<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑131/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0131</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:255">EU:C:2016:255</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160414">14.4.2016</DATE> — KAWŻA C‑131/14</P><P>CERVATI U MALVI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE> <HT TYPE="SUP">*</HT></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni komuni tas-swieq</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 565/2002</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(3)</KEYWORD><KEYWORD>Kwota tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Tewm li joriġina mill-Arġentina</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikati ta’ importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċertifikati ta’ importazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Evitar</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3)</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑131/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140321">21 ta’ Marzu 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Malvino Cervati,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Società Malvi Sas di Cervati Malvino</HT>, fi stralċ,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Dogane,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Roberto Cervati,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>* Lingwa tal-proċedura: it-Taljan</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino u R. Cervati, minn C. Mazzoni, M. Moretto u G. Rondello, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn I. Chalkias, kif ukoll minn I. Dresiou, O. Tsirkinidou u D. Ntourntoureka, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u P. Rossi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1047/2001, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, li jintroduċi sistema ta’ ċertifikati ta’ importazzjoni u ta’ oriġini, u li jistabbilixxi l-metodu ta’ ġestjoni ta’ kwoti tariffarji, għat-tewm importat minn pajjiżi terzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2001">ĠU L 145, p. 35</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn M. Cervati, bħala sieħeb solidali u rappreżentant legali ta’ Società Malvi Sas di Cervati Malvino, fi stralċ (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Malvi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll din il-kumpannija kontra l-Agenzia delle Dogane (aġenzija tad-dwana) u l-Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno (aġenzija tad-dwana – uffiċċju doganali ta’ Livorno) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Aġenzija tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar avviż ta’ rettifika u ta’ rkupru nnotifikat lil Malvi fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ tewm li joriġina mill-Arġentina li bbenefika minn tariffa doganali preferenzjali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 2988/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 2988/95, li jidher taħt it-titolu II ta’ dan tal-aħħar, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-miżuri amministrattivi u l-penali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>permezz ta’ obbligu li min ikun iħallas jew iħallas lura l-ammonti dovuti jew aċċettati b’mod skorrett,</P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-atti li jiġi stabbilit li biex jkollhom bħala l-għan tagħhom il-kisba ta’ vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-liġi tal-Komunità [tal-Unjoni] applikabbli fil-każ billi joħolqu artifiċjalment il-kundiżżjonijiet meħtieġa biex jinkiseb dak il-vantaġġ għandhom jirriżultaw, skond kif ikun il-każ, jew fiż-żamma milli jinkiseb dak il-vantaġġ jew fl-irtirar tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000, tad-<DATE ISO="20000609">9 ta’ Ġunju 2000</DATE>, jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u ta’ ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 3, Vol. 29, p. 145), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-liċenzja [ċertifikat] ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni għandha tikkostitwixxi awtorizzazzjoni u toħloq obbligazzjoni rispettivament sabiex issir l-importazzjoni jew l-esportazzjoni permezz tal-liċenzja, u, minbarra f’każi ta’ force majeure, matul il-perjodu tal-validità tagħha, il-kwantità speċifikata tal-prodotti jew tal-merkanzija kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Obbligazzjonijiet li joħorġu mil-liċenzji jew miċ-ċertifikati m’għandhomx ikunu trasferibbli. Id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji jew miċ-ċertifikati m’għandhomx ikunu trasferibbli mill-pussessur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tagħhom [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tal-imsemmi regolament jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-ebda applikazzjoni għal-liċenzja jew għaċ-ċertifikat m’għandha tkun aċċettata sakemm ma tkunx ġiet ippreżentata garanzija adekwata mill-korp kompetenti [lill-korp kompetenti] dakinhar li tiddaħħal l-applikazzjoni [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35(2) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[...] meta l-obbligazzjoni għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta l-garanzija għandha tintilef b’ammont ugwali għad-differenza bejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>95 % tal-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kwantità fil-fatt importata jew esportata.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>B’dana kollu, jekk il-kwantità importata jew esportata tammonta għal mill-inqas [inqas minn] 5 % tal-kwantità indikata fil-liċenzja jew fiċ-ċertifikat, il-garanzija kollha għandha tintilef.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1047/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1047/2001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ħruġ taċ-ċertifikati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[b’]deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1291/2000, id-drittijiet li jaqgħu taħt iċ-ċertifikati A ma għandhomx ikunu trasferibbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1047/2001 tħassar, b’effett mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002, tat-<DATE ISO="20020402">2 ta’ April 2002</DATE>, li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta’ ċertifikati tal-oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 12, p. 224).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 565/2002</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3, u 5 sa 7 tar-Regolament Nru 565/2002 jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(1)</NO.P><TXT>[...] Mill-<DATE ISO="20010601">1 ta’ Ġunju 2001</DATE> id-dazju normali għal importazzjonijiet tat-tewm li jaqa’ fil-kodiċi tan-NM 07032000 ikkonsista f’dazju <HT TYPE="ITALIC">ad valorem</HT> ta’ 9,6 % u ammont speċifiku ta’ <FT TYPE="NUMBER">1200</FT> EUR kull tunnellata metrika netta. Madankollu, kwota ta’ 38370 tunnellata metrika bla dazju speċifiku nfetħet bil-Ftehim konkluż ma’ l-Arġentina, approvat bid-Deċiżjoni Nru 2001/404/KE [dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 għall-modifikazzjoni ta’ konċessjonijiet fir-rigward tat-tewm previst fl-Iskeda CXL annessa mal-GATT (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 37 p. 296)], minn hawn ’il quddiem imsejħa ’il-kwota tal-GATT’. Il-Ftehim jgħid li l-kwota għandha tinqasam sa f’19147 tunnellata metrika għal importazzjonijiet mill-Arġentina (numru tas-serje 09.4104) [...]</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[...]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-metodu ta’ amministrazzjoni tal-kwota tal-GATT ġie stabbilit bir-Regolament [Nru 1047/2001] [...]. L-esperjenza madankollu turi li din l-amministrazzjoni tista’ tittejjeb u tkun simplifikata. B’mod partikolari, il-bżonn ta’ liċenzji [ċertifikati] għal importazzjonijiet barra l-kwota tal-GATT għandu jitneħħa, u l-kondizzjonijiet għal aċċess minn importaturi għal din il-kwota għandhom ikunu addattati biex tittieħed kunsiderazzjoni aħjar ta’ l-andamenti kummerċjali tradizzjonali.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[...]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Minħabba l-eżistenza ta’ dazju speċifiku għal importazzjonijiet mhux preferenzjali barra l-kwota tal-GATT, l-amministrazzjoni tal-kwota teħtieġ l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Ir-regoli dettaljati ta’ dik is-sistema għandhom ikunu komplementari ma’, jew jidderogaw minn, dawk preskritti bir-Regolament [Nru 1291/2000] [...].</TXT></NP></ITEM></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Miżuri huma meħtieġa biex jinżammu għall-minimu l-applikazzjonijiet spekulattivi għal-liċenzji ta’ importazzjoni li mhumiex marbutin ma’ attività kummerċjali ġenwina fis-suq tal-frott u tal-ħxejjex ta’ l-ikel. Għal dan il-għan regoli speċjali għandhom jiġu preskritti dwar applikazzjonijiet għal u l-validità ta’ liċenzji.</TXT></NP></ITEM></CONSID><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Minħabba li l-Ftehim konkluż ma’ l-Arġentina jiddisponi għall-amministrazzjoni tal-kwota tal-GATT fuq il-bażi ta’ sistema ta’ importaturi tradizzjonali u ġodda, il-kunċett ta’ l-importaturi tradizzjonali għandu jkun definit u l-kwota tiġi allokata bejn iż-żewġ kategoriji ta’ importatur, waqt li jitħalla jsir l-aħjar użu mill-kwota.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, jagħti d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għal fini ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>perjodu ta’ importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> ifisser perjodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Ġunju ta’ sena waħda sal-31 ta’ Mejju ta’ wara;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>importaturi tradizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser importaturi li mportaw tewm ġewwa l-Komunità għall-inqas fi tnejn mit-tliet perjodi ta’ importazzjoni ta’ qabel, irrispettivament mill-oriġini u d-data ta’ dawn l-importazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kwantità ta’ riferenza<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser il-kwantità massima ta’ importazzjonijiet fis-sena ta’ tewm magħmula minn importatur tradizzjonali matul is-snin kalendarji 1998, 1999 u 2000. Fejn l-importatur in kwestjoni ma jkunx importa xi tewm matul f’għall-inqas tnejn minn dawn it-tliet snin, il-kwantità ta’ riferenza għandha tkun il-kwantità massima ta’ importazzjonijiet fis-sena ta’ tewm matul it-tliet perjodi ta’ importazzjoni ta’ qabel dik li fiha kienet preżentata applikazzjoni għal liċenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>importaturi ġodda<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser importaturi li mhumiex importa-turi tradizzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 565/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Sistema ta’ liċenzji [ċertifikati] ta’ importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-importazzjoni kollha taħt il-kwoti msemmija kwoti [tariffarji tat-tewm taħt il-kodiċi tan-NC NC 0703 20 00, miftuħa bid-Deċiżjoni 2001/404] għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenza [ċertifikat] ta’ importazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>liċenza [ċertifikat]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, maħruġa skond ir-Regolament [Nru 1291/2000], bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament [Nru 1291/2000], id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji ma jkunux trasferibblii.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament [Nru 1291/2000] għandu jkun EUR 15 għal kull tunellata metrika netta.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Applikazzjonijiet għal liċenzji [ċertifikati]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjonijiet għal liċenzji [ċertifikati] jistgħu jintefgħu biss minn importaturi.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Fejn importaturi ġodda jkunu kisbu liċenzji skond dan ir-Regolament jew ir-Regolament [Nru 1047/2001] matul il-perjodu ta’ importazzjoni ta’ qabel, għandhom jipprovdu evidenza li għall-inqas 90 % tal-kwantità allokata lilhom verament kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-importaturi tradizzjonali jistgħu ikopru, bil-perjodu ta’ importazzjoni, kwantità mhux iżjed mill-kwantità ta’ riferenza għal dawk l-importaturi..</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur indikati fl-Anness I, applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-importaturi ġodda jistgħu ikopru mhux aktar minn 10 % tal-kwantita msemmija fl-Anness I għal dawk it-tliet xhur u għal dik l-oriġini.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Il-kwantità massima li għandha toħroġ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur indikati fl-Anness I, liċenzji [ċertifikati] jinħarġu biss sa kwantità massima ugwali għas-somma ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kwantità indikata fl-Anness I għal dawk it-tliet xhur u għal dik l-oriġini;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kwantitajiet li ma applikawx għalihom matul it-tliet xhur ta’ qabel għal dik l-oriġini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-kwantitajiet mhux użati notifikati lill-Kummissjoni minn liċenzji li nħarġu qabel għal dik l-oriġini.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur tas-sena indikati fl-Anness I, il-kwantita massima ikkalkolata skond il-paragrafu 1 għandha tkun allokata kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>70 % għall-importaturi tradizzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>30 % għall-importaturi ġodda.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Madankollu, il-kwantitajiet disponibbli għandhom ikunu allokati għal kull wieħed miż-żewġ kategoriji ta’ importaturi mingħajr diskriminazzjoni mill-ewwel Tnejn tat-tieni xahar ta’ kull tliet xhur.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 565/2002 jippreċiża li dan ir-regolament japplika, essenzjalment, għal ċertifikati li jintalbu mit-<DATE ISO="20020408">8 ta’ April 2002</DATE> u għal rilaxxi fiċ-ċirkulazzjoni libera mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Malvi kienet kumpannija attiva fis-settur tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni ta’ frott u ta’ ħxejjex, ikklassifikata bħala importatur tradizzjonali fis-sens tal‑Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Nru 565/2002. Permezz ta’ kumpannija oħra, li hija wkoll kienet użat operaturi oħra, Malvi xtrat tewm li joriġina mill-Arġentina li ġie importat tul ix-xhur ta’ Frar u Marzu 2003 fil-kuntest tal-kwota tariffarja prevista minn dan ir-regolament u bbenefikat, għaldaqstant, minn tariffa doganali preferenzjali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>importazzjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), minkejja li ma kellhiex ċertifikat ta’ importazzjoni meħtieġ għal dan il-għan, peress li ċ-ċertifikati tagħha kienu eżawriti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Billi qieset li Malvi kienet evitat b’mod illegali t-tariffi tad-dwana, kif ukoll it-taxxa fuq il-valur miżjud permezz ta’ mekkaniżmu frawdolenti li bih L’Olivo Maria Imp. Exp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L’Olivo<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), bħala importatur ġdid fis-sens tar-Regolament Nru 565/2002, u li kienet wettqet l-importazzjonijiet kontenzjużi, kienet qiegħda sservi biss bħala kumpannija ta’ faċċata, u billi żammitha responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mal-importatur, l-Aġenzija tad-Dwana – Uffiċċju Doganali ta’ Livorno, bagħtitilha avviż ta’ rettifika u ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-mekkaniżmu kkontestat minn din l-aġenzija, li hija tqis li huwa frawdolenti, jista’ jiġi deskritt kif ġej. L-ewwel, L’Olivo, detentriċi taċ-ċertifikati ta’ importazzjoni meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mit-tariffa doganali preferenzjali, kienet tixtri t-tewm li joriġina mill-Arġentina fi tranżitu fi mħażen doganali mingħand Bananaservice Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Bananaservice<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), amministrata minn R. Tonini, li ma kellhiex l-imsemmija ċertifikati ta’ importazzjoni. Wara, L’Olivo kienet timporta dawn il-lottijiet ta’ tewm fl-Unjoni Ewropea bit-tariffa doganali preferenzjali, u mbagħad, malli dawn jiġu rrilaxxati fiċ-ċirkulazzjoni libera, kienet tbigħhom mill-ġdid lil Tonini Roberto &amp; C. Sas (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Tonini<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>). Sussegwentement, Tonini kienet terġa’ tbigħ dawn il-lottijiet lil Malvi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni) tippreċiża, minn naħa, li L’Olivo biss kellha ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni f’isimha u, min-naħa l-oħra, li l-lottijiet ta’ tewm ġew ittrasferiti b’korrispettiv adegwat li kien, madankollu, inqas mill-ammont tad-dazju speċifiku dovut għall-importazzjonijiet imwettqa barra l-kwota tal-GATT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Malvi ppreżentat rikors kontra l-avviż ta’ rettifika u ta’ rkupru quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Livorno (kummissjoni fiskali tal-provinċja ta’ Livorno), li laqgħet dan ir-rikors b’sentenza tal-<DATE ISO="20061115">15 ta’ Novembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Aġenzija tad-dwana appellat minn din is-sentenza quddiem il-Commissione tributaria regionale della Toscana (kummissjoni fiskali reġjonali tat-Toscana), li biddlet l-imsemmija deċiżjoni b’sentenza tas-<DATE ISO="20100907">7 ta’ Settembru 2010</DATE>. Din il-qorti qieset li l-importatur tradizzjonali jwettaq frodi meta, mingħajr ma jkollu huwa stess ċertifikat ta’ importazzjoni taħt il-kwota tal-GATT, minflok jixtri l-merkanzija direttament mill-esportatur u jimportaha barra l-kwota bi ħlas tad-dazji speċifiċi dovuti, jixtri l-merkanzija li tkun diġà ġiet irrilaxxata mid-dwana minn operatur ieħor li, taħt l-istruzzjonijiet tal-importatur tradizzjonali, ikun akkwistaha bil-għan li jbigħha mill-ġdid permezz ta’ impriża intermedjarja li tkun fil-pussess taċ-ċertifikati ta’ importazzjoni meħtieġa għall-importazzjoni fil-kuntest ta’ din il-kwota, bi ħlas ta’ korrispettiv adegwat għas-servizz mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Bħala sieħeb solidali ta’ Malvi, M. Cervati appella minn din is-sentenza quddiem il-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tiegħu, M. Cervati jinvoka, b’mod partikolari, ksur tar-Regolamenti Nri 1047/2001 u 565/2002, billi jsostni li l-importatur tradizzjonali li ma għandux ċertifikat ta’ importazzjoni taħt il-kwota GATT ma huwiex ipprojbit milli jirrikorri għal importatur tradizzjonali ieħor li, ladarba l-merkanzija tkun ġiet akkwistata mingħand fornitur extra-Komunitarju, jittrasferixxiha fi Stat terz lil operatur ieħor li, mingħajr ma jittrasferixxi ċ-ċertifikat tiegħu, idaħħal il-merkanzija fl-Unjoni u mbagħad jerġa’ jbigħha lit-tieni importatur tradizzjonali bi ħlas ta’ korrispettiv adegwat għas-servizz mogħti, sabiex dan jerġa’ jbigħha lill-ewwel operatur. Barra minn hekk, M. Cervati jsostni li l-għan ewlieni tal-kwoti GATT huwa li jiggarantixxi l-ħtiġijiet ta’ provvista tas-suq tal-Unjoni u l-ħtieġa li jinżamm il-bilanċ tiegħu. Għalhekk it-telf ta’ kwoti li diġà jkunu ġew allokati lil ċerti importaturi u li ma jintużawx kollha, iwassal għal żieda spekulattiva fil-prezzijiet. Għaldaqstant, ma setax ikun hemm frodi tal-liġi fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Bil-kontra, l-Aġenzija tad-dwana ssostni li kien hemm użu ta’ parti tal-kwota allokata lil operatur ieħor u, għaldaqstant, frodi doganali biex tinħarab is-sistema ta’ protezzjoni tas-suq intern. Hija tqis li l-frodi hija manifesta f’dan il-każ, meta wieħed iqis, b’mod partikolari, li Malvi ordnat minn qabel il-lottijiet ta’ tewm li joriġinaw mill-Arġentina li ġew imbagħad importati minn L’Olivo, li Malvi minn qabel tat somom ta’ flus lil Tonini, li għandu l-istess amministratur ta’ Bananaservice, u li L’Olivo għamlet profitt ta’ 0.25 EUR għal kull kilo. L-Aġenzija tad-dwana semmiet ukoll li M. Cervati ma spjegax x’vantaġġ kiseb permezz ta’ dan il-mekkaniżmu, barra mill-vantaġġ fiskali li jinsab fil-ħlas ta’ tariffa preferenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi qieset li l-kawża li hija kellha taqta’ ma ssibx soluzzjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u billi kkonstatat li leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli ġiet interpretata b’modi diverġenti fil-ġurisprudenza nazzjonali, il-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ir-Regolamenti Nru 1047/2001 u Nru 2988/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa pprojbit u jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt u aġir maħsub sabiex jiffrustra l-liġi applikabbli l-aġir ta’ operatur Komunitarju A ([Malvi]) li, filwaqt li ma għandux liċenzja [ċertifikat] għall-importazzjoni jew filwaqt li jkun eżawrixxa l-kwota tiegħu, jixtri stokkijiet ta’ merkanzija mingħand operatur Komunitarju ieħor B ([Tonini]) li, min-naħa tiegħu, ikun xtara dawn l-istokkijiet mingħand fornitur extra-Komunitarju ([Bananaservice]) li jkun ittrasferixxihom fi Stat terz lil operatur Komunitarju ieħor C ([L’Olivo]) li, peress li kien jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, kiseb liċenzja [ċertifikat] fil-kuntest tal-kwota u li, mingħajr ma ttrasferixxa ċ-ċertifikat tiegħu, qegħdhom fiċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità Ewropea sabiex imbagħad, wara r-rilaxx tagħhom mid-dwana u b’remunerazzjoni adegwata bħala korrispettiv, li kienet inqas mid-dazju speċifiku għall-importazzjoni barra mill-kwota, ittrasferixxihom lill-istess operatur B ([Tonini]) li finalment biegħhom lill-operatur A ([Malvi])?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE, hija l-ġurisdizzjoni ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha taqta’ l-kawża quddiemha. F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun il-każ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu sarulha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, f’dan is-sens, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:609">EU:C:2010:609</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tar-rinviju turi li l‑importazzjonijiet kontenzjużi saru fix-xhur ta’ Frar u ta’ Marzu 2003. Madankollu, ir-Regolament Nru 1047/2001, imsemmi mill-qorti tar-rinviju fid-domanda preliminari tagħha, tħassar bir-Regolament Nru 565/2002 b’effett mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 565/2002 jistipula, barra minn hekk, li dan tal-aħħar huwa applikabbli għaċ-ċertifikati li jkunu ntalbu mit-<DATE ISO="20020408">8 ta’ April 2002</DATE> u għal rilaxxi fiċ-ċirkulazzjoni libera mill-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Għaldaqstant, huwa r-Regolament Nru 565/2002, u mhux ir-Regolament Nru 1047/2001, li huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li lill-kumpannija fil-kawża prinċipali ġie kkontestat li akkwistat tewm importat fil-kuntest tal-kwoti GATT, meta hija kienet diġà eżawriet iċ-ċertifikati tagħha li jagħtu lok għall-importazzjoni f’dan il-kuntest. Għalhekk, l-awtoritajiet tad-dwana jikkontestaw lil din il-kumpannija li, għall-importazzjoni ta’ din il-merkanzija taħt tariffa preferenzjali, abbużivament ibbenefikat minn parti mill-kwota allokata lil operatur ieħor, bi ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 565/2002, li jipprojbixxi t-trasferiment tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċertifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm ir-Regolament Nru 2988/95, ukoll imsemmi mill-qorti nazzjonali f’din id-domanda preliminari, jirrigwarda b’mod ġenerali, hekk kif jindika t-titolu tiegħu, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa l-Artikolu 4(3) tiegħu li jittratta b’mod speċifiku l-kwistjoni ta’ abbuż ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-qorti tar-rinviju essenzjalment qiegħda tistaqsi jekk l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 565/2002 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2988/95 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, wara ordni magħmula minn operatur, li jkun importatur tradizzjonali fis-sens tal-ewwel regolament, u li jkun eżawrixxa ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni tiegħu li jippermettu l-importazzjoni b’tariffa preferenzjali, lil operatur ieħor, li huwa wkoll ikun importatur tradizzjonali u li ma jkollux dawn iċ-ċertifikati,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal merkanzija li tkun, qabel kollox, mibjugħa, barra mill-Unjoni, minn kumpannija relatata ma’ dan it-tieni operatur, lil operatur ieħor, li jkun ikklassifikat bħala importatur ġdid fis-sens tal-imsemmi regolament, u li jkun detentur ta’ tali ċertifikati,</P></ITEM><ITEM><P>din il-merkanzija tiġi, sussegwentement, irrilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni mit-tielet operatur bit-tariffi doganali preferenzjali, u wara mibjugħa mill-ġdid minn dan it-tielet operatur lit-tieni wieħed, u</P></ITEM><ITEM><P>fl-aħħar nett, din il-merkanzija tiġi ttrasferita mit-tieni operatur lill-ewwel wieħed,</P></ITEM></LIST></P><P>għar-raġuni li tali mekkaniżmu, billi jippermetti lill-ewwel operatur jakkwista merkanzija li tkun ġiet importata fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previsti mill-istess ewwel regolament, minkejja l-fatt li huwa jkollux iċ-ċertifikat meħtieġ għal dan il-għan, jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt mill-ewwel operatur.</P></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, il-merkanzija biss ġiet ittrasferita u, iktar minn hekk, din ġiet importata fl-Unjoni permezz ta’ ċertifikati li r-regolarità tagħhom ma hijiex ikkontestata. Għalhekk, formalment, ma kien hemm ebda ksur tal- projbizzjoni ta’ trasferiment ta’ drittijiet li joriġinaw minn ċertifikati, prevista fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 565/2002. Barra minn hekk, huwa paċifiku li, meħuda individwalment, l-operazzjonijiet ta’ xiri, ta’ importazzjoni u ta’ bejgħ mill-ġdid inkwistjoni fil-kawża prinċipali ssodisfaw il-kundizzjonijiet formali kollha għall-għoti tat-tariffa preferenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet ikkonċernati ma jistgħux jagħmlu użu abbużiv jew qarrieqi tar-regoli tal-Unjoni. Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tistax tiġi estiża sabiex tkopri l-prattiki abbużivi ta’ operaturi ekonomiċi, jiġifieri l-operazzjonijiet li ma humiex imwettqa fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bil-għan li jisiltu b’mod abbużiv vantaġġ mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Halifax <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:121">EU:C:2006:121</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza wkoll stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prassi abbużiva teħtieġ, minn naħa, element oġġettiv, li għandu jirriżulta minn numru ta’ ċirkustanzi oġġettivi li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan li ried jintlaħaq minn din il-leġiżlazzjoni ma jkunx intlaħaq (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Emsland-Stärke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:695">EU:C:2000:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni teħtieġ, min-naħa l-oħra, element suġġettiv fis-sens li minn numru ta’ elementi oġġettivi għandu jirriżulta li l-għan essenzjali tal-operazzjonijiet inkwistjoni jkun il-kisba ta’ vantaġġ indebitu, billi jinħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tiegħu. Fil-fatt, il-projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi ma hijiex rilevanti meta l-operazzjonijiet inkwistjoni jkunu jistgħu jkollhom ġustifikazzjoni oħra li ma tkunx is-sempliċi kisba ta’ vantaġġ (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Emsland-Stärke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:695">EU:C:2000:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dan l-element suġġettiv għandu jiġi stabbilit fil-kap tal-entità kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Emsland-Stärke</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:695">EU:C:2000:695</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi fuq ir-rinviju preliminari, tista’, jekk ikun meħtieġ, tagħti preċiżazzjonijiet intiżi li jidderiġu lill-qorti nazzjonali fl-interpretazzjoni tagħha, hija madankollu din tal-aħħar li għandha tivverifika jekk l-elementi li jikkostitwixxu prattika abbużiva jkunux jeżistu fil-kawża li jkollha quddiemha. F’dan il-kuntest, il-verifika tal-eżistenza ta’ prattika abbużiva teħtieġ lill-qorti tar-rinviju tieħu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, inklużi l-operazzjonijiet kummerċjali li jippreċedu u li jiġu wara l-importazzjoni inkwistjoni (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għal dak li jikkonċerna l-għanijiet tar-Regolament Nru 565/2002, mill-premessi 6 u 7 tiegħu jirriżulta li jfittex li jirregola l-kwota tariffarja prevista permezz ta’ tqassim tal-kwantitajiet allokati bejn l-importaturi tradizzjonali u l-importaturi ġodda, filwaqt li jippermetti l-aħjar użu ta’ din il-kwota u filwaqt li jillimita l-applikazzjonijiet għal-ċertifikati ta’ importazzjoni spekulattivi li ma jkunux marbutin ma’ attività kummerċjali ġenwina fis-suq tal-frott u tal-ħxejjex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, b’differenza mir-regolamenti inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, essenzjalment kienu jirriżervaw kwantità ta’ kwoti għall-operaturi l-ġodda, ir-Regolament Nru 565/2002 ma jirriżervax, b’mod assolut, kwantità tal-kwota GATT għall-importaturi ġodda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, ċertament, minn naħa, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 565/2002, jipprevedi li l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ppreżentati minn importatur tradizzjonali ma jistgħux ikopru, skont il-perijodu ta’ importazzjoni, kwantità ikbar mill-kwantità ta’ riferenza ta’ dan l-importatur, ħaġa li tillimita l-espansjoni tal-attività ta’ importazzjoni tal-importaturi tradizzjonali. Minn naħa l-oħra, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jimponi, fuq importatur ġdid li jkun kiseb ċertifikat taħt dan ir-regolament u li jkun jixtieq jippreżenta applikazzjoni ġdida għaċ-ċertifikati, li jipprovdi l-prova li għall-inqas 90 % tal-kwantità allokata lilu tkun verament ġiet irrilaxxata għal ċirkulazzjoni libera, konformement mal-għan li jiġu llimitati l-applikazzjonijiet għal ċertifikati spekulattivi u li ma jkunux marbuta ma’ attività kummerċjali ġenwina fis-suq tal-frott u tal-ħxejjex, kif stipulat fil-premessa 6 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 565/2002 jispeċifika li għal kull oriġini u għal kull tliet xhur tas-sena indikati, il-kwantità massima ta’ merkanzija li għalihom jingħataw iċ-ċertifikati hija ta’ 70 % lill-importaturi tradizzjonali u 30 % lill-importaturi ġodda, it-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni tipprevedi espressament li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mill-ewwel Tnejn tat-tieni xahar ta’ kull tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>il-kwantitajiet disponibbli għandhom ikunu allokati għal kull wieħed miż-żewġ kategoriji ta’ importaturi mingħajr diskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jidhirx li jikkomprometti l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 565/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-ewwel xerrej tal-merkanzija fl-Unjoni, li huwa wkoll importatur tradizzjonali, meta jixtri l-merkanzija mingħand importatur ġdid li jkollu ċ-ċertifikati, ma jiksibx id-dritt li l-kwantità ta’ referenza tiegħu, kif stabbilita fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament Nru 565/2002, tiġi kkalkolata fuq bażi li tinkludi l-kwantitajiet ta’ merkanzija li huwa jkun xtara mingħand dan tal-aħħar, hekk kif lanqas it-tieni xerrej fl-Unjoni, li huwa wkoll importatur tradizzjonali, ma jikseb id-dritt li l-kwantità ta’ referenza tiegħu tiġi kkalkolata fuq bażi li tinkludi l-kwantitajiet ta’ merkanzija li huwa jkun xtara mingħand l-ewwel xerrej fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ċertament, tali mekkaniżmu jippermetti lill-ewwel u lit-tieni xerrej fl-Unjoni, li huma wkoll importaturi tradizzjonali, jiksbu tewm importat b’tariffa preferenzjali minkejja li jkunu eżawrew iċ-ċertifikati tagħhom, b’hekk isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tad-distribuzzjoni tat-tewm lil hinn mis-sehem tal-kwota tariffarja allokata lilhom. Madankollu, hekk kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, ir-Regolament Nru 565/2002 ma jirriżervax b’mod assolut parti mill-kwota għall-importaturi ġodda. Huwa ma għandux l-għan li jirregola s-suq ta’ distribuzzjoni tat-tewm fl-Unjoni jew li jimblokka l-pożizzjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan is-suq, anki jekk ikollhom il-kwalità ta’ importatur tradizzjonali fis-sens ta’ dan ir-regolament, billi jwaqqafhom milli jixtru l-merkanzija mingħand operatur ieħor għall-unika raġuni li din tkun ġiet importata preċedentement b’tariffa preferenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tali mekkaniżmu ta’ bejgħ u ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ merkanzija bejn operaturi ma jwassalx għal influwenza indebita ta’ operatur fis-suq u, b’mod partikolari, għal evitar min-naħa tal-importaturi tradizzjonali tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 565/2002, jew għal ksur tal-għan li jistabbilixxi li l-applikazzjonijiet għal ċertifikati jridu jkunu marbutin ma’ attività kummerċjali ġenwina, huwa meħtieġ li kull stadju tal-mekkaniżmu jsir bi prezz li jirrifletti l-prezz tas-suq u li l-importazzjoni b’tariffa preferenzjali ssir permezz ta’ ċertifikati miksuba mid-detentur b’mod legali. B’mod partikolari, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk kull operatur involut jirċevix remunerazzjoni adegwata għall-importazzjoni, għall-bejgħ jew għall-bejgħ mill-ġdid tal-merkanzija inkwistjoni biex jippermettilu jżomm il-klassifikazzjoni allokata lilu fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn il-qorti tar-rinviju tindika li l-merkanzija inkwistjoni ġiet ittrasferita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>bi ħlas ta’ remunerazzjoni adegwata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u sa fejn mhux qiegħed jiġi kkontestat li l-importazzjonijiet kontenzjużi tassew saru minn L’Olivo permezz taċ-ċertifikati li nkisbu minnha b’mod legali, allura din il-kundizzjoni tidher li ġiet issodisfatta, liema fatti għandhom, madankollu, jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, peress li huwa paċifiku li l-importatur il-ġdid inkwistjoni fil-kawża prinċipali rrilaxxa, f’ismu stess, il-merkanzija inkwistjoni f’ċirkulazzjoni libera, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jippreġudikax il-għan li jiġi llimitat in-numru ta’ talbiet għal ċertifikati ta’ importazzjoni spekulattivi u lanqas dak tad-dħul effettiv tal-operaturi ġodda fis-suq ta’ importazzjoni tat-tewm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda l-element suġġettiv imsemmi fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi indikat, preliminarjament, li r-riċerka għal dan l-element hija rilevanti biss, fil-kawża prinċipali, għall-każ fejn il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-mekkaniżmu inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippreġudika l-għanijiet tar-Regolament Nru 565/2002, peress li l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prattika abbużiva tirrikjedi li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet ta’ element oġġettiv u element suġġettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali element suġġettiv, jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, sabiex il-mekkaniżmu bħal dak fil-kawża prinċipali jkun jista’ jitqies li kellu, bħala għan essenzjali, li jagħti lit-tieni xerrej fl-Unjoni vantaġġ indebitu, huwa meħtieġ li l-importazzjoni jkollha bħala għan dak li tagħti tali vantaġġ lil dan ix-xerrej u li l-operazzjonijiet ma jkollhomx ġustifikazzjoni ekonomika u kummerċjali għall-importatur kif ukoll għall-operaturi l-oħra involuti f’dan il-mekkaniżmu, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju (ara, b’analoġija, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni, mill-qorti tar-rinviju, li tali mekkaniżmu ma huwiex nieqes minn ġustifikazzjoni ekonomika u kummerċjali tista’, pereżempju, tkun ibbażata fuq il-fatt li l-prezz ta’ bejgħ tal-merkanzija kien iffissat fuq livell tali li ppermetta lill-importatur u lill-operaturi l-oħra involuti f’dan il-mekkaniżmu jisiltu profitt meqjus li huwa normali jew abitwali fis-settur ikkonċernat għat-tip ta’ merkanzija u għall-operazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-merkanzija inkwistjoni ġiet ittrasferita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bi ħlas ta’ remunerazzjoni adegwata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. F’dan il-kuntest, is-sempliċi fatt li r-remunerazzjoni hija inqas mill-ammont ta’ dazju speċifiku dovut għall-importazzjonijiet barra mill-kwota huwa irrilevanti, kemm il-darba r-remunerazzjoni tista’ titqies li hija remunerazzjoni normali jew abitwali fis-settur ikkonċernat, għat-tip ta’ merkanzija u operazzjoni inkwistjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sabiex twettaq tali konstatazzjoni, il-qorti tar-rinviju tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li minn qari flimkien tal-premessa 5 u tal-Artikolu 3(1) u (4) tar-Regolament Nru 565/2002, kif ukoll tal-Artikoli 8(1) u 35(2) tar-Regolament Nru 1291/2000, jirriżulta li l-importaturi għandhom l-obbligu jużaw iċ-ċertifikati li nħarġulhom, taħt piena ta’ sanzjoni, u għaldaqstant għandhom interess reali li jwettqu importazzjonijiet, inkluż importatur ġdid fil-kuntest ta’ operazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, anki jekk it-twaqqif ta’ mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien motivat mir-rieda tal-ewwel jew tat-tieni xerrej fl-Unjoni li jieħu vantaġġ mit-tariffa preferenzjali u, b’hekk, tiġi akkwistata merkanzija bi prezz irħas minn dik importata barra l-kwota tat-tariffi, u anki meta l-importatur u l-operaturi l-oħra inkwistjoni jkunu konxji ta’ dan, dawn l-operazzjonijiet ma jistgħux <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> jitqiesu li huma nieqsa minn ġustifikazzjoni ekonomika u kummerċjali għal dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu ma jistax jiġi eskluż li, f’ċerti ċirkustanzi, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkun inħoloq artifiċjalment bil-għan essenzjali li jittieħed vantaġġ mit-tariffa preferenzjali. Fost l-elementi li jistgħu jippermettu li tiġi stabbilita n-natura artifiċjali tal-mekkaniżmu, jispikka b’mod partikolari l-fatt li l-importatur detentur taċ-ċertifikati ma jkun ħa ebda riskju kummerċjali, il-fatt li l-marġni ta’ profitt tal-importatur ikun insinjifikanti, u l-fatt li l-prezzijiet ta’ bejgħ tat-tewm mill-importatur lill-ewwel xerrej fl-Unjoni, imbagħad dan tal-aħħar lit-tieni xerrej fl-Unjoni, ikun inqas mill-prezz tas-suq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SICES <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑155/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:145">EU:C:2014:145</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cimmino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:448">EU:C:2015:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn din id-domanda preliminari tirrigwarda l-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2988/95, biżżejjed li jitfakkar li, essenzjalment, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-istess kriterji li jirriżultaw minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja bħal dawk imsemmija fil-punti 32 sa 34 ta’ din is‑sentenza, filwaqt li tippreċiża li l-atti li jissodisfaw dawn il-kriterji, b’mod partikolari dawk l-atti li fil-konfront tagħhom jiġi stabbilit li jkollhom bħala għan tagħhom il-kisba ta’ vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-liġi tal-Unjoni applikabbli, billi joħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jinkiseb dak il-vantaġġ, iwasslu, skont il-każ, jew għaż-żamma milli jinkiseb dak il-vantaġġ jew għall-irtirar tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 565/2002 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 2988/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, wara ordni magħmula minn operatur, importatur tradizzjonali fis-sens tal-ewwel regolament, li jkun eżawrixxa ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni b’tariffa preferenzjali tiegħu, lit-tieni operatur, li huwa wkoll ikun importatur tradizzjonali li ma jkollux dawn iċ-ċertifikati,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal merkanzija, l-ewwel nett, mibjugħa barra mill-Unjoni minn kumpannija relatata mat-tieni operatur imsemmi, lit-tielet operatur, li jkun detentur ta’ dawn iċ-ċertifikati u li jkun ikklassifikat bħala importatur ġdid fis-sens ta’ dan ir-regolament,</P></ITEM><ITEM><P>din il-merkanzija tiġi, imbagħad, irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni mit-tielet operatur li jibbenefika mit-tariffi doganali preferenzjali, u wara tinbiegħ mill-ġdid minn dan it-tielet operatur lit-tieni wieħed, u</P></ITEM><ITEM><P>fl-aħħar nett, din il-merkanzija tiġi ttrasferita mit-tieni operatur lill-ewwel wieħed, li b’hekk ikun akkwista merkanzija importata fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previst minn dan l-istess regolament, minkejja l-fatt li huwa ma jkollux iċ-ċertifikat meħtieġ għal dan il-għan.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002, tat-<DATE ISO="20020402">2 ta’ April 2002</DATE>, li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta’ ċertifikati tal-oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi, u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, mekkaniżmu bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu, wara ordni magħmula<?PAGE NO="13"?> minn operatur, importatur tradizzjonali fis-sens tal-ewwel regolament, li jkun eżawrixxa ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni b’tariffa preferenzjali tiegħu, lit-tieni operatur, li huwa wkoll ikun importatur tradizzjonali li ma jkollux dawn iċ-ċertifikati,</HT></P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">għal merkanzija li tkun, qabel kollox, mibjugħa, barra mill-Unjoni Ewropea, minn kumpannija relatata ma’ dan it-tieni operatur, lil operatur ieħor, li jkun ikklassifikat bħala importatur ġdid fis-sens tal-imsemmi regolament, u li jkun detentur ta’ tali ċertifikati,</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">din il-merkanzija tiġi, sussegwentement, irrilaxxata fiċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea mit-tielet operatur bit-tariffi doganali preferenzjali, u wara mibjugħa mill-ġdid minn dan it-tielet operatur lit-tieni wieħed, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">fl-aħħar nett, din il-merkanzija tiġi ttrasferita mit-tieni operatur lill-ewwel wieħed, li b’hekk ikun akkwista merkanzija importata fil-kuntest tal-kwoti tariffarji previst minn dan l-istess regolament, minkejja l-fatt li huwa ma jkollux iċ-ċertifikat meħtieġ għal dan il-għan.</HT></P></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>