<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-494/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0494</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:867">EU:C:2022:867</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20221110">10.11.2022</DATE> – Kawża C‑494/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Eircom</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (il-Ħames Awla)</P><P>10 ta’ Novembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Servizz universali u drittijiet tal-utenti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/22/CE (id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-ispiża u finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali</KEYWORD><KEYWORD>Fornitur uniku ta’ servizz universali u diversi fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-piż inġust</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑494/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ Lulju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑11 ta’ Awwissu 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eircom Limited</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commission for Communications Regulation,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Vodafone Ireland Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Three Ireland (Hutchison) Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Three Ireland Services (Hutchison) Limited,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, D. Gratsias (Relatur), M. Ilešič, I. Jarukaitis u Z. Csehi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Eircom Limited, minn J. Newman, SC, J. O’Connell, BL, u M. J. Whelan, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Commission for Communications Regulation, minn A. Brick, R. Byrne, solicitors, D. Dodd, BL u B. Kennedy, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għal Three Ireland Services (Hutchison) Limited u Three Ireland (Hutchison) Limited, minn D. Hardiman, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn J. Očková, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u L. Malferrari u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (JO 2002, L 108, p. 51)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Eircom Limited, maħtura, matul is-sena 2003, bħala operatur uniku għall-provvista ta’ servizz universali fl-Irlanda, il-Commission for Communications Regulation (l-Awtorità Regolatorja fil-qasam tat-Telekomunikazzjonijiet, l-Irlanda) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Kummissjoni Regolatorja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tagħti lil Eircom finanzjament intiż li jkopri l-piż allegatament inġust li kienet tirrapreżenta, għal din il-kumpannija, l-ispiża netta sostnuta abbażi tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 18 u 21 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(4)</NO.P><TXT>L-assigurazzjoni ta’ servizz universali (jiġifieri, l-forniment ta’ sett minimu definit ta’ servizzi lill-utenti finali bi prezz li jista’ jintlaħaq) jista’ jinvolvi l-forniment ta’ xi servizzi lill-xi utenti finali bi prezzijiet li jitilqu minn dawk li jirriżultaw mill-kondizzjonijiet normali tas-suq. Iżda, il-fatt li jingħata kumpens lill-impriżi maħtura biex jfornu servizzi bħal dawk f’dawk iċ-ċirkostanzi m’għandux jirriżulta f’distorsjoni ta’ kompetizzjoni, sakemm l-impriżi maħtura jiġu kompensati għall- ispiża netta speċifika nvoluta u sakemm il-piż ta’ l-ispiża netta jiġi rkuprat b’mod newtrali kompetittiv.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali fil-każi fejn jintwera li l-obbligi jistgħu biss jiġu fornuti b’telf jew bi spiża netta li jaqgħu barra li-standards kummerċjali normali. Huwa mportanti li jiġi assigurat li l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali tiġi kkalkolata kif imiss u li kull iffinanzjar jitwettaq b’distorsjoni minima għas-suq u għall-impriżi, u jkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli [107 u 108 TFUE].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Meta obbligu ta’ servizz universali jirrappresenta piż inġust fuq impriża, huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi għall-irkupru effiċjenti ta’ l-ispejjeż netti. L-irkupru permezz ta’ fondi pubbliċi jikkostitwixxi metodu wieħed ta’ rkupru ta’ l-ispiża netta ta’ l-obbligi ta’ servizz universali. Huwa wkoll raġonevoli li l-ispejjeż netti stabbiliti jiġu rkuprati mill-utenti kollha b’mod trasparenti permizz ta’ mposti fuq l-impriżi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw l-ispejjeż netti ta’ elementi differenti ta’ servizz universali permezz ta’ mekkaniżmi differenti, u/jew li jiffinanzjaw ta’ l-ispejjeż netti ta’ xi wħud mill-elementi jew kollha minn xi wieħed mill-mekkaniżmi jew minn kombinazzjoni tat-tnejn. Fil-każ ta’ l-irkupru ta’ l-ispejjeż permezz ta’ mposti fuq l-impriżi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li dak il-metodu ta’ allokazzjoni bejniethom huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u huwa skond il-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan il-prinċipju ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jeżentaw operaturi ġodda li ma jkunux għadhom kisbu xi presenza sinjifikani fis-suq. Kull mekkaniżmu ta’ ffinanzjar għandu jassigura li l-parteċipanti fs-suq jikkontribwixxu biss għall-iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali u mhux għal attivitajiet oħra li m’humiex direttament marbuta mal-forniment ta’ obbligi ta’ servizz universali. Il-mekkaniżmi ta’ l-irkupru għandhom fil-każi kollha jirrispettaw il-prinċipji tal-liġi tal-Komunità, u b’mod partikolari fil-każ ta’ mekkaniżmi ta’ qsim dawk tan-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kamp ta’ Applikazzjoni, Miri u Tifsir<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2002/21/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)] din id-Direttiva tikkonċerna l-forniment ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-utenti finali. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-Komunità kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ kwalità tajba permezz ta’ kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta maċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġiet ta’ l-utenti finali ma jitħarsux b’mod sodisfaċjenti mis-suq.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Disponibilità ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistipula, fil-paragrafu (2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-aproċċ l-aktar effiċjenti u adattat biex jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ servizz universali, waqt li jirrispettaw il-prinċipji ta’ l-oġġettività, it-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità. Għandhom ifittxu li jimminimizzaw id-distorsjonijiet fis-suq, b’mod partikolari l-forniment ta’ servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet normali tal-kummerċ, waqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ħatra ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jaħtru impriża waħda jew aktar biex tiggarantixxi l-forniment ta’ servizz universali kif identifikat fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 u, fejn japplika, l-Artikolu 9(2) sabiex ikun jista’ jiġi kopert it-territorju kollu nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru mpriżi differenti jew settijiet ta’ impriżi biex ifornu elementi differenti ta’ servizz universali u/jew biex ikopru partijiet differenti tat-territorju nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Istati Membri jaħtru mpriżi f’parti jew fit-territorju kollu nazzjonali bħala li jkollhom obbligi ta’ servizz universali, għandhom jagħmlu dan billi jużaw mekkaniżmu ta’ ħatra effiċjenti, oġġettiv, trasparenti u mhux diskriminatorju, li bih ebda mpiża ma tkun <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> eskluża milli tiġi maħtura. Dawk il-metodi ta’ ħatra għandhom jassiguraw li s-servizz universali jiġi provdut b’mod effiċjenti fl-ispiża u jista’ jintuża bħala mezz biex tiġi stabbilita l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali skond l-Artikolu 12.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Stima ta’ l-ispejjeż ta’ obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqiesu li forniment ta’ servizz universali kif stipulat fl-Artikoli 3 sa 10 jista’ jirrappresenta piż inġust fuq impriżi maħtura biex ifornu servizz universali, għandhom jikkalkolaw l-ispejjeż netti tal-forniment tiegħu.</P><P>Għal dak l-iskop l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkalkolaw l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali, waqt li jieħdu kont ta’ xi benefiċċju tas-suq li jinġema għal impriża maħtura biex tipprovdi servizz universali, skond l-Anness IV, Taqsima A; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jagħmlu użu ta’ l-ispejjeż netti għall-forniment tas-servizz universali identifikat minn mekkaniżmu magħżul skond l-Artikolu 8(2).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontabilità u/jew informazzjoni oħra li sservi bħala bażi għall-kalkolu ta’ l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali taħt il-paragrafu 1 (a) għandhom jiġu awditjati jew verifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-partijiet relevanti u approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Ir-riżultat tal-kalkolu ta’ l-ispejjeż u l-konklużjonijiet tal-verifika għandhom jintgħamlu pubblikament disponibbli.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Iffinanzjar ta’ obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn, fuq il-bażi tal-kalkolu ta’ l-ispejjeż netti msemmija fl-Artikolu 12, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jsibu li mpriża hija suġġetta għal piż inġust, l-Istati Membri għandhom, fuq talba minn impriża maħtura, jiddeċiedu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jintroduċu mekkaniżmu biex jikkumpensaw lil dik l-impriża għall-ispiża netta stabbilita taħt kondizzjonijiet trasparenti minn fondi pubbliċi; u/jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jaqsmu l-ispiża netta ta’ l-obbligu tas-servizz universali bejn il-fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ispiża netta tinqasam taħt il-paragrafu 1 (b), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ qsim amministrat mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew korp indipendenti mill-benefiċjarji taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali. L-ispiża netta biss, kif stabbilita taħt l-Artikolu 12, ta’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 10 tista’ tiġi ffinanzjata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mekkaniżmu tal-qsim għandu jirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, l-anqas distorsjoni tas-suq, non-diskriminazzjoni u proporzjonalità skond il-prinċipji ta’ l-Anness IV, Taqsima B. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jeħtieġux kontribuzzjonijiet minn impriżi li l-valur tal-bejgħ nazzjonali tagħhom ikun anqas minn limitu ffissat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ħlasijiet relatati mal-qsim ta’ l-ispiża ta’ obbligi ta’ servizz universali għandhom jiġu disassoċċjati u identifikati separatament għal kull impriża. Dawk il-ħlasijiet m’għandhomx ikunu mposti jew miġbura minn impriżi li ma jfornux servizzi fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-mekkaniżmu tal-qsim.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness IV ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kalkolu ta’ l-Ispiża Netta, Jekk Ikun Hemm, ta’ Obbligi ta’ Servizz Universali u l-Istabbiliment ta’ kull Mekkaniżmu ta’ Rkupru jew Qsim skond l-Artikoli 12 u 13<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jinkludi t-Taqsima A, intitolata, min-naħa tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Kalkolu ta’ l-ispiża netta<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-obbligi għal servizz universali jirreferu għall-obbligi imqegħda fuq impriża minn Stat Membru li jikkonċernaw il-forniment ta’ network u servizz f’żona speċifikata ġeografika kollha, inkluż, fejn meħtieġ, il-prezzijiet medji f’dik iż-żona ġeografika għall-forniment ta’ dak is-servizz jew forniment ta’ għażliet speċifiċi ta’ tariffi għall-konsumaturi bi dħul baxx jew bi ħtiġiet soċjali speċjali.</P><P>L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsidraw il-mezzi kollha biex jassiguraw inċentivi adatti għall-impriżi (maħtura jew le) biex ifornu obbligi ta’ servizz universali b’effiċjenza fl-ispiża. Fit-twettieq ta’ eżerċizzju ta’ kalkolu, l-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali għandha tiġi kalkolata bħala d-differenza bejn l-ispiża netta għal impriża maħtura fl-operazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz universali u fl-operazzjoni mingħajr obbligi ta’ servizz universali. […] Attenzjoni debita għandha tingħata biex issir stima korretta l-ispejjeż li x’impriża maħtura tkun għażlet li tevita li kieku ma kien hemm ebda obbligu ta’ servizz universali. Il-kalkolu ta’ l-ispiża netta għandu jistma l-benefiċċji, nklużi benefiċċji ntanġibbli, għall-operatur ta’ servizz universali.</P><P>Il-kalkolu għandu jiġi bbażat fuq in-nefqiet attribwibbli għal:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-elementi tas-servizzi identifikati li jistgħu jiġu biss provduti b’telf jew provduti taħt kondizzjonijiet ta’ spiża li jaqgħu barra li-standards normali kummerċjali.</TXT><P>Din il-kategorija tista’ tinkludi elementi ta’ servizz bħal aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza bit-telefon, il-forniment ta’ ċerti telefons pubbliċi bi ħlas, il-forniment ta’ ċerti servizzi jew tagħmir għal persuni b’disabilità, eċċ;</P></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali speċifiċi li, waqt li jittieħed kont ta’ l-ispiża għall-forniment tan-network u servizz speċifiku, id-dħul ġenerat u kull medjar ġeografiku tal-prezzijiet imposti mill-Istat Membru, li s-servizz għalihom jista’ jsir biss b’telf jew taħt kondizzjonjiet ta’ l-ispiża li jaqgħu barra li-standards normali tal-kummerċ.</TXT><P>Din il-kategorija tinkludi wkoll dawk l-utenti finali jew gruppi ta’ utenti finali li ma kienux jiġu servuti minn operatur kummerċjali li ma kellux obbligu li jipprovdi servizz universali.</P></NP></ITEM></LIST></P><P>Il-kalkolu ta’ l-ispiża netta ta’ aspetti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali għandu jsir separatament u sabiex jiġi evitat għadd doppju ta’ xi benefiċċji u nefqiet diretti jew indiretti. L-ispiża netta globali ta’ obbligi ta’ servizzi universali għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma ta’ l-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-komponenti speċifiċi ta’ obbligi ta’ servizz universali, waqt li jittieħed kont ta’ kull benefiċċju ntanġibbli. Ir-responsabbiltà għall-verifikar ta’ l-ispiża netta hija ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (7) tad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>, bir-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 241, p. 9</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Emendament tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Id-Direttiva [2002/22] (Direttiva dwar is-Servizz Universali) hija b’dan emendata kif ġej:</P><P>1. L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:</P><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART>‘Artikolu 1</TI.ART><STI.ART>Suġġett u ambitu [kamp ta’ applikazzjoni]</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-ambitu tal-qafas tad-Direttiva [2002/21] (id-Direttiva Qafas), din id-Direttiva tikkonċerna l-fornimet ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lil utenti finali. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-[Unjoni] kollha ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ kwalità tajba permezz ta’ kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta ċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġijiet tal-utenti finali ma jkunux sodisfatti b’mod sodisfaċjenti mis-suq. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tagħmir terminali fil-postijiet fejn joperaw l-konsumaturi. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar ċerti aspetti ta’ tagħmir ta’ terminal, inklużi dispożizzjonijiet maħsuba biex jiġi faċilitat aċċess għal utenti [finali] b’diżabbiltà.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>fl-Artikolu 8, il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:</P><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>3. Meta impriża maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 jkollha l-intenzjoni li tiddisponi mill-assi kollha tagħha jew parti sostanzjali minnhom tan-network lokali ta’ aċċess disponibbli għal entità legali separata taħt appartenenza differenti, hija għandha tinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali b’mod f’waqtu sabiex dik l-awtorità tkun tista’ tivvaluta l-effett tat-transazzjoni intiża fuq il-forniment ta’ aċċess għal post fiss u ta’ servizzi telefoniċi skont<?PAGE NO="7"?> l-Artikolu 4. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, temenda jew tirtira obbligi speċifiċi skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni).<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/></P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/136, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Transpożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sal‑25 ta’ Mejju 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni [Ewropea] t-test ta’ dawk il-miżuri.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-emendi magħmula bl-Artikolu 1(1) u (7) tad-Direttiva 2009/136 għall-Artikolu 1(1) u għall-Artikolu 8 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma għandhom l-ebda konsegwenza għar-risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-European Communities (Electronic Communications Networks and Services) (Universal Service and Users’ Rights) Regulations 2011 [ir-Regolament tal-Komunitajiet Ewropej dwar Networks u Servizz ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Servizz Universali u Drittijiet tal-Utenti) tal‑2011] (S.I. Nru 337, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Regolament Nazzjonali <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), jinkludi l-Artikolu 11, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta impriża maħtura bħala li għandha obbligu [ta’ servizz universali] tixtieq tikseb finanzjament għall-ispejjeż netti relatati mal-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu, hija għandha tressaq quddiem ir-regolatur talba bil-miktub sabiex tikseb tali finanzjament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Kull talba mressqa abbażi tal-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni insostenn ta’ din it-talba li tista’ raġonevolment tiġi mitluba mir-regolatur għall-finijiet tal-paragrafu 3. Id-data tista’ tkun tirrigwarda kull perijodu li jista’ jiġi stabbilit mir-regolatur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Billi jibbaża ruħu fuq l-informazzjoni, inkluża dik prodotta abbażi tal-paragrafu 2, li huwa jqis suffiċjenti sabiex iwettaq id-determinazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu, ir-regolatur jiddetermina jekk obbligu msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jirrappreżenta piż inġust għall-impriża kkonċernata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta r-regolatur jiddetermina li obbligu msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jirrappreżenta piż inġust, huwa jikkalkola l-ispiża netta tal-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu abbażi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tal-ispiża netta, meqjus l-eventwali vantaġġ kummerċjali miksub mill-impriża, ikkalkolata konformement mal-indikazzjonijiet mogħtija fit-Taqsima A tal-Anness 2;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, tal-ispiża netta ddeterminata permezz ta’ metodu ta’ ħatra konformement mal-Artikolu 7(3).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>Impriża maħtura msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipproduċi l-informazzjoni li tkun raġonevolment rikjesta mir-regolatur għall-finijiet tal-paragrafu 4.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="011.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-regolatur jiddetermina li obbligu msemmi fil-paragrafu 1 ma jirrappreżentax piż inġust, huwa jikkomunika din id-determinazzjoni kif ukoll il-motivazzjoni tagħha lill-impriża kkonċernata hekk kif dan ikun raġonevolment possibbli wara li jkun stabbilixxa din id-determinazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</ALINEA></PARAG></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-regolatur jiddeċiedi, abbażi tal-kalkolu tal-ispiża netta previst fl-Artikolu 11, li l-ispiża netta tal-eżekuzzjoni ta’ obbligu [ta’ servizz universali] jirrappreżenta piż inġust għal impriża, huwa jaqsam l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali bejn il-fornituri ta’ networks u ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regolatur għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ qsim ġestit minnu stess jew minn organu indipendenti mill-impriżi maħtura, fejn l-organu inkwistjoni jkun taħt is-superviżjoni tar-regolatur. Hija biss l-ispiża netta tal-obbligi [ta’ servizz universali], ikkalkolata konformement mal-Artikolu 11, li tista’ tkun is-suġġett ta’ finanzjament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Mekkaniżmu ta’ qsim stabbilit konformement tal-paragrafu 2 għandu josserva l-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ distorsjoni minima tas-suq, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità […]. Ir-regolatur jista’ jagħżel li ma jitlobx kontribuzzjonijiet mingħand l-impriżi li d-dħul mill-bejgħ nazzjonali awditjat tagħhom ikun inqas minn kull ammont li r-regolatur jista’ jistabbilixxi minn żmien għall-ieħor, meqjusa eventwali opinjonijiet li jiġu kondiviżi miegħu fil-kuntest ta’ eventwali konsultazzjonijiet magħmula konformement mal-Artikolu 26.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑31 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni Regolatorja ppubblikat id-deċiżjoni 04/11, komposta minn serje ta’ deċiżjonijiet enumerati li jistipulaw il-prinċipji u l-metodi ta’ kalkolu tal-ispejjeż netti u ta’ dħul relatat mal-obbligu ta’ servizz universali, il-prinċipji u l-metodi ta’ kalkolu ta’ dħul ieħor minn dan l-obbligu kif ukoll l-approċċ li għandu jiġi adottat sabiex jiġi ddeterminat jekk il-fornitur ta’ servizz universali kienx suġġett għal piż inġust minħabba l-ispejjeż netti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet enumerati 38 sa 41 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>38. Sabiex jiġi stabbilit li hemm piż inġust fuq [fornitur ta’ servizz universali], għandhom jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i.</NO.P><TXT>Għandu jkun hemm spiża netta diretta, verifikabbli u awditjata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii.</NO.P><TXT>Il-benefiċċji tal-[obbligu ta’ servizz universali] ma għandhomx jeċċedu l-ispiża netta (jiġifieri, għandu jkun hemm spiża netta pożittiva);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii.</NO.P><TXT>Din l-ispiża netta pożittiva hija a) kunsiderevoli meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi ta’ mekkaniżmu ta’ qsim u b) tinvolvi żvantaġġ kompetittiv sinjifikattiv għal [fornitur ta’ servizz universali].</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="9"?><P>39. Jekk l-ispiża netta pożittiva hija relattivament dgħajfa, [l-awtorità regolatorja] għandha tiddetermina, abbażi tal-ispejjeż awditjati tal-[obbligu ta’ servizz universali], jekk il-finanzjament tal-[obbligu ta’ servizz universali] huwiex jew le iġġustifikat, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment u għat-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ qsim (meta mqabbla mal-ispiża netta pożittiva tal-[obbligu ta’ servizz universali]) u b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura sproporzjonata ta’ dawn l-ispejjeż meta mqabbla ma kull trasferiment nett lejn [fornitur ta’ servizz universali].</P><P>40. Jekk l-ispiża netta pożittiva ma hijiex relattivament dgħajfa, [l-awtorità regolatorja] għandha tevalwa jekk din l-ispiża netta taffettwax jew le b’mod sinjifikattiv il-profittabbiltà ta’ [fornitur ta’ servizz universali] u/jew il-kapaċità tiegħu li jikseb rata ta’ redditu ekwa fuq il-kapital investit; u</P><P>41. Jekk l-ispiża netta pożittiva taffettwa b’mod sinjifikattiv il-profittabbiltà ta’ [fornitur ta’ servizz universali], [l-awtorità regolatorja] għandha tevalwa jekk tali spiża netta taffettwax jew le b’mod sinjifikattiv il-kapaċità ta’ [fornitur ta’ servizz universali] li jikkompeti fuq livell ta’ parità mal-kompetituri tiegħu fil-ġejjieni.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Eircom hija l-operatur storiku b’monopolju fis-suq Irlandiż ta’ telekomunikazzjonijiet. Din l-impriża ġiet maħtura mill-Kummissjoni Regolatorja bħala l-uniku fornitur ta’ servizz universali matul is-sena 2003. Skont il-qorti tar-rinviju, Eircom għadha, sa dik id-data, l-operatur uniku fl-Irlanda li jipprovdi l-aċċess f’punti speċifiċi kif ukoll servizzi bil-vuċi jew ta’ telefons pubbliċi bi ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insegwitu għat-talbiet ta’ finanzjament tal-ispejjeż netti tal-obbligu ta’ servizz universali ppreżentati minn Eircom abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u intiżi sabiex, konformement mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament nazzjonali, l-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali tinqasam bejn id-diversi operaturi preżenti fis-suq, il-Kummissjoni Regolatorja adottat, fit‑18 ta’ April 2019, ħames deċiżjonijiet (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>deċiżjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) li permezz tagħhom hija qieset li l-ispiża netta sostnuta minn Eircom, abbażi tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali bejn is-sena 2010 u s-sena 2015, ma kinitx tikkostitwixxi piż inġust fuq din l-impriża. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni Regolatorja, permezz tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, irrifjutat li tuża l-mekkaniżmu ta’ qsim imsemmi f’dan l-Artikolu 12.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressaq rikors kontra d-deċiżjonijiet kontenzjużi, ikkonstatat li mill-imsemmija deċiżjonijiet jirriżulta li l-Kummissjoni Regolatorja wettqet il-kalkolu li skontu, fuq il-ħames snin ikkonċernati, l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali impost fuq Eircom kienet tinsab bi ftit taħt EUR 43 miljun. Il-profitt qabel l-interessi u t-taxxi li din l-impriża għamlet matul il-perijodu taħt eżami f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet tagħha ta’ linji fissi kien ta’ EUR 1.397 biljun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’kull waħda mid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni Regolatorja bbażat ruħha fuq <HT TYPE="ITALIC">Unfair burden report</HT> (ir-Rapport dwar il-Piż Inġust) imfassal fuq talba tagħha minn uffiċċju ta’ konsulenti. Skont dawn ir-rapporti, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet previsti fid-Deċiżjoni 38, kien hemm spiża netta pożittiva fuq Eircom għal kull waħda mis-snin inkwistjoni, il-profitti li<?PAGE NO="10"?> rriżultaw, għal din l-impriża, mill-obbligi tagħha ta’ servizz universali ma jaqbżux l-ispiża netta ta’ dawn tal-aħħar u l-ispiża netta pożittiva hija sostanzjali meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi ta’ mekkaniżmu ta’ qsim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dawn ir-rapporti jirriżulta li, f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni meħtieġa mid-Deċiżjoni 40, il-profittabbiltà ta’ Eircom u l-kapaċità tagħha li tikseb rata ta’ redditu ekwa fuq il-kapital investit ma ġewx affettwati b’mod sinjifikattiv mill-ispiża netta tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali matul il-perijodu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-kriterju ta’ riferiment użat fl-imsemmija rapporti u vvalidati mill-Kummissjoni Regolatorja għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ Eircom li tikseb rata ta’ redditu ekwa kien jikkonsisti fl-ipparagunar ta’ miżura ta’ redditu fuq il-kapital investit (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>RKI<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) ta’ redditi finanzjarji ta’ Eircom mal-ispiża medja mwieżna tal-kapital, spiża li kienet ġiet iddeterminata minn qabel mill-Kummissjoni Regolatorja. Bħala indikazzjoni, f’dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta’ telefonija fissa ta’ Eircom, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-ispiża netta tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali, ir-RKI qabeż l-ispiża medja mwieżna tal-kapital għal kull sena eżaminata. Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet fir-rigward ta’ dan, mill-istess rapporti jirriżulta li, fir-rigward tal-perijodu kkonċernat mit-talbiet għal finanzjament ta’ Eircom, il-piż tal-ispiża netta fuq din il-kumpannija ma kienx eċċessiv meqjusa l-kapaċità tagħha li ssotni l-imsemmija spiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-uffiċju ta’ konsulenti msemmi iktar ’il fuq iddikjara li, b’konsegwenza ta’ dan, fil-kuntest tat-tfassil tar-rapporti dwar il-perijodu eżaminat, huwa ma kienx evalwa, abbażi tad-Deċiżjoni 41, jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali ta’ piż fuq Eircom kellhiex impatt fuq il-kapaċità tagħha li tkun, fil-ġejjieni, f’kompetizzjoni fuq livell ta’ parità mal-kompetituri tagħha fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni Regolatorja kienet, madankollu, qieset li fl-assenza ta’ effett sinjifikattiv fuq il-profittabbiltà ta’ Eircom u l-kapaċità tagħha li tikseb rata ekwa ta’ RKI kienu juru li l-ispiża netta tal-obbligi tagħha ta’ servizz universali ma kinitx ħolqot żvantaġġi ta’ kompetizzjoni sinjifikattivi għal din l-impriża. Il-Kummissjoni Regolatorja għalhekk iddeċidiet li ma kienx neċessarju li jitwettaq eżami tad-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni hekk kif stipulat fid-Deċiżjoni 41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li kemm l-imsemmija rapporti kif ukoll id-deċiżjonijiet kontenzjużi jikkonċentraw ruħhom biss fuq il-karatteristiċi ta’ Eircom, sa fejn la l-Kummissjoni Regolatorja u lanqas l-imsemmi uffiċju ta’ konsulenti ma kienu wettqu evalwazzjoni tal-pożizzjoni tal-kompetituri ta’ Eircom fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija tosserva wkoll li, għall-perijodu li jkopri s-snin 2010 sa 2014, is-sehem tas-suq ta’ Eircom, f’dak li jirrigwarda s-sottoskrizzjoni ta’ klijenti ta’ telefonija fissa, kien niżel minn 74.5 % għal 47.2 %, filwaqt li wieħed mill-kompetituri ta’ Eircom kien, per eżempju, żied is-sehem tiegħu tas-suq nazzjonali minn 5 għal 21.7 % matul dan il-perijodu. Minn analiżi tas-suq imwettqa matul is-sena 2014 mill-Kummissjoni Regolatorja, fil-kuntest ta’ survey imwettaq fid-djar matul is-sena 2013, f’Dublin (l-Irlanda), jirriżulta li s-sehem tas-suq ta’ dan il-kompetitur kien ta’ 42 % filwaqt li dak ta’ Eircom kien ta’ 44 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza, f’dan ir-rigward, li huwa paċifiku li waħda mill-karatteristiċi tas-suq kompetittiv tat-telekomunikazzjonijiet huwa li l-fornituri ta’ servizz li ma humiex inkarigati minn obbligi ta’ servizz universali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>japprofittaw biex ikollhom klijenti konnessi man-network li, li kieku<?PAGE NO="11"?> jkun mod ieħor, jibqgħu mhux konnessi (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>esternalitajiet pożittivi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>) u li hija wkoll karatteristika magħrufa ta’ tali swieq kompetittivi li l-fornituri kollha ta’ servizz jistgħu, teoretikament, jagħżlu biss iċ-ċentri ġeografiċi l-iktar profittabbli<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li bejn il-partijiet hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-portata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u l-applikazzjoni tal-kriterji li jirriżultaw minnha fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ piż inġust f’każ bħal dak ta’ Eircom, fejn impriża waħda biss hija inkarigata minn obbligi ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, skont il-qorti tar-rinviju, Eircom tqis li l-imsemmija sentenza għandha tinqara b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest leġiżlattiv tal-kawża li wasslet għaliha u li kien wassal għaliha u li l-kapaċità relattiva ta’ impriża inkarigata minn obbligi ta’ servizz universali li ssostni l-ispejjeż netti ta’ dawn l-obbligi għandha tiġi evalwata b’teħid inkunsiderazzjoni mhux biss tal-karatterisitċi rispettivi tagħha, iżda wkoll ta’ dawk tal-kompetituri tagħha. Fl-assenza ta’ tali evalwazzjoni, jeżisti riskju sinjifikattiv li l-operaturi kollha jibbenefikaw mill-esternalitajiet pożittivi ta’ tali impriża, iżda din tal-aħħar biss issostni l-ispiża għalihom, filwaqt li s-sitwazzjoni tagħha ma hijiex sinjifikattivament aħjar meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Regolatorja tqis, skont il-qorti tar-rinviju, li mill-imsemmija sentenza jirriżulta li, sabiex jiġi evalwat jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali ta’ piż fuq operatur tikkostitwixxix piż inġust, l-attenzjoni għandha tiġi ffokata fuq il-kapaċità ta’ dan l-operatur li jsostni din l-ispiża fid-dawl tal-karatterisitċi rispettivi tiegħu. L-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ piż inġust abbażi ta’ analiżi tas-suq ma hijiex rekwiżit li jirriżulta mill-kuntest leġiżlattiv jew mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>F’ċirkustanzi fejn:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>Is-suq tat-telekomunikazzjonijiet ġie illiberallizzat u jeżistu operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni multipli li joperaw fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>operatur ta’ servizz […] intagħżel [mill-Awtorità Regolatorja Nazzjonali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>ARN<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/>)] sabiex [i]wettaq Obbligi ta’ Servizz Universali […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>[l-ARN] ddeterminat li hemm spiża netta pożittiva assoċjata mat-twettiq ta’ [obbligi ta’ servizz universali]; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>[l-ARN] ddeterminat li l-Ispiża Netta [tal-obbligi ta’ servizz universali hija kunsiderevoli] meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi tal-istabbiliment ta’ [mekkaniżmu] ta’ [qsim] fir-rigward tal-Ispiża Netta [tal-obbligi ta’ servizz universali] bejn parteċipanti fis-suq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[L-ARN], b’konformità mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/>], hija obbligata li tikkunsidra jekk l-Ispiża Netta [tal-obbligi ta’ servizz universali] hija eċċessiva fid-dawl tal-kapaċità tal-[fornitur ta’ servizz universali] li jħallasha, inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi kollha [tiegħu], b’mod partikolari, il-kwalità tat-tagħmir tiegħu, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u s-sehem tiegħu tas-suq (kif imsemmi fil-paragrafu 42 [tas-sentenza tas‑6 ta’<?PAGE NO="12"?> Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)]) huwa permess taħt id-Direttivi [li l-ARN] tagħmel evalwazzjoni billi tqis biss il-karatteristiċi/sitwazzjoni tal-[fornitur ta’ servizz universali] fir-rigward tal-kompetituri tiegħu fis-suq relevanti?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, preliminarjament, li anki jekk, fuq livell formali, il-qorti tar-rinviju ma fformulatx id-domanda preliminari tagħha billi għamlet riferiment għal dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, din iċ-ċirkustanza ma tostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jistgħu jkunu utli għall-għoti tas-sentenza fil-kawża mressqa quddiemha, irrispettivament minn jekk hija għamlitx, jew le, riferiment għalihom fid-domandi tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti ta’ dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Novembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Governor of Cloverhill Prison <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑479/21 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:929">EU:C:2021:929</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-ARN kompetenti, sabiex tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżentax piż inġust għal operatur inkarigat minn tali obbligi, li teżamina l-karatteristiċi rispettivi ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħu meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> hija intiża sabiex toħloq qafas regolatorju armonizzat li jiggarantixxi, fis-settur tal‑komunikazzjonijiet elettroniċi, il-provvista ta’ servizz universali, jiġifieri, ta’ sett minimu ta’ servizzi speċifiċi lill-utenti finali kollha bi prezz li jista’ jintlaħaq. Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id‑direttiva, wieħed mill-għanijiet tagħha huwa li tiġi żgurata d‑disponibbiltà, fl-Unjoni kollha, ta’ servizzi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-pubbliku bis-saħħa ta’ kompetizzjoni effettiva u ta’ għażla effettiva (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-iktar approċċ effiċjenti u xieraq biex tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ servizz universali, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ oġġettività, ta’ trasparenza, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità, u għandhom ifittxu li jimminimizzaw id-distorsjonijiet fis-suq, waqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif stipulat fil-premessa 4 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, il-fatt li jiġi ggarantit servizz universali jista’ jinvolvi l-provvista ta’ ċerti servizzi lil ċerti utenti finali bi prezzijiet li jitbiegħdu minn dawk li jirriżultaw mill‑kundizzjonijiet normali tas-suq. Huwa għalhekk li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, kif jirriżulta mill-premessa 18 ta’ din id-direttiva, li l-Istati Membri għandhom, fejn meħtieġ, jistabbilixxu mekkaniżmi għall-iffinanzjar tal-ispiża netta ta’ obbligi ta’ servizz universali fil-każijiet fejn jintwera li dawn l-obbligi jistgħu biss jiġu fornuti b’telf jew bi spiża netta li tmur lil hinn mill-kundizzjonijiet normali ta’ operat kummerċjali (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, l-ARN, meta jqisu li l-provvista ta’ servizz universali, kif stipulata fl-Artikoli 3 sa 10 ta’ din id‑direttiva, jista’ jirrappreżenta piż inġust fuq l-impriżi maħtura bħala fornituri ta’ servizz universali, għandhom jikkalkolaw l-ispiża netta ta’ din il-provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalkemm id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) u t-Taqsima A tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> jistabbilixxu r‑regoli li bihom għandha tiġi kkalkolata l-ispiża netta tal-provvista tas‑servizz universali meta l‑ARN jkunu qiesu li din tirrapreżenta piż inġust, la mill-imsemmi Artikolu 12(1) u lanqas minn xi dispożizzjoni oħra ta’ din id‑direttiva ma jirriżulta li l‑leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-ħsieb li jiffissa huwa stess il-kundizzjonijiet li taħthom l-ARN għandhom jikkunsidraw, minn qabel, li l-provvista ta’ servizz universali tista’ tirrappreżenta tali piż inġust. Min-naħa l-oħra, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jirriżulta li huwa biss abbażi tal-kalkolu tal‑ispiża netta tal-provvista tas-servizz universali, kif imsemmi fl‑Artikolu 12 ta’ din id-direttiva, li l-ARN jistgħu jikkonstataw li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizz universali hija effettivament suġġetta għal piż inġust u li, għalhekk, l‑Istati Membri għandhom, fuq talba ta’ din l-impriża, jiddeċiedu li jadottaw modalitajiet ta’ kumpens minħabba din l-ispiża (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>piż inġust<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, dan ma huwiex iddefinit fid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Issa, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tikkonstata fis-sentenza tagħha tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), mill-premessa 21 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jorbot il‑mekkaniżmi li jkopru l-ispejjeż netti li l-provvista tas-servizz universali tista’ tikkawża għal impriża mal-eżistenza ta’ piż eċċessiv fi ħdan din l-impriża. F’dan il-kuntest, peress li kkunsidra li l-ispiża netta tas-servizz universali mhux neċessarjament tirrapreżenta piż eċċessiv għall-impriżi kollha kkonċernati, huwa kellu l-intenzjoni li jeskludi li kull spiża netta ta’ provvista tas-servizz universali awtomatikament tirriżulta fi dritt għal kumpens. Il-Qorti tal-Ġustizzja minn dan ikkonkludiet li l-piż inġust li l-eżistenza tiegħu għandha tiġi kkonstatata mill-ARN qabel ma jingħata kumpens huwa l-piż li, għal kull impriża kkonċernata, huwa ta’ natura eċċessiva fir-rigward tal-kapaċità tagħha li ssostnih meqjusa l‑karatteristiċi rispettivi kollha tagħha, b’mod partikolari l-livell tat-tagħmir tagħha, is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tagħha kif ukoll is‑sehem tagħha fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-assenza ta’ preċiżazzjoni f’dan ir-rigward fid‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, hija l‑ARN li għandha tistabbilixxi, b’mod ġenerali u impersonali, il-kriterji li jippermettu d-determinazzjoni tal-livelli li lil hinn minnhom, meqjusa l-karatteristiċi msemmija fil-punt preċedenti, piż jista’ jiġi kkunsidrat bħala eċċessiv, madankollu l-ARN tista’ tikkonstata li l-piż tal-provvista tas‑servizz universali huwa inġust, b’applikazzjoni tal‑Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, biss bil-kundizzjoni li twettaq eżami partikolari tas-sitwazzjoni ta’ kull impriża kkonċernata fid-dawl ta’ dawn il-kriterji (sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Jekk l-ARN tikkonstata li impriża jew impriżi maħtura bħala fornituri ta’ servizz universali huma suġġetti għal piż inġust u jekk din jew dawn l-impriżi jitolbu li jiġu kkumpensati għalih, huwa għalhekk l-Istat Membru li għandu jimplementa l-mekkaniżmi neċessarji għal dan il-għan, konformement mal‑Artikolu 13 tad‑Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li għadu kif ġie mfakkar, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tagħha tas‑6 ta’ Ottubru 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-Istati Membri la jistgħu, mingħajr ma jinterpretaw ħażin l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, jikkonstataw li l-provvista tas‑servizz universali effettivament tikkostitwixxi piż inġust li jista’ jiġi kkumpensat mingħajr ma jkunu kkalkolaw l-ispiża netta li din tirrapreżenta għal kull impriża li għandha l-inkarigu ta’ din il-provvista, la jistgħu jevalwaw jekk din l‑ispiża tikkostitwixxix piż eċċessiv fuq l-imsemmija impriża u lanqas ma jistgħu, fl-aħħar nett, jadottaw skema ta’ kumpens fejn il‑kumpens ma jkunx marbut mal-imsemmija spiża netta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li kull teħid inkunsiderazzjoni tas-sehem tas-suq tal-fornitur ta’ servizz universali jimplika li l-proċess ta’ determinazzjoni tan-natura eventwalment inġusta tal-piż mgħobbi fuq dan il-fornitur minħabba l-obbligi tiegħu ta’ servizz universali jinvolvi komponent komparattiv inerenti li ma jistax jiġi injorat mill-ARN. Fil-fatt, is-sempliċi konstatazzjoni ta’ elementi relatati mas-sehem tas-suq tal-imsemmi fornitur meqjusa b’mod iżolat ma tippermettix li jinsiltu konklużjonijiet utli fl-assenza ta’ paragun mal-ishma tas-suq miżmuma mill-kompetituri tiegħu. Dawn il-konklużjoni jistgħu jvarjaw skont in-numru ta’ kompetituri preżenti fis-suq, skont r-rabtiet li jeżistu, jekk ikun il-każ, bejn dawn tal-aħħar jew, saħansitra, skont id-diversi setturi tas-suq ikkonċernat li fihom huma preżenti dawn il-kompetituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, hekk kif josservaw Eircom, il-Gvern Ċek u l-Kummissjoni, mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> jirriżulta li l-ARN kompetenti għandha, fil-kuntest ta’ dan il-proċess, tiħux inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-fornitur ta’ servizz universali meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif ġie mfakkar fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza, skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva, l-għan prinċipali mfittex minnha jikkonsisti f’li tiġi żgurata d-disponibbiltà, fl-Unjoni kollha, ta’ servizzi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-pubbliku bis-saħħa ta’ kompetizzjoni effettiva u ta’ għażla effettiva. Iktar minn hekk, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-servizz universali, l-Istati Membri, skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, b’mod partikolari għandhom ifittxu li jimminimizzaw id-distorsjonijiet fis-suq, b’mod partikolari l-forniment ta’ servizzi bi prezzijiet jew suġġetti għal termini u kondizzjonijiet oħra li jitilqu mill-kondizzjonijiet normali tal-kummerċ, waqt li jissalvagwardaw l-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, il-kalkolu tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali kif ukoll il-finanzjament eventwali tagħhom, il-premessa 4 ta’ din l-istess direttiva tistipula li l-kumpens lill-impriżi maħtura sabiex jipprovdu ċerti servizzi lil ċerti utenti finali bi prezzijiet li jitilqu minn dawk li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet normali tas-suq m’għandux jirriżulta f’xi distorsjoni ta’ kompetizzjoni, sakemm dawn l-impriżi maħtura jiġu kkumpensati għall-ispiża netta speċifika involuta u sakemm din l-ispiża netta tiġi rkuprata b’mod newtrali mill-perspettiva tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat tifforma parti integrali mill-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑19 ta’ Ġunju 2008, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:354">EU:C:2008:354</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑21 ta’ Diċembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>TDC,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑327/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:974">EU:C:2016:974</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li evalwazzjoni tal-karatteristiċi rispettivi ta’ fornitur ta’ servizz universali fid-dawl tal-ambjent tal-kompetizzjoni li fih dan jopera hija wkoll konformi mal-għanijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda elementi dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta’ fornitur ta’ servizz universali. Fil-fatt, is-sempliċi konstatazzjoni li tali fornitur għadu jagħmel profitt minkejja l-piż li huwa għandu jġorr minħabba l-ispiża netta tal-obbligi tiegħu ta’ servizz universali ma tippermettix li jinsiltu konklużjonijiet dwar ir-riperkussjonijiet ta’ din l-ispiża netta fuq il-kapaċità ta’ dan il-fornitur li jikkompeti mal-operaturi l-oħra preżenti f’suq li qed jevolvi. Ma jistax jiġi eskluż li l-piż li l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżenta għal tali fornitur tipprekludi jew tagħmel iktar diffiċli jew iktar kumpless il-finanzjament ta’ investimenti f’teknoloġiji ġodda jew fi swieq konnessi, investimenti li l-kompetituri tiegħu jistgħu jkunu eventwalment f’pożizzjoni li jwettqu u li jistgħu, minħabba f’hekk, jagħtu lil dawn tal-aħħar vantaġġi kompetittivi kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ fornitur ta’ servizz universali meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu li l-ARN tkun tista’ tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali li huwa għandu tikkostitwixxi, minħabba distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn dan fis-suq ikkonċernat b’detriment għal dan il-fornitur, piż inġust għal dan tal-aħħar, fis-sens tal-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif ġie mfakkar, fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, id-disponibbiltà, fl-Unjoni kollha, ta’ servizzi ta’ kwalità tajba aċċessibbli għall-pubbliku bis-saħħa ta’ kompetizzjoni effettiva u ta’ għażla effettiva tikkostitwixxi l-għan prinċipali tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, skont l-Artikolu 1(1) tal-istess direttiva. Issa, sa fejn id-deterjorazzjoni tal-pożizzjoni kompetittiva ta’ fornitur ta’ servizz universali minħabba n-natura inġusta tal-piż li huwa għandu jġorr minħabba l-obbligi tiegħu ta’ servizz universali tippreġudika kompetizzjoni effettiva fis-suq ikkonċernat, tali ċirkustanza tista’ tikkomprometti l-kundizzjonijiet tal-provvista tas-servizz universali u, fl-aħħar mill-aħħar, ir-realizzazzjoni ta’ dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mat-Taqsima A tal-Anness IV tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, għandhom jiġu evalwati, fil-kuntest tal-kalkolu tal-ispiża netta li għandu jġorr il-fornitur tas-servizz universali, l-ispejjeż li l-impriża maħtura kienet tevita li kieku hija kellha l-għażla li ma tissodisfax l-obbligi ta’ servizz universali. Huwa f’relazzjoni mal-konklużjonijiet li hija tislet minn dan il-proċess li l-ARN għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ dan il-fornitur meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-imsemmija analiżi, l-ARN, li quddiemha titressaq talba bħal dik imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-portata tal-imsemmija talba u l-elementi invokati mill-fornitur li qiegħed jipprova jikseb ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-ARN kompetenti, sabiex tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżentax piż inġust għal operatur inkarigat minn tali obbligi, li teżamina l-karatteristiċi rispettivi ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħu meta mqabbla ma dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dak tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ ħlas lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>Servizz Universali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">jimponu fuq l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali kompetenti, sabiex tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżentax piż inġust għal operatur inkarigat minn tali obbligi, li teżamina l-karatteristiċi rispettivi ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħu meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>