta minn artiklu datat Mejju 2020 ta’ Emmanuel Combe u Didier Bréchemier (“ Before COVID-19, Air Transportation in Europe: an already fragile sector ”) (l-“Artiklu tal-Grupp ta’ Riflessjoni”). Dan l-artiklu nkiteb għall-Fondation pour l’innovation politique, grupp ta’ riflessjoni Franċiż għall-integrazzjoni Ewropea u l-ekonomija ħielsa. Is-silta tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-pożizzjoni finanzjarja ta’ ċerti linji tal-ajru Ewropej qabel u matul il-pandemija tal-COVID-19.
(132) Dawk il-linji tal-ajru kienu Ryanair, easyJet, IAG, Air Kanada, United Airlines, American Airlines, Spirit Airlines, Norwegian Airlines u Hawaiian Airlines.
(133) Dawk il-linji tal-ajru kienu American Airlines, Allegiant Air, Azul, Hawaiian Airlines, Spirit Airlines u GOL Airlines.
(134) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).
(135) B’mod partikolari, Ryanair tqabbel: bonds privileġġjati mhux konvertibbli ma’ bonds subordinati mhux konvertibbli (biex jiġi vvalutat il-marġni meħtieġ għal-livell ta’ subordinazzjoni), self konvertibbli u bonds ma’ bonds mhux konvertibbli (biex jiġi vvalutat il-marġni meħtieġ għan-nonkonvertibbiltà), bonds mhux konvertibbli ma’ bonds ta’ ħlas in natura mhux konvertibbli (biex jiġi vvalutat il-marġni meħtieġ għad-diskrezzjoni tal-emittent biex iħallas kupuni), u bonds mhux konvertibbli ta’ 10 snin–20 sena ma’ bonds perpetwi mhux konvertibbli (biex jiġi vvalutat il-marġni meħtieġ għall-maturità perpetwa).
(136) Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (“Komunikazzjoni Bankarja”) (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(137) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015R1589).
(138) L-awtoritajiet Żvediżi indikaw li vjaġġ bejn l-aktar punt fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Iżvezja huwa itwal minn vjaġġ mil-Lussemburgu għal Tuneż, Istanbul, jew Minsk. L-aktar mezz komuni ta’ trasport lejn u mill-Iżvezja huwa bl-ajru, li jammonta għal madwar 70 % tal-ivvjaġġar internazzjonali kollu tal-passiġġieri. Il-partijiet l-aktar fit-Tramuntana tal-Iżvezja għandhom ukoll klima xitwija ħarxa u problemi rikorrenti bl-aċċessibbiltà fit-toroq matul ix-xitwa minħabba l-borra u s-silġ. L-ivvjaġġar bl-ajru huwa għalhekk ta’ importanza kbira għaż-żamma ta’ komunikazzjonijiet li jiffunzjonaw fil-pajjiż kollu u huwa diffiċli li jiġi sostitwit għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi itwal u għall-vjaġġi fejn ma jkunx hemm konnessjoni bit-triq.
(139) Network hub and spoke huwa organizzazzjoni tan-negozju fejn linja tal-ajru mhux biss tittrasporta passiġġieri bejn żewġ punti iżda wkoll tgħaqqad il-passiġġieri ta’ punti mbiegħda permezz taċ-ċentru tagħha. Ir-rotot jintużaw bħala spokes li jgħaqqdu bliet oħra permezz taċ-ċentru tagħha. Din is-sistema tikkuntrasta mal-mudell minn punt għal punt, użat minn Ryanair, li fih ma hemm l-ebda ċentru, u minflok jiġu offruti titjiriet mingħajr waqfien bejn bliet spoke.
(140) Id-Danimarka u l-Iżvezja jirreferu f’dan ir-rigward fost l-oħrajn għas-sentenza tat-22 ta’ Marzu 1977, Iannelli vs Meroni, 74/76, ECLI:EU:C:1977:51, il-punt 14.
(141) Id-Danimarka u l-Iżvezja jirreferu f’dan ir-rigward fost l-oħrajn għas-sentenza tal-14 ta’ April 2021, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-378/20, ECLI:EU:T:2021:194, il-punt 81.
(142) Is-sentenza tat-22 ta’ April 2016, L-Irlanda u Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni, T-50/06 RENV II u T-69/06 RENV II, EU:T:2016:227, il-punti 79 u 259.
(143) Is-sentenza tal-25 ta’ April 2018, L-Ungerija vs Il-Kummissjoni, T-554/15 u T-555/15, EU:T:2018:220, il-punt 112.
(144) Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li mill-osservazzjonijiet ta’ Ryanair ma huwiex kompletament evidenti li din tal-aħħar talbet irkupru provviżorju skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Proċedurali.
(145) Kif stabbilit fil-verżjoni tal-Qafas Temporanju fis-seħħ fiż-żmien meta ngħatat il-Miżura.
(146) B’mod partikolari, SAS kienet diġà daħlet f’diskussjonijiet ma’ sidien u fornituri biex tipposponi/tirrinunzja l-konsenja ta’ inġenji tal-ajru jew ħlasijiet għal assi oħra fit-12 ta’ Marzu 2020. Naqqset ukoll drastikament il-kapaċità f’April u Mejju 2020, billi kienet qed topera b’inqas minn 10 % tal-kapaċità tagħha; u ħabbret pjan kbir ta’ sensji fit-28 ta’ April 2020, 4 ijiem wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju.
(147) Ara f’dan is-sens is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2014, Banco Privado Português, SA vs Il-Kummissjoni, T-487/11, EU:T:2014:1077, il-punt 83.
(148) 250 titjira domestika fix-xahar fid-Danimarka bejn Copenhagen u tliet bliet Daniżi oħra; Medja ta’ 150 titjira domestika fix-xahar fl-Iżvezja bejn Stokkolma/Gothenburg u tnax-il belt Żvediża oħra.
(149) Kemm għad-Danimarka kif ukoll għall-Iżvezja, il-bliet moqdija minn SAS huma ġeografikament mifruxa fit-territorju kollu tal-Iżvezja u tad-Danimarka, u mhux ikkonċentrati f’reġjuni speċifiċi.
(150) Norwegian Air Shuttle hija trasportatur bi prezzijiet baxxi li, qabel il-pandemija tal-COVID-19, kellha daqs relattivament komparabbli ma’ SAS u kienet topera titjiriet domestiċi, internazzjonali u interkontinentali.
(151) Danish Air Transport kienet linja tal-ajru reġjonali magħmula minn flotta iżgħar (10–20 inġenju tal-ajru).
(152) Fid-Danimarka, Norwegian Air Shuttle ittrasportat 29 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi fl-2019, u Danish Air Transport 22 %. Fl-Iżvezja, Braathens Regional ittrasportat 30 % tal-għadd totali ta’ passiġġieri domestiċi fl-2019, u Norwegian Air Shuttle 18 %.
(153) Ryanair ukoll hija linja tal-ajru bi prezzijiet baxxi, u l-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa li tipprovdi fil-biċċa l-kbira titjiriet intra-Ewropej.
(154) easyJet hija waħda mit-trasportaturi bi prezzijiet baxxi ewlenin fl-Ewropa.
(155) Fil-paġna 29 tal-Artiklu tal-Grupp ta’ Riflessjoni, is-silta taqra: “ Skont l-istimi ta’ Roland Berger, Norwegian kellha pożizzjoni ta’ flus kontanti fil-bidu tas-sena li tippermettilha tgħaddi għal inqas minn xahar mingħajr ebda attività. […] Għalkemm il-kumpanija omm ta’ Norwegian esperjenzat xi serħan fl-4 ta’ Mejju 2020 bis-saħħa ta’ pakkett ta’ salvataġġ, li pprovdielha kontribuzzjoni ta’ EUR 880 miljun, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha għadha prekarja ħafna ”.
(156) L-Anness 40.1 għan-notifika tad-Danimarka u l-Iżvezja. Fil-laqgħa tas-7 ta’ Mejju 2020, il-bord ta’ SAS iddiskuta l-proċess ta’ ristrutturar li għaddej ta’ Norwegian Air Shuttle.
(157) Ara pereżempju r-rapport tal-istampa tal-1 ta’ Mejju 2020 minn Reuters, disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/uk-health-coronavirus-norwegianair-histo-idUKKBN22D4QZ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Ara wkoll ir-rapport tal-istampa tal-20 ta’ April 2020 mis-sit web CNBC, disponibbli fuq: https://www.cnbc.com/2020/04/20/norwegian-says-4700-jobs-at-risk-after-unit-bankruptcies-contracts-axed.html (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(158) Ara l-Istudju tas-Suq tal-Linji tal-Ajru, li fih it-Tabella 3 tindika li Danish Air Transport kienet topera 9 rotot domestiċi u 4 rotot internazzjonali fl-2019.
(159) Ara s-sit web ta’ Danish Air Transport: https://dat-corporate.com/about-us/dat-fleet/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2020). Parti mill-flotta ta’ Danish Air Transport kienet magħmula minn ATR, li huma inġenji tal-ajru ddisinjati għat-trasport reġjonali b’kapaċità limitata (minn 50 sa 70 post). Ara wkoll estimu tal-flotta storika ta’ Danish Air Transport (stmata għal 14-il inġenju tal-ajru) ipprovduta minn Planespotters.net disponibbli fuq: https://www.planespotters.net/airline/Danish-Air-Transport?refresh=1 (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2020).
(160) Ara t-Tabella 3 tal-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru. Iċ-ċifri użati f’dik it-tabella jinkludu biss titjiriet fid-Danimarka u titjiriet intra-Ewropej minn u lejn id-Danimarka. Peress li SAS topera wkoll diversi destinazzjonijiet interkontinentali, in-numri għal SAS huma sottostmati.
(161) Il-Kummissjoni tassumi li dan il-grupp huwa magħmul tal-inqas minn Norwegian Air Shuttle, Ryanair, u easyJet, li kienu l-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi ewlenin wara SAS fid-Danimarka fl-2019.
(162) Ara s-sit web ta’ Braathens Regional, disponibbli fuq: https://www.flygbra.se/en/about-braathens-regional-airlines/corporate-information (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(163) Ara stima tal-flotta storika ta’ Braathens Regional ipprovduta minn Planespotters.net disponibbli fuq: https://www.planespotters.net/airline/BRA-Braathens-Regional-Airlines (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Ara wkoll indikazzjoni pprovduta mis-sit web Aviation24, disponibbli fuq: https://www.aviation24.be/airlines/bra/braathens-regional-airways-files-for-bankruptcy/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(164) Braathens Regional operat biss b’ATR 72/600, b’kapaċità ta’ postijiet għal 72 passiġġier.
(165) Ara pereżempju s-sit web Aviation24 disponibbli fuq: https://www.aviation24.be/airlines/bra/braathens-regional-airways-files-for-bankruptcy/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Ara wkoll https://simpleflying.com/covid-airline-bankruptcies/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(166) Data mill-Aġenzija Żvediża tat-Trasport.
(167) Iċ-ċifri użati fl-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru jinkludu biss titjiriet fl-Iżvezja u titjiriet intra-Ewropej mill-Iżvezja u lejha. Peress li SAS topera wkoll diversi destinazzjonijiet interkontinentali, in-numri għal SAS huma sottostmati.
(168) Il-Kummissjoni tassumi li dan il-grupp huwa magħmul tal-inqas minn Norwegian Air Shuttle, Ryanair, u Wizz Air, li kienu l-linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi ewlenin wara SAS fl-Iżvezja fl-2019.
(169) Ryanair ma ppreżentat l-ebda informazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-falliment ta’ Sabena.
(170) Kif jidher mill-paġna 110 tar-Rapport Annwali tagħha tal-2019, SAS kienet daħlet f’diversi faċilitajiet ta’ kreditu għal terminu qasir sabiex tiżgura finanzjament addizzjonali jekk meħtieġ. Ir-rapport huwa pubblikament disponibbli fuq https://www.sasgroup.net/files/documents/Corporate_governace/annual-reports/sas-sas-annual-and-sustainability-report-fiscal-year-2019-200130.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(171) Kif mitlub, il-Kummissjoni rċeviet evidenza li tikkonferma n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-programm ETMN fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni, fil-forma tal-ittra ta’ rifjut ta’ […].
(172) Biex tikkonkludi l-ftehim dwar faċilità ta’ kreditu rotanti, SAS kellha tipprovdi bħala kollateral lill-banek pakkett ta’ assi tal-inġenji tal-ajru għal valur totali li kien jirrappreżenta d-doppju tal-ammont mhux garantit tal-faċilità ta’ kreditu rotanti li tħalliet għar-riskju tal-banek (10 % tal-ammont nominali tas-self), u rahan negattiv fuq self u kontijiet intragrupp SAS. B’mod ċar, dan il-ftehim diġà llimita l-kollateral li jifdal għad-dispożizzjoni ta’ SAS fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni.
(173) Skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim dwar faċilità ta’ kreditu rotanti konkluż mal-banek, SAS kienet meħtieġa tipprovdi bħala kollateral pakkett ta’ assi mhux aggravati tal-inġenji tal-ajru għal valur totali li kien jirrappreżenta d-doppju tal-ammont mhux garantit tal-faċilità ta’ kreditu rotanti li jifdal għar-riskju tal-banek (10 % tal-ammont nominali tas-self) flimkien ma’ rahan negattiv fuq is-self u l-kontijiet intragrupp ta’ SAS.
(174) Sabiex jintwera d-daqs relattiv tal-kwistjonijiet ta’ solvenza ta’ SAS mqabbla ma’ sempliċi ħtiġijiet ta’ likwidità, ta’ min iqabbel il-pożizzjoni ta’ ekwità mistennija tagħha fi tmiem l-2020 (negattiva b’SEK 9,4 biljun) mal-ammont ta’ għajnuna approvat taħt il-Miżura (SEK 11-il biljun). Kif deskritt fin-nota 123 f’qiegħ il-paġna, din il-fehma hija kkonfermata minn diversi rapporti ta’ riċerka mill-banek, inkluż dak ta’ Den Norske Bank (DNB), li ħareġ il-kumment li ġej fit-28 ta’ Mejju 2020: “ Bl-ekwità kontabilistika diġà f’territorju negattiv, karta bilanċjali b’livelli ta’ dejn mhux sostenibbli, u prospettiva għal telf sinifikanti kontinwu mill-qligħ f’xenarju ta’ żieda li mistenni jieħu s-snin, aħna nbassru li jistgħu jkunu meħtieġa sa SEK 10 biljun f’finanzjament ġdid ”.
(175) Skont Ryanair, dawk il-linji tal-ajru kienu Ryanair, easyJet, IAG, Air Kanada, United Airlines, American Airlines, Spirit Airlines, Norwegian Airlines u Hawaiian Airlines,
(176) Ta’ min isemmi wkoll li l-istruttura kapitali tal-linji tal-ajru, il-mudell tan-negozju tagħhom, l-istatus legali tagħhom u l-aċċess tagħhom għall-kapital estern jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli. Ryanair ma ġġib l-ebda evidenza ta’ komparabbiltà bejn il-kumpaniji kollha elenkati u SAS.
(177) Ara eż., https://www.iairgroup.com/en/newsroom/press-releases/newsroom-listing/2020/ib-vy-loan-agreements (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023). Ara wkoll ir-rapporti tal-istampa dwar il-grupp IAG li rċieva l-istess tip ta’ self mill-Gvern tal-Ingilterra: https://www.aljazeera.com/economy/2020/5/7/british-airways-parent-iag-taps-uk-government-funds-for-help (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(178) Ara eż., https://news.sky.com/story/coronavirus-airlines-among-businesses-given-bank-of-england-bailouts-12000568 (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(179) Ara eż., https://www.theguardian.com/business/2020/apr/06/easyjet-secures-600m-coronavirus-loan-from-uk-treasury-and-bank (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(180) Ara eż., https://home.treasury.gov/policy-issues/coronavirus/assisting-american-industry/payroll-support-program-payment (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(181) Skont Ryanair, dawk il-linji tal-ajru kienu American Airlines, Allegiant Air, Azul, Hawaiian Airlines, Spirit Airlines, GOL Airlines.
(182) Ta’ min isemmi wkoll li l-istruttura kapitali tal-linji tal-ajru, il-mudell tan-negozju tagħhom, l-istatus legali tagħhom u l-aċċess tagħhom għall-kapital estern jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli. Ryanair ma ġġib l-ebda evidenza ta’ komparabbiltà bejn il-kumpaniji kollha elenkati u SAS.
(183) Biex tistma dan in-numru, Ryanair sempliċiment tassumi li l-inġenji tal-ajru kollha li kienu proprjetà tagħha fi tmiem il-31 ta’ Ottubru 2019 kienu għadhom mhux aggravati fiż-żmien tar-rikapitalizzazzjoni.
(184) L-istrumenti kapitali ibridi huma strumenti li għandhom karatteristiċi ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità. Pereżempju, bonds konvertibbli jiġu rremunerati bħal bonds sakemm jiġu kkonvertiti f’ekwità. Il-valutazzjoni tar-remunerazzjoni globali tal-istrumenti kapitali ibridi għalhekk tiddependi minn naħa waħda fuq ir-remunerazzjoni tagħhom meta jkunu strumenti li jixbhu d-dejn u min-naħa l-oħra fuq il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni f’strumenti simili għal ekwità.
(185) Ara f’dan is-sens is-sentenza tas-6 ta’ Mejju 2019, Scor vs Il-Kummissjoni, T-135/17, EU:T:2019:287, il-punt 94.
(186) Peress li s-sena fiskali ta’ SAS hija mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Ottubru, il-karta bilanċjali tal-ewwel trimestru tal-2020, li jintemm fil-31 ta’ Jannar, hija l-aħħar waħda qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis xieraq li tuża d-data mill-ewwel trimestru tas-sena fiskali 2020 (li tintemm f’Jannar 2020) biex tivvaluta s-sitwazzjoni ta’ qabel il-COVID-19, minflok ma tuża d-data fil-31 ta’ Diċembru 2019.
(187) Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-proporzjonalità tal-Miżura billi tinkludi fil-valutazzjoni tagħha l-konverżjoni ta’ SEK 2,25 biljun f’ishma pendenti miżmuma minn investituri privati f’ishma komuni, peress li dan kien mistenni wkoll li jimla parti mill-ħtieġa ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ SAS. Il-kontribuzzjoni tad-Danimarka u tal-Iżvezja eventwalment ammontat għal massimu ta’ madwar SEK 9,54 biljun (ara l-premessa (7)).
(188) Fis-27 ta’ April 2020, il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti pprojetta fix-xenarju l-inqas gravi tiegħu li t-traffiku tal-passiġġieri ma kienx se jerġa’ lura għal-livelli tiegħu ta’ qabel il-COVID-19 qabel, l-aktar kmieni, l-2022, u kien se jilħaq 90 % ta’ dawk il-livelli sa Diċembru 2021. Ara: https://www.aci-europe.org/downloads/resources/200427%20ACI%20EUROPE%20updated%20estimates%20of%20COVID19%20related%20traffic%20and%20financial%20losses%20FY%20European%20Airports.pdf (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023)
(189) Il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti tal-Ewropa mbagħad ippreveda li l-irkupru sħiħ ma jseħħx qabel l-2024, filwaqt li l-IATA pprevediet li dan iseħħ fl-2023. Ara: https://www.aci-europe.org/downloads/resources/ACI%20EUROPE_updated%20estimates%20of%20COVID19%20traffic%20revenue%20impacts_06.07.2020.pdf u https://www.iata.org/en/pressroom/pressroom-archive/2020-press-releases/2020-07-28-02/ (aċċessat l-aħħar fit-28 ta’ Novembru 2023).
(190) Sors: “1. RFI 3 Data Book 03Aug.xls”, ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020. Il-pożizzjoni tal-ekwità fl-2021 mingħajr appoġġ hija kkalkulata bħala d-differenza bejn il-pożizzjoni tal-ekwità bl-appoġġ u l-ammont tal-pakkett ta’ rikapitalizzazzjoni.
(191) Fil-31 ta’ Ottubru 2019, jiġifieri fil-bidu tar-raba’ trimestru tas-sena fiskali ta’ SAS, il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ SAS kienet ta’ SEK 5 372 miljun. Għalhekk, huwa konservattiv li l-pożizzjoni ta’ ekwità ta’ wara r-rikapitalizzazzjoni mistennija ta’ SAS titqabbel ma’ dik tal-31 ta’ Jannar 2020, li hija aktar baxxa.
(192) Fil-31 ta’ Ottubru 2019, jiġifieri fil-bidu tar-raba’ trimestru tas-sena fiskali ta’ SAS, il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ SAS kien ta’ 4,70. Għalhekk, huwa konservattiv li jitqabbel il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità ta’ wara r-rikapitalizzazzjoni ta’ SAS ma’ dak tal-31 ta’ Jannar 2020, li huwa ogħla.
(193) Bħala referenza, il-konverżjoni tan-Noti Ibridi Eżistenti f’ishma komuni minn azzjonisti privati (SEK 1,5 biljun) ma għandha l-ebda impatt fuq il-pożizzjoni tal-ekwità ta’ SAS.
(194) Sors: “1. RFI 3 Data Book 03Aug.xls”, ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020.
(195) Għal żewġ kumpaniji minn 10 li s-sena fiskali tagħhom tintemm fil-31 ta’ Marzu, il-Kummissjoni użat data mill-karta bilanċjali tat-tielet trimestru biex tiżgura l-komparabbiltà.
(196) Il-kampjun huwa magħmul minn Ryanair, Deutsche Lufthansa, International Consolidate Airline Group, Air France-KLM, Wizz Air, Norwegian Air Shuttle, Aegean Airlines, Finnair, Croatia Airlines u Icelandair Group. Fost dawn il-linji tal-ajru, il-proporzjon medjan tad-dejn nett mal-ekwità kien ta’ 0,65 u t-tielet kwartil kien ta’ 1,92 fil-31 ta’ Diċembru 2019.
(197) Il-pari kklassifikati huma Ryanair, International Consolidate Airline Group u Deutsche Lufthansa (Sors: Capital IQ). Il-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2019 huwa bejn 0,12 u 1,11.
(198) Il-kampjun jeskludi wieħed mill-pari użati fit-test tad-dejn nett mal-ekwità, minħabba li dak il-par, li s-sena fiskali tiegħu tintemm fil-31 ta’ Marzu, ma rrappurtax il-valur tal-assi totali fil-31 ta’ Diċembru 2019. Bħala kontroll addizzjonali, sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet tal-inklużjoni ta’ dik il-kumpanija fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni stmat ukoll il-proporzjon ta’ ekwità mal-assi għal dik il-kumpanija billi bbażat ruħha fuq il-valur tal-karta bilanċjali fi tmiem is-sena fiskali tagħha fil-31 ta’ Marzu 2020. Il-valur referenzjarju ta’ dak il-proporzjon, bl-inklużjoni ta’ dik il-kumpanija fil-kampjun tal-pari, ma huwiex differenti b’mod sinifikanti (jiġifieri 18,39 % minflok 18,12 %).
(199) Din hija suppożizzjoni konservattiva peress li pereżempju mhux it-telf kollu għandu impatt fuq il-pożizzjoni tal-flus fl-istess perjodu (minflok ma jħallas flus kontanti, wieħed jista’ jirrikonoxxi ammont pagabbli li għandu jiġi saldat fi stadju aktar tard). Barra minn hekk, it-telf jista’ joriġina minn entrati tal-kostijiet li ma humiex inklużi fl-EBITDA, bħall-kostijiet finanzjarji. Jekk it-telf ma jaffettwax bl-istess mod il-flus kontanti (u għalhekk, id-dejn nett) u l-EBITDA, il-proporzjonijiet tad-dejn nett mal-ekwità u tad-dejn nett mal-EBITDA jkunu ogħla milli skont is-suppożizzjonijiet tal-Kummissjoni.
(200) Meta l-proporzjon ta’ tħejjija finanzjarja jiġi eskluż mill-analiżi, il-parametru referenzjarju “strett” għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità jsir it-tqabbil tal-proporzjon tad-dejn nett mal-ekwità qabel il-kriżi tal-COVID u dak il-proporzjon fi tmiem is-sena finanzjarja 2021.
(201) Eż. fil-każ SA.57659, il-Kummissjoni aċċettat mekkaniżmu fejn ir-remunerazzjoni ħadet il-forma ta’ dejn jew strument ekwivalenti (ara l-premessi 30 u 73 ta’ dik id-deċiżjoni).
(202) Ara pereżempju s-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C 526/14, ECLI:EU:C:2016:570, il-punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(203) Ara s-sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2016, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-431/14 P, ECLI:EU:C:2016:145, il-punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tad-19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C-526/14, ECLI:EU:C:2016:570, il-punti 39 u 40.
(204) Ara s-sentenza tat-2 ta’ Diċembru 2010, Holland Malt vs Il-Kummissjoni, C-464/09 P, ECLI:EU:C:2010:733, il-punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(205) Ara s-sentenzi tat-8 ta’ Marzu 2016, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, C-431/14 P, ECLI:EU:C:2016:145, il-punti 70 sa 72, u tad-19 ta’ Lulju 2016, Kotnik et, C-526/14, ECLI:EU:C:2016:570, il-punt 41.
(206) Kif spjegat fil-premessa (148), il-kundizzjonijiet tas-suq fiż-żmien tal-istep-up, bħar-rata li biha l-pagamenti futuri minn SAS jenħtieġ li jiġu skontati, se jitqiesu sabiex iż-żieda fl-ammont pagabbli skont in-noti ibridi tal-Istat (jew l-ammont pagabbli taħt strument ġdid) tikkorrispondi, f’termini tal-valur preżenti nett, għal valur monetarju ta’ eżattament 10 % tal-parteċipazzjoni addizzjonali li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 li tkun għadha ma tħallsitx lura.
(207) Ir-rati bażi huma kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.), ippubblikata fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html.
(208) Il-Faċilità Żvediża ta’ Parametri Referenzjarji Finanzjarji (SFBF, Swedish Financial Benchmark Facility) hija l-amministratriċi indipendenti tal-parametru referenzjarju inkarigata mill-amministrazzjoni u l-kalkolu ta’ STIBOR mill-20 ta’ April 2020. Ara https://swfbf.se/
(209) ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.
(210) Minbarra d-differenza ta’ 100bps fir-remunerazzjoni u l-ammonti maħruġa, it-termini l-oħra kollha tal-NSHN1 u tal-NSHN2 huma eżattament l-istess.
(211) F’każ ta’ insolvenza, in-noti ibridi tal-Istat il-ġodda huma privileġġjati fuq il-kapital sottoskritt u r-riżervi kapitali.
(212) Fattur ta’ mitigazzjoni tar-riskju huwa l-fatt li kupuni mhux imħallsa se jakkumulaw imgħaxijiet komposti kif spjegat fil-premessa (108)109).
(213) Punt 66 tal-Qafas Temporanju.
(214) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, ELI https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32004R0139).
(215) Ara eż. Każijiet M.8869 – Ryanair/LaudaMotion, il-punti 96–97; M.7541 – IAG/Aer Lingus, il-punt 14; M.7333 – Alitalia/Etihad, il-punt 63; u M.6447 – IAG/bmi, il-punt 31.
(216) Ara pereżempju l-Każijiet M.8869 – Ryanair/LaudaMotion, il-punt 116; M.8672 – easyJet/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punt 41; M.8633 – Lufthansa/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punt 58; u M.6447 – IAG/bmi, il-punt 483. Fil-Każijiet M.8672 – easyJet/Ċerti Assi ta’ Air Berlin u M.8633 – Lufthansa/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-Kummissjoni wettqet biss valutazzjoni minn ajruport għal ajruport, peress li l-assi fil-mira ma kinux qegħdin jintużaw fuq l-ebda rotta fiż-żmien tat-tranżazzjoni (Air Berlin kienet waqqfet b’mod definittiv l-operazzjonijiet tat-titjiriet tagħha fuq ir-rotot kollha minħabba l-insolvenza tagħha). Ryanair targumenta li ċ-ċirkostanzi li kienu prevalenti fiż-żewġ każijiet ta’ għaqda ta’ Air Berlin ma humiex applikabbli għal dan il-każ, peress li SAS għadha topera. Madankollu, huwa paċifiku li l-linji tal-ajru li kellhom jakkwistaw l-assi u s-slots ta’ Air Berlin (easyJet u Lufthansa) kienu se jkomplu joperaw l-assi u s-slots akkwistati wara l-għaqda.
(217) Ara pereżempju l-Każijiet M.7541 – IAG/Aer Lingus, il-punti 17–18; M.6607 – US Airways/American Airlines, il-punt 10; u M.6447 – IAG/bmi, il-punt 31.
(218) Ara eż. il-Każ M.6663 – Ryanair/Aer Lingus III, il-punt 57.
(219) Ara l-eżempji b’analoġija: Każ M.8633 – Lufthansa/Ċerti assi ta’ Air Berlin; Każ M.8672 – easyJet/Ċerti assi ta’ Air Berlin.
(220) Ara eż. il-Każ M.8869 – Ryanair/LaudaMotion.
(221) Il-Premessa (4) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Unjoni Ewropea (KUMM/2011/827 finali tal-1 ta’ Diċembru 2011).
(222) Ara l-Każ M.6447 – IAG/bmi, il-punti 136–157.
(223) Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31993R0095) (“ir-Regolament dwar is-Slots”), “ajruport ikkoordinat” tfisser “ajruport fejn koordinatur ikun ġie maħtur biex jiffaċilita l-operazzjonijiet ta’ trasportaturi bl-ajru li joperaw jew beħsiebhom joperaw f’dak l-ajruport”.
(224) Att tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5).
(225) Dan ifisser b’mod partikolari li l-Kummissjoni mhux se tkompli tikkunsidra l-“għadd kbir ta’ swieq O&D” li fihom, skont Ryanair, SAS jista’ jkollha saħħa sinifikanti fis-suq fid-dawl tal-ishma mis-suq ta’ SAS f’termini ta’ postijiet użati, peress li dawk is-swieq O&D individwali ma jikkorrispondux għas-swieq rilevanti għall-finijiet tal-punt 72 tal-Qafas Temporanju.
(226) “Bażi” tfisser li l-inġenju tal-ajru tal-linja tal-ajru jibqa’ fl-ajruport billejl, u jintuża biex jopera diversi rotot minn dak l-ajruport.
(227) Ara s-sentenza tas-6 ta’ Lulju 2010, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-342/07, EU:T:2010:280, il-punt 269.
(228) L-Artiklu tal-Grupp ta’ Riflessjoni, paġna 26.
(229) Notifika tal-awtoritajiet Daniżi u Żvediżi.
(230) F’dawn l-ajruporti, anki li kieku SAS kienet ħarġet minn u rritornat is-slots kollha tagħha, il-kapaċità mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-kompetituri ma kienx ikollha impatt sinifikanti fuq il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. Għalhekk, il-preżenza kontinwa ta’ SAS ma taffettwax materjalment il-kapaċità u l-inċentiv tal-kompetituri tagħha biex jidħlu jew jespandu f’dawk l-ajruporti.
(231) Ara wkoll il-premessa (464).
(232) Skont id-definizzjoni ta’ Ryanair, ekonomiji ta’ firxa jseħħu meta linja tal-ajru topera ċentri f’għadd ta’ ajruporti u jkollha l-potenzjal li taqsam il-kostijiet fuq firxa wiesgħa ta’ rotot, li jagħmilha aktar diffiċli għall-kompetituri.
(233) Skont id-definizzjoni ta’ Ryanair, ekonomiji ta’ network iseħħu meta linja tal-ajru topera ċentri u tkun tista’ tikseb fatturi ta’ tagħbija ogħla, u għalhekk kosteffiċjenzi akbar bħala riżultat tat-trasport tal-passiġġieri konnessi. Ryanair iżżid li t-tliet ċentri operattivi prinċipali ta’ SAS jinsabu fl-ajruporti ta’ Copenhagen, ta’ Oslo u ta’ Stokkolma, li hija tiddeskrivi bħala li jifformaw “ is-sinsla tan-network tat-titjiriet tagħha ”.
(234) Dawn l-ajruporti huma: L-ajruport ta’ Copenhagen; L-ajruport ta’ Stockholm Arlanda; L-ajruport ta’ Oslo; L-ajruport ta’ Trondheim; L-ajruport ta’ Bergen; L-ajruport ta’ Stavanger; L-ajruport ta’ Göteborg Landvetter; L-ajruport ta’ Billund; L-ajruport ta’ Helsinki; L-ajruport ta’ Londra Heathrow; L-ajruport ta’ Aarhus; L-ajruport ta’ Luleå; L-ajruport ta’ Tallinn; L-ajruport ta’ Aalborg; L-ajruport ta’ Malaga; L-ajruport ta’ Vilnius; L-ajruport ta’ Tromsø; L-ajruport ta’ Düsseldorf; L-ajruport ta’ Stuttgart; L-ajruport ta’ Gdańsk Lech Wałęsa; L-ajruport ta’ Bodø; L-ajruport ta’ Hamburg; u l-ajruport ta’ Amsterdam.
(235) Dawn l-ajruporti huma: L-ajruport ta’ Copenhagen; L-ajruport ta’ Stockholm Arlanda; L-ajruport ta’ Oslo; L-ajruport ta’ Trondheim; L-ajruport ta’ Bergen; L-ajruport ta’ Stavanger; L-ajruport ta’ Göteborg Landvetter; L-ajruport ta’ Billund; L-ajruport ta’ Helsinki; L-ajruport ta’ Londra Heathrow; L-ajruport ta’ Malaga; L-ajruport ta’ Tromsø; L-ajruport ta’ Düsseldorf; L-ajruport ta’ Stuttgart; L-ajruport ta’ Hamburg; u l-ajruport ta’ Amsterdam.
(236) F’din id-deċiżjoni, frekwenza hija definita bħala titjira bir-ritorn jew żewġ titjiriet (titjira waħda tat-tluq mill-ajruport rilevanti lejn destinazzjoni u titjira tal-wasla waħda mid-destinazzjoni għall-ajruport rilevanti).
(237) Skont ir-Regolament dwar is-Slots, trasportatur għandu juża mill-inqas 80 % ta’ serje ta’ slots allokata. Jekk le, is-serje ta’ slots allokata tiġi rritornata fil-ġemgħa ta’ slots (ir-“regola tużah jew titilfu”). Id-data turi li, fl-aktar ajruporti konġestjonati, l-użu tas-slots huwa, fi kwalunkwe każ, ġeneralment aktar minn 95 % (ara eż. IATA Submission – Steer EU Fact-Finding Study: Airport Slots, Diċembru 2019, p. 37, disponibbli fuq: iata-airport-slots-submission-eu-study-steer-dec-2019.pdf). Għalhekk, f’dawk l-ajruporti, id-differenza bejn in-numru ta’ slots użati u n-numru ta’ slots allokati hija limitata.
(238) Ara pereżempju s-sentenza tal-14 ta’ Frar 1978, United Brands u United Brands Continental vs Il-Kummissjoni, 27/76, ECLI:EU:C:1978:22; is-sentenza tat-13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche vs Il-Kummissjoni, 85/76, ECLI:EU:C:1979:36.
(239) Il-kompetizzjoni potenzjali tista’ tinħoloq minn kapaċità ta’ produzzjoni kunsiderevoli mhux użata (f’dan il-każ slots mhux użati) (ara s-sentenza tat-13 ta’ Frar 1979, Hoffmann-La Roche vs Il-Kummissjoni, 85/76, ECLI:EU:C:1979:36, il-punt 48).
(240) Ara s-sentenza tal-4 ta’ Lulju 2006, easyJet vs Il-Kummissjoni, T-177/04, EU:T:2006:187, il-punt 166.
(241) Ara pereżempju l-Każ AT.39964 – Air France/KLM/Alitalia/Delta, il-punt 59; Każ AT.39595 – Continental/United/Lufthansa/Air Kanada, il-punt 49.
(242) L-Istudju tas-Suq tal-Linja tal-Ajru.
(243) Tweġiba għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2023.
(244) Ara pereżempju l-Każijiet M.8672 – easyJet/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punt 114; M.8633 – Lufthansa/Ċerti Assi ta’ Air Berlin, il-punt 196. Ara wkoll is-sentenza tal-20 ta’ Ottubru 2021, Polskie Linie Lotnicze “LOT” vs Il-Kummissjoni, T-296/18, EU:T:2021:724, il-punt 111. Il-kundizzjonijiet tal-operat fl-ajruporti rilevanti jistgħu jvarjaw minħabba, b’mod partikolari, ħinijiet tal-ftuħ differenti, projbizzjonijiet ta’ titjiriet billejl u restrizzjonijiet fuq il-moviment. Għal raġunijiet ta’ komparabbiltà, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ishma ta’ slots u r-rati ta’ konġestjoni tal-ajruporti bejn is-6:00 u l-21:59 ħin lokali (jiġifieri bejn l-4:00 u t-19:59 UTC matul l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA u bejn il-5:00 u d-20:59 UTC matul l-Istaġun tax-Xitwa tal-IATA).
(245) Ir-rapport Oxera ma jiddikjarax mod ieħor fil-punt 5.62: “ l-ishma mis-suq jindikaw il-pożizzjoni ta’ SAS meta mqabbla mal-kompetituri eżistenti, filwaqt li l-kapaċità disponibbli (meta jkun hemm konġestjoni baxxa) tindika l-potenzjal li jidħlu kompetituri ġodda, jew li l-kompetituri eżistenti jespandu (jekk wieħed jassumi li ma hemm l-ebda ostakolu ieħor għad-dħul). L-ishma ta’ slots iħawdu flimkien dawn iż-żewġ miżuri ”. Madankollu, jenħtieġ li jiġi rrilevat li, fil-punt li ġej (punt 5.63), ir-rapport Oxera jirrappreżenta b’mod żbaljat il-qafas analitiku applikat mill-Kummissjoni, peress li l-Kummissjoni ma tużax is-sehem ta’ slots ta’ SAS mingħajr ma tirreferi għal-livell ta’ konġestjoni fl-ajruport. Għalhekk, għall-kuntrarju tas-sottomissjoni ta’ Ryanair u bl-użu tal-eżempju numeriku propost fir-rapport Oxera, il-Kummissjoni tiddistingwi bejn sitwazzjonijiet fejn (i) is-sehem ta’ SAS huwa ta’ 40 % u l-konġestjoni tal-ajruport hija ta’ 60 % (is-sehem ta’ SAS tat-titjiriet huwa ta’ 66,7 %); u (ii) is-sehem ta’ SAS huwa ta’ 40 % u l-konġestjoni tal-ajruport hija ta’ 100 % (is-sehem ta’ SAS tat-titjiriet huwa ta’ 40 % iżda “ma setax jiġi kkontestat”).
(246) Din il-konklużjoni hija konformi mal-qafas analitiku applikat mill-Kummissjoni skont l-approċċ minn ajruport għal ajruport f’deċiżjonijiet preċedenti dwar il-fużjonijiet (ara b’mod partikolari l-Każ M.8633 – Lufthansa/Ċerti assi ta’ Air Berlin (2017), il-punti 165–184).
(247) Is-sistema ta’ Koordinazzjoni Online hija portal web online b’diversi koordinaturi, użata f’118-il ajruport f’31 pajjiż madwar id-dinja. Hija tipprovdi lill-utenti rreġistrati b’firxa komprensiva ta’ għodod biex ifittxu, jissortjaw, jaraw u jniżżlu l-informazzjoni dwar is-slots u l-iskeda.
(248) Dawn l-ajruporti huma: L-ajruport ta’ Oslo (inqas minn 40 %); L-ajruport ta’ Bergen (inqas minn 40 %); L-ajruport ta’ Göteborg Landvetter (inqas minn 20 %); L-ajruport ta’ Billund (inqas minn 20 %); L-ajruport ta’ Helsinki (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Londra Heathrow (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Malaga (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Düsseldorf (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Stuttgart (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Hamburg (inqas minn 5 %); L-ajruport ta’ Amsterdam (inqas minn 5 %).
(249) Il-Kummissjoni tikkwalifika bħala “l-eqqel ħinijiet” il-faxex ta’ sigħat li għalihom ir-rata ta’ konġestjoni f’ajruport partikolari hija għolja ħafna, u għalhekk limitata ħafna, jew fejn ma jkun fadal l-ebda kapaċità ta’ dħul jew espansjoni.
(250) B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tinnota li l-affermazzjonijiet ta’ Ryanair dwar il-pożizzjoni dgħajfa fis-suq tal-kompetituri ta’ SAS fl-ajruporti rilevanti huma infondati. B’mod partikolari, Ryanair ma tipprovdi l-ebda element li effettivament iqajjem dubji dwar il-preżenza qawwija ta’ Norwegian Air Shuttle fl-ajruporti Norveġiżi (b’mod partikolari fl-ajruporti ta’ Trondheim, Stavanger u Tromsø), kif ukoll fl-ajruporti ta’ Copenhagen u ta’ Stockholm Arlanda. Ryanair lanqas ma tispjega għaliex il-pożizzjoni ta’ Wideroe fl-ajruport ta’ Tromsø, li tużah bħala ċentru għall-parti tat-Tramuntana tan-Norveġja, jenħtieġ li titwarrab. Fid-dawl tal-profil speċifiku ta’ dawk l-ajruporti rilevanti, id-diffikultajiet finanzjarji ta’ Norwegian Air Shuttle fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna jew il-fokus reġjonali ta’ Wideroe ma jistgħux, fihom infushom, jiġġustifikaw id-dikjarazzjoni ta’ Ryanair li ma imponewx restrizzjonijiet kompetittivi sinifikanti fuq SAS, b’mod partikolari fl-ajruporti Norveġiżi, u li l-ajruporti rilevanti kienu kkaratterizzati minn frammentazzjoni sinifikanti ta’ kompetituri vijabbli.
(251) Il-koordinazzjoni fl-ajruport ta’ Trondheim hija dovuta għal limitazzjonijiet fit-terminal, aktar milli minħabba limitazzjonijiet tar-runway, b’tali mod li l-kapaċità tal-ajruport ta’ Trondheim hija espressa b’mod partikolari fl-għadd massimu ta’ passiġġieri li jitilqu jew li jaslu jew fl-għadd massimu ta’ tluq internazzjonali, aktar milli fl-għadd ta’ movimenti. Għalhekk huwa diffiċli li l-kapaċità tal-ajruport tissarraf f’għadd ta’ slots. Madankollu, meta jitqies il-limitu massimu tal-kapaċità espress f’għadd ta’ tluq internazzjonali fis-siegħa (sebgħa) u meta jitqies, fuq bażi konservattiva, li s-slots kollha tat-tluq allokati lil-linji tal-ajru (stmati li jirrappreżentaw nofs is-slots totali allokati, bin-nofs l-ieħor kompost mis-slots tal-wasla) huma ddedikati għal titjiriet internazzjonali, ir-rata ta’ konġestjoni ta’ Trondheim kienet inqas minn 50 % fl-2019 (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 45 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 43 %).
(252) Meta jitqies il-limitu massimu tal-kapaċità fl-ajruport ta’ Trondheim espress f’għadd ta’ tluq internazzjonali fis-siegħa (sebgħa) u meta jitqies, fuq bażi konservattiva, li s-slots kollha tat-tluq allokati lil SAS (stmati li jirrappreżentaw nofs is-slots allokati lilha, bin-nofs l-ieħor kompost mis-slots tal-wasla) huma ddedikati għal titjiriet internazzjonali, is-sehem medju ta’ slots ta’ SAS kien inqas minn 20 % fl-2019 (l-Istaġun tas-Sajf tal-IATA tal-2019: 19 %; L-istaġun tax-Xitwa tal-IATA tal-2019/2020: 17 %). Dan juri r-restrizzjonijiet qawwija li SAS kienet soġġetta għalihom qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 fl-ajruport.
(253) L-irkupru għat-traffiku domestiku u t-titjiriet internazzjonali fuq distanzi qosra kien ipproġettat għall-2023. Dawk il-projezzjonijiet ġew riveduti aktar lejn l-aħħar ta’ Ottubru 2020, wara li reġgħet feġġet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-COVID-19.
(254) Ara l-istqarrija għall-istampa ta’ SAS tas-7 ta’ Awwissu 2020 (aċċessata l-aħħar f’Novembru 2023).
(255) F’konformità man-nota 66 f’qiegħ il-paġna tal-Qafas Temporanju, l-istrumenti ibridi mogħtija mill-Istat għandhom jingħaddu bħala ekwità.
(256) Il-finanzjament tad-dejn jista’ jinkludi kemm strumenti garantiti kif ukoll strumenti mhux garantiti: (i) bonds mhux garantiti inklużi bonds ibridi, ċedoli, kambjali kummerċjali kif ukoll self sindakat, (ii) strumenti garantiti bħall-Kirjiet Operattivi Ġappuniżi, il-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru u potenzjalment strumenti ta’ bejgħ u kiri lura. Id-deċiżjoni dwar l-istrument ta’ finanzjament tittieħed minn SAS fuq il-bażi tal-fatturi li ġejjin, fost l-oħrajn: l-attraenza tat-termini/il-kost tal-finanzjament tal-istrument rispettiv; id-daqs tas-suq u l-volumi disponibbli għal SAS; il-klassifikazzjoni tal-kreditu attwali ta’ SAS u l-prospetti/migrazzjoni mistennija tal-klassifikazzjoni.
(257) F’konformità man-nota 66 f’qiegħ il-paġna tal-Qafas Temporanju, l-istrumenti ibridi mogħtija mill-Istat jenħtieġ li jingħaddu bħala ekwità.
(258) Is-sentenzi tal-31 ta’ Jannar 2023, Il-Kummissjoni vs Braesch et, C-284/21 P, ECLI:EU:C:2023:58, il-punt 96, u tat-28 ta’ Settembru 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni, C-320/21 P, ECLI:EU:C:2023:712, il-punt 109.
(259) Is-sentenza tat-28 ta’ Settembru 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni, C-320/21 P, ECLI:EU:C:2023:712, il-punt 111.
(260) Fir-rigward ta’ ksur possibbli tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni, il-Kummissjoni tqis li, anki jekk wieħed jassumi li SAS u l-linji tal-ajru l-oħrajn huma f’sitwazzjoni komparabbli fid-dawl tal-objettiv tal-Miżura, tali differenza fit-trattament fi kwalunkwe każ tkun ġustifikata, peress li l-Miżura hija meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv tagħha indikat fil-premessa (17), kif muri fit-Taqsima 6.3.1 (u b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ interess komuni li jsir intervent favur SAS speċifikament, għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsima 6.3.1.2), u proporzjonata għal dak l-objettiv, kif muri fit-Taqsima 6.3.3 (proporzjonalità tal-għajnuna) 6.3.4 (remunerazzjoni u ħruġ mill-Istat), 6.3.5 (kundizzjonijiet ta’ governanza u prevenzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni) u 6.3.6 (strateġija ta’ ħruġ tal-Istat), fis-sens li ma taqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-Miżura.
(261) Is-sentenza tat-28 ta’ Settembru 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni, C-320/21 P, ECLI:EU:C:2023:712, il-punt 132.
(262) Is-sentenza tat-28 ta’ Settembru 2023, Ryanair vs Il-Kummissjoni, C-320/21 P, ECLI:EU:C:2023:712, il-punt 133. Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-22 ta’ Marzu 1977, Iannelli & Volpi, 74/76, ECLI:EU:C:1977:51, il-punt 14, u tal-31 ta’ Jannar 2023, Il-Kummissjoni vs Braesch et, ECLI:C-284/21 P, ECLI:EU:C:2023:58, il-punt 97.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2549/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)