European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2306

21.10.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2306

tas-16 ta’ Ottubru 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 fir-rigward tal-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji tradizzjonali u l-formola għar-rapporti dwar l-ammonti irrekuperabbli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv dwar Riżorsi Proprji,

Billi:

(1)

L-ammonti kollha kkwalifikati bħala riżorsi proprji tradizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt (a), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (2) għandhom jiġu kkreditati lill-kontijiet tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014. F’konformità mal-Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjonijiet ta’ dawk il-kontijiet għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji u jipprovdulha rapport dwar l-ammonti irrekuperabbli. Għal raġunijiet ta’ kontabbiltà u trasparenza komprensivi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 (3) tistabbilixxi fl-Annessi I u III tagħha, rispettivament, mudelli għad-dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti għar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, għad-dikjarazzjoni ta’ tali intitolamenti li għad iridu jiġu rkuprati, u fl-Anness V tagħha l-formola għar-rapport dwar ammonti irrekuperabbli.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2026/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi tariffa amministrattiva tal-Unjoni li għandha tapplika fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Din it-tariffa għandha tikkonsisti f’ammont fiss għal kull oġġett għas-servizzi li għandhom jingħataw għat-trattament ta’ talba għat-tqegħid ta’ merkanzija taħt il-proċedura ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, meta dik il-merkanzija tinbiegħ f’bejgħ mill-bogħod.

(3)

Dik it-tariffa amministrattiva tal-Unjoni għandha tiġi kkwalifikata bħala riżorsa proprja tradizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), il-punt a, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (5). It-tariffa tal-immaniġġjar tal-Unjoni bħalissa mhijiex inkluża fil-kategoriji tad-dazji doganali u dazji oħra fil-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet u fil-formola għar-rapport dwar l-ammonti irrekuperabbli kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194. Għalhekk, linja ta’ dħul iddedikata f’dawk il-mudelli tgħin biex jiġi żgurat li t-tariffa tal-immaniġġjar tal-Unjoni tiġi rreġistrata b’mod trasparenti u preċiż.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I, III u V tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 jiġu emendati kif xieraq, biex jinkorporaw linja ta’ rapportar separata għat-tariffa tal-immaniġġjar tal-Unjoni fil-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet u l-forma għar-rapport tal-ammonti irrekuperabbli.

(5)

Fl-interess taċ-ċertezza legali, il-mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet u l-formola għar-rapport dwar l-ammonti irrekuperabbli kif emendati b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw mid-data li minnha tapplika t-tariffa tat-trattament tal-Unjoni prevista fir- Regolament (UE) 2026/2108. Skont l-Artikolu 287(4) tar-Regolament (UE) 2026/2108, it-tariffa amministrattiva tal-Unjoni tapplika mill-għaxar jum wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat adottat skont l-Artikolu 20(10) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mill-istess data,

ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 huma sostitwiti bit-testi fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)   L-Anness V tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-applikazzjoni tat-tariffa tal-immaniġġjar tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 287(4) tar-Regolament (UE) 2026/2108.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/609/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 tat-8 ta’ Frar 2018 li tistabbilixxi mudelli għad-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet għall-intitolamenti ta’ riżorsi proprji u formola għar-rapporti dwar ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati korrispondenti għall-intitolamenti għar-riżorsi proprji skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/194/oj).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2026/2108 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2026 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L, 2026/2108, 19.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/2108/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).


ANNESS I

““

ANNESS I

KONT ‘A’ TAR-RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA

Dikjarazzjoni ta' intitolamenti stabbiliti (1)

Stat Membru:

Xahar/Sena:

(munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Referenza referenza (fakultattiva)

Ammonti stabbiliti fix-xahar (2)

Ammonti rkuprati minn kontijiet separati (3)

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti preċedenti (4)

Ammonti gross

Ammonti nett

(1)

(2)

+

(3)

-

(4)

(5) = (1) + (2) + (3) - (4)

(6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta’ antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

1291

Tariffa ta’ trattament tal-Unjoni

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI U AMMONTI OĦRA

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq iz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

—

25 % kost tal-ġbir (5)

—

20 % kost tal-ġbir (6)

—

25 % kost tal-ġbir (7)

—

10 % kost tal-ġbir (8)

 

 

 

 

Total li jrid jitħallas lill-UE

 

 

(2)  Inklużi l-korrezzjonijiet tal-kontabilità.

(3)  Inklużi l-ammonti ddikjarati jew meqjusa bħala irrekuperabbli għal raġunijiet attribwibbli lill-Istati Membri.

(4)  Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti inizjali, b’mod partikolari każijiet ta’ rkupru u ripagament wara l-ikklirjar. Għaz-zokkor, korrezzjonijiet relatati mas-snin preċedenti jridu jsemmu s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

(5)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 25 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli wara t-28 ta' Frar 2021.

(6)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 20 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli bejn l-1 ta’ Marzu 2014 u t-28 ta' Frar 2021.

(7)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 25 % għandha tiġi applikata għal ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli bejn l-1 ta' Marzu 2001 u t-28 ta' Frar 2014.

(8)  Ir-rata ta' tnaqqis ta' 10 % għandha tiġi applikata lill-ammonti li, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, kellhom isiru disponibbli qabel it-28 ta' Frar 2001.

”

“ANNESS III

RIŻORSI PROPRJI TAL-UNJONI EWROPEA — KONT SEPARAT (9)

Dikjarazzjoni tal-intitolamenti stabbiliti mhux inklużi fil-kont “A”

Stat Membru:

Tliet xhur/sena:

(munita nazzjonali)

TIP TAR-RIŻORS

Pendenti mit-tliet xhur preċedenti

Intitolamenti stabbiliti għat-trimestru kurrenti

Korrezzjonijiet tal-istabbilimenti

(l-Artikolu 8) (10)

Ammonti irrekuperabbli li ma jistgħux isiru disponibbli għal raġunijiet ġustifikati

(l-Artikolu 13(2)) (11)

Total

(1 + 2 ± 3 – 4)

Ammonti rkuprati għall-baġit tal-UE matul it-tliet xhur (12)  (13)

Pendenti fi tmiem il-kwart tas-sena kurrenti

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7) = (5) – (6)

1210

Dazji doganali (esklużi d-dazji kompensatorji u ta’ antidumping)

 

 

 

 

 

 

 

1230

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq il-prodotti

 

 

 

 

 

 

 

1240

Dazji kumpensatorji u ta’ antidumping fuq is-servizzi

 

 

 

 

 

 

 

1291

Tariffa ta’ trattament tal-Unjoni

 

 

 

 

 

 

 

12

DAZJI DOGANALI U AMMONTI OĦRA

 

 

 

 

 

 

 

1100

Imposti fuq iz-zokkor

 

 

 

 

 

 

 

11

IMPOSTI FUQ IZ-ZOKKOR

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL 12 + 11

 

 

 

 

 

 

 

 

Stima tal-ammonti stabbiliti li għalihom l-irkupru mhuwiex ċert (14)”

 

(10)  Il-korrezzjoni tal-istabbilimenti għandha tinftiehem bħala korrezzjonijiet, inkluż il-kanċellazzjonijiet li jirriżultaw minn reviżjoni ta’ verifiki inizjali li ġejjin minn perjodi ta’ kwart ta’ sena preċedenti. Dawn huma differenti fin-natura taghhom minn dawk imniżżlin fil-kolonna (4).

(11)  Il-każijiet kollha għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IV li se jintbagħat lura fl-istess żmien ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ kull tliet xhur. It-total ta’ din il-kolonna (4) u t-total fil-kolonna 2 tal-Anness IV għandu jkun l-istess.

(12)  L-ammont totali għal din il-kolonna għandu jkun l-istess bħall-kolonna (2) tad-dikjarazzjoni tal-kont “A” għat-tliet xhur konċernati.

(13)  Inklużi l-ammonti kollha li ma kinux ġew irkuprati minn debituri għal raġunijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-Istat Membru. Dawn iridu jiddaħħlu fil-kolonna 2 tar-rendikont tal-kont “A”(l-Anness I) u għandhom ukoll jintwerew fil-kolonna 1 tal-Anness IV.

(14)  Obbligatorju għall-aħħar tliet xhur ta’ kull sena. Jekk l-istima tkun żero, għandha tiddaħħal il-kelma “xejn”.

”

(1)  Inklużi intitolamenti b’riżultat ta’ spezzjonijiet u każijiet ta’ frodi u irregularitajiet.

(9)  Il-kont “B” miżmum skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014, inklużi d-drittijiet stabbiliti b’riżultat tal-ispezzjonijiet u każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet.


ANNESS II

Fl-Anness V tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2018/194, it-Taqsima 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“4.    STABBILIMENT TAL-INTITOLAMENT (l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014  (1) )

L-uffiċċju ta’ stabbiliment: …

Data tal-istabbiliment: …

Ir-referenza tal-kontabbilità tal-istabbiliment (fakultattiva): …

Id-data ta’ dħul fil-kont B (l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014): …

Ir-referenza tal-kontabbilità fil-kont B (fakultattiva): …

Entrata fil-kontijiet jew notifika differita tad-dejn doganali sabiex ma tkunx ippreġudikata investigazzjoni kriminali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014)(iva/le)

L-ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali stabbiliti:

(Jekk jogħġbok speċifika hawn l-ammont sħiħ irrekuperabbli li jirriżulta mill-istess ċirkostanzi - irregolaritajiet jew frodi li jinvolvu mill-inqas debitur ewlieni komuni wieħed u skoperti bħala riżultat tal-istess clearance jew kontroll ta’ wara r-rilaxx)

…

L-ammont ta’ dazji doganali u agrikoli stabbiliti bl-eċċezzjoni tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping: …

…

L-ammont tad-dazji tas-sisa protettivi u ta’ kontra d-dumping stabbiliti: …

L-ammont tat-tariffa tal-immaniġġjar tal-Unjoni stabbilit: …

L-ammont stabbilit ta’ levies fuq iz-zokkor: …

L-ammont stabbilit korrispondenti tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (fakultattiv):

…

L-ammont ta’ korrezzjoni (2) tar-riżorsi proprji tradizzjonali (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali:

…

L-ammont tal-korrezzjoni stabbilit tad-dazji doganali u agrikoli (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali bl-eċċezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping: …

…

L-ammont tal-korrezzjoni tad-dazji kompensatorji u ta’ anti-dumping (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali: …

…

L-ammont ta’ korrezzjoni relatat mat-tariffa ta' trattament tal-Unjoni (żieda jew tnaqqis) wara l-istabbiliment inizjali...

…

L-ammont tal-korrezzjoni marbuta mal-imposti fuq iz-zokkor (żieda jew tnaqqis) imwettqa wara l-istabbiliment inizjali: …

…

L-ammont korrispondenti tal-korrezzjoni tad-dazji tas-sisa nazzjonali u tal-VAT (żieda jew tnaqqis) mwettqa wara l-istabbiliment inizjali (fakultattiv): …

Ammont totali ta’ riżorsi proprji tradizzjonali li għandhom jiġu rkuprati wara l-korrezzjoni

Ammont totali tas-sigurtà/tal-garanzija (3): …

(L-ammont li jkopri r-riżorsi proprji tal-Unjoni u jekk applikabbli, id-dazji nazzjonali. Dan jista’ jkun żero f’każ ta’ eżenzjoni jew f’każ li ma tiġix ippreżentata garanzija. Fil-każ ta’ garanzija komprensiva ta’ inqas minn 100 % tal-ammont ta’ referenza, l-ammont ta’ referenza għandu jkun indikat ukoll)

Il-parti mill-garanzija li għandha tiġi allokata għar-riżorsi proprji tal-Unjoni: …

It-tip ta’ garanzija (obbligatorja, fakultattiva, mhux ippjanata): …

Tip ta’ garanzija obbligatorja: …

Spjegazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sigurtà

(Raġuni għaliex ma ġietx ippreżentata garanzija ppjanata, kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 89(4), subparagrafu 3, tar-Regolament (UE) Nru 952/2013,...): …

L-ammont ta’ garanzija disponibbli għall-Unjoni: …

Id-data li fiha l-ammont tal-garanzija sar disponibbli għall-Unjoni: …”


(1)  Dħul fil-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikolu 217(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

(2)  Korrezzjoni tal-istabbilimenti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.

(3)  Garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2306/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)