24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/215


P9_TA(2021)0398

Twaqqif ta' delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija UE-Renju Unit, u definizzjoni tal-kompożizzjoni numerika tagħha

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2021 dwar it-twaqqif ta' delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit, u definizzjoni tal-kompożizzjoni numerika tagħha (2021/2917(RSO))

(2022/C 132/20)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

—

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2021 dwar l-eżitu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit (2), u b'mod partikolari l-paragrafi 8 u 9 tagħha,

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali (3),

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 223 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jinnota li l-Artikolu 11 tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit jipprevedi t-twaqqif ta' Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit magħmula minn Membri tal-Parlament Ewropew u minn Membri tal-Parlament tar-Renju Unit li:

a)

jista' jitlob informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-ftehim u kwalunkwe ftehim supplimentari mill-Kunsill ta' Sħubija UE-Renju Unit stabbilit bl-Artikolu 7 ta' dak il-ftehim, li mbagħad għandu jipprovdi lill-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit l-informazzjoni mitluba;

b)

għandu jkun infurmat bid-deċiżjonijiet u bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Sħubija UE-Renju Unit; kif ukoll

c)

jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Sħubija UE-Renju Unit;

2.

Jiddeċiedi li jwaqqaf delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit, magħmula minn 35 Membru;

3.

Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li l-bureau tad-delagazzjoni tkun tikkonsisti minn żewġ viċi presidenti;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Parlament tar-Renju Unit għal informazzjoni.

(1)  ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2021)0141.

(3)  ĠU C 158, 30.4.2021, p. 536.

(4)  ĠU C 165, 4.5.2021, p. 23.