|
23.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 237/2010
tat-22 ta’ Marzu 2010
li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (1) u partikolarment l-Artikolu 32 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jistabbilixxi fl-Artikolu 32 li jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 11(3), 14, 16 u 17 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ċerti gruppi ta’ bastimenti jistgħu jiġu esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 abbażi tal-parir mill-Kumitat Xjentifku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) imsemmi fl-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura u għal rekwiżiti sabiex l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-STECF tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għall-eżklużjoni kinux u jekk għadhomx sodisfatti. Huwa partikolarment importanti li l-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri tkun dettaljata biżżejjed u akkumpanjata minn provi dokumentati. |
|
(3) |
L-informazzjoni ppreżentata mill-Istati Membri dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandha tindika grupp ta’ bastimenti li jista’ jingħaraf b’mod ċar mill-bastimenti l-oħra fil-grupp tal-isforz konċernat u għall-attivitajiet speċifiċi tal-grupp ta’ bastimenti li jiddeterminaw il-qabdiet tal-merluzz ta’ 1,5 % jew anqas tal-qabdiet totali. |
|
(4) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li għal kull waħda miż-żoni stipulati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, il-kapaċità totali tal-bastiment b’permessi speċjali tas-sajd ma tkunx akbar mill-kapaċità totali għall-2006 jew l-2007. Huma meħtieġa regoli dettaljati għall-kalkolu u l-aġġustar tal-livelli massimi ta’ kapaċità, b’mod partikolari fir-rigward tat-trattament ta’ kapaċità mneħħija permezz tal-għajnuna pubblika jew trasferita bejn żoni ġeografiċi skont l-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Sabiex tkun żgurata l-kontrollabbiltà, jeħtieġ li jiġu stipulati ħtiġijiet u formati dettaljati għall-permessi speċjali tas-sajd li jinħarġu lill-bastimenti tas-sajd b’irkaptu regolat fiż-żoni ġeografiċi li huma soġġetti għar-reġim tal-isforz tas-sajd, u għal-listi ta’ bastimenti li għalihom inħarġu permessi speċjali tas-sajd. |
|
(6) |
Għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati li jippermettu lill-Istati Membri sabiex jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permess mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jew wara trasferimenti ta’ sforz bejn gruppi tal-isforz skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. Regoli bħal dawn għandhom jispeċifikaw il-proċeduri u l-metodi tal-kalkolu li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri. |
|
(7) |
L-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju tal-informazzjoni jissimplifika l-proċeduri, jagħmilhom aktar effiċjenti u trasparenti u jiffrankaw il-ħin. Sabiex dawn il-vantaġġi jkunu sfruttati totalment filwaqt li tkun żgurata komunikazzjoni sigura, u bil-għan li tkun stabbilita sistema komuni tal-kompjuter għall-ġestjoni tad-dejta dwar il-mobilitazzjoni tal-isforz tas-sajd minn bastimenti tas-sajd Komunitarji, huwa meħtieġ li l-format għal kull dokument ikun speċifikat u li tkun ipprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-informazzjoni li għandu jkun hemm f’dokumenti bħal dawn. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 11(3), 14, 16 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:
|
(a) |
“grupp ta’ bastimenti” tfisser bastiment wieħed jew aktar li jagħmel/jagħmlu parti minn grupp tal-isforz li jista’ jintgħaraf b’mod ċar u mingħajr ambigwità minn bastimenti oħrajn fl-istess grupp ta’ sforz abbażi ta’ attivitajiet jew karatteristiċi tekniċi li jiddeterminaw il-qabdiet baxxi tagħhom ta’ merluzz. |
|
(b) |
“staġun tas-sajd” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Frar ta’ sena waħda sal-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara; |
|
(c) |
“irkaptu regolat” tfisser kwalunkwe rkaptu li jagħmel parti minn grupp ta’ rkaptu msemmi fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
KAPITOLU II
GRUPPI TA’ BASTIMENTI ESKLUŻI MIR-REĠIM TAL-ISFORZ TAS-SAJD
Artikolu 3
Talba għall-esklużjoni
1. Għall-fini tal-esklużjoni ta’ grupp ta’ bastimenti minn reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-Istati Membri għandhom jibagħtu talba lill-Kummissjoni għall-esklużjoni sostnuta minn informazzjoni li turi li l-grupp ta’ bastimenti kkonċernat se jikkonforma mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li tiġġustifika kif il-kundizzjoni pprovduta fl-Artikolu 11(2)(c) ta’ dak ir-Regolament qed tkun sodisfatta.
2. It-talba għandha tintbagħat f’format elettroniku u f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. Talbiet kompleti li jaslu mill-anqas xahar qabel laqgħa plenarja tal-STECF se jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni f’dik il-laqgħa. It-talbiet li jaslu wara jistgħu jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni fil-laqgħa ta’ wara.
3. Fejn grupp ta’ bastimenti huwa eskluż mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-isforz tas-sajd li jista’ jiġi assoċjat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi ta’ dan il-grupp u li kkontribwixxa għall-istabbiliment ta’ punt ta’ referenza, ma għandux jitqies aktar għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd.
4. Fejn grupp ta’ bastimenti jiġi inkluż mill-ġdid fir-reġim tal-isforz abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-isforz tas-sajd allokat lill-grupp tal-isforz konċernat se jkun aġġustat filwaqt li jitqiesu l-aġġustamenti annwali tal-isforz li twettqu minn meta ġie stabbilit il-punt ta’ referenza għal dak il-grupp tal-isforz.
5. Fejn bastiment ma jibqax konformi mar-rekwiżiti speċifikati fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni, b’mod partikolari rigward l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti, l-Istat Membri għandu jnaqqas l-isforz magħmul minn dak il-bastiment matul l-istaġun tas-sajd mill-isforz massimu ta’ sajd permess.
Artikolu 4
Rapport annwali
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, rapport dwar l-attivitajiet imwettqa matul l-istaġun tas-sajd ta’ qabel mill-grupp jew grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li ġew esklużi mir-reġim tal-isforz skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Ir-rapport għandu juri li matul dak l-istaġun kien hemm konformità mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) u speċifikata fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.
2. Ir-rapport għandu juri li l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tal-gruppi ta’ bastimenti li ġew esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 huma kkontrollati u mmonitorjati sabiex ikun żgurat li l-bastimenti kollha ta’ dak il-grupp jikkonformaw mal-kundizzjoni għall-esklużjoni stipulata fl-Artikolu 11(2)(b) u speċifikata fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.
3. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabelli 1 u 3 tal-Anness I. Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati f’dak l-Anness, id-dejta tar-rapport annwali għandha tkun limitata għall-istaġun tas-sajd li jkun għadda.
4. Ir-rapport annwali għandu jinkludi lista ta’ bastimenti bin-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità li jagħmlu parti mill-grupp ta’ bastimenti esklużi matul l-istaġun tas-sajd ta’ qabel. Din l-informazzjoni għandha tkun inkluża fit-Tabella 1.
KAPITOLU III
PERMESSI TAS-SAJD
Artikolu 5
Permessi speċjali tas-sajd
1. Il-permessi speċjali tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandhom jindikaw il-gruppi ta’ rkaptu u ż-żoni ġeografiċi li għalihom qed jinħarġu dawn il-permessi.
2. Għall-bastimenti li jistadu bi rkaptu regolat, f’kwalunkwe żona ġeografika li tifforma parti minn grupp ta’ bastimenti li ġie eskluż mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz tas-sajd skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, il-permess speċjali tas-sajd għandu jindika l-attività jew il-karatteristiċi tekniċi li għalihom ingħatat l-esklużjoni u l-kundizzjonijiet li japplikaw għal esklużjoni bħal din.
3. Il-forma u l-kontenut tal-lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permess speċjali tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, għandhom jikkonformow mal-Anness II. L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata billi jirreġistraw tibdil fl-għadd ta’ bastimenti inklużi fiha jew tibdil fil-ħruġ tal-permessi speċjali tas-sajd, fi żmien 20 ijiem ta’ xogħol minn meta jseħħ tibdil bħal dan.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-ħolqa mal-paġna rilevanti tas-sit tal-Internet uffiċjali tagħhom li fiha hemm ippubblikata l-lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permess speċjali tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’kull bidla f’dik il-ħolqa fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta sseħħ bidla bħal din.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta kollha dwar il-listi tal-bastimenti fil-pussess ta’ permessi speċjali tas-sajd u kull tibdil li jsir f’dawk il-listi tkun arkivjata kif xieraq. L-informazzjoni arkivjata għandha tkun disponibbli lill-Kummisjoni fuq talba.
Artikolu 6
Kapaċità massima tas-sajd
1. Il-kapaċità massima msemmija fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandha tkun ikkalkulata abbażi tal-kapaċità massima f’kW użata mill-bastimenti kollha li kienu awtorizzati sabiex jistadu matul il-perjodu 2006 jew 2007 bl-użu ta’ rkaptu regolat fi kwalunkwe waħda miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 u li għamlu użu minn tali awtorizzazzjoni.
2. Fi żmien xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni f’forma elettronika u f’konformita mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III:
|
(a) |
il-lista tal-bastimenti u l-kapaċità korrispondenti espressa f’kW, użata sabiex tkun stabbilita l-kapaċità massima skont il-paragrafu 1, għal kull waħda miż-żoni ġeografiċi; |
|
(b) |
is-sena ta’ referenza konċernata. |
3. Il-kapaċità massima għal kull waħda miż-żoni kalkulata skont il-paragrafu 1 għandha tiġi aġġustata:
|
(a) |
billi titnaqqas il-kapaċità ta’ bastimenti li kienu soġġett għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd bl-għajnuna pubblika wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; u/jew |
|
(b) |
f’konformità ma kwalunkwe trasferiment tal-kapaċità mwettaq skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien 20-il jum tax-xogħol, bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ adattament tal-kapaċità massima, billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’verżjoni aġġornata tal-informazzjoni f’konformità mat-Tabella 2 tal-Anness III.
KAPITOLU IV
ADATTAMENTI GĦALL-ISFORZ MASSIMU PERMESS TAS-SAJD
Artikolu 7
Adattament tal-isforz tas-sajd fir-rigward tal-ġestjoni tal-kwota.
1. L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-isforz massimu tas-sajd permess għal ċertu grupp tal-isforz permezz tat-trasferiment tal-isforz tas-sajd mill-istess grupp tal-isforz ta’ Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. L-adattament għandu jkun validu għal staġun tas-sajd wieħed biss.
2. Fejn Stat Membri ma jkomplix bl-iskambju ta’ kwota skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, dak l-Istat Membru jista’ jżid l-isforz massimu permezz tas-sajd tiegħu għall-grupp jew gruppi tal-isforz li lilu/lilhom se tiġi allokata l-kwota rkuprata b’għadd ta’ jiem kilowatt korrispondenti mal-kwota rkuprata. L-għadd ta’ jiem kilowatt ma għandux ikun ta’ aktar mill-ammont ikkalkulat abbażi tal-qabda għal kull unità tal-isforz (cpue – catch per unit effort) tal-grupp jew gruppi tal-isforz konċernat(i).
3. L-Istat Membru li qed jirritorna l-kwota msemmija fil-paragrafu 2 għandu jnaqqas l-isforz massimu permess tas-sajd tiegħu fil-grupp jew gruppi tal-isforz li qabel kien(u) jistad(u) għal dik il-kwota. L-isforz tas-sajd li għandu jitnaqqas għandu jikkorrispondi għall-għadd ta’ jiem kilowatt li m’għadhomx meħtieġa għas-sajd tal-kwota rritornata. L-għadd ta’ jiem kilowatt għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabda għal kull unità tal-isforz (cpue) tal-grupp(i) tal-isforz konċernat(i).
4. L-ammont tal-isforz tas-sajd li bih jiżdied jew jonqos l-isforz massimu permess tas-sajd skont il-paragrafu 2 jew 3 għandu jitqies għall-fini tal-istabbiliment tal-isforz massimu permess tas-sajd skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.
Artikolu 8
Regoli dettaljati għat-trasferiment tal-isforz tas-sajd bejn gruppi tal-isforz.
1. It-trasferimenti tal-isforz tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandhom isiru skont il-paragrafi 2 sa 6.
2. Fejn il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istat Membri b’fatturi standard ta’ korrezzjoni li ġew stabbiliti għal ċertu grupp tal-irkaptu skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, l-Istati Membri għandhom jużaw dawk il-fatturi standard ta’ korrezzjoni għat-trasferiment tal-isforz bejn gruppi tal-irkaptu.
3. Għal gruppi tal-isforz li għalihom għadu ma ġiex żviluppat fattur standard ta’ korrezzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tat-trasferiment tal-isforz billi japplikaw il-formula li ġejja:
|
(a) |
fejn japplika l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008: ammont tat-trasferiment tal-isforz = 1 × ammont tal-isforz tal-grupp tal-isforz donatur |
|
(b) |
fejn japplika l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008: ammont tat-trasferiment tal-isforz = fattur ta’ korrezzjoni × ammont tal-isforz tal-grupp tal-isforz donatur, fejn il-fattur ta’ korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej: fattur ta’ korrezzjoni = cpuedonatur/cpueriċevitur |
4. B’deroga mill-paragrafu 2, wara li tkun ġiet infurmata l-Kummissjoni f’format elettroniku f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV, li turi li s-cpue tal-grupp tal-isforz tal-Istat Membru huwa differenti b’mill-inqas 15 % mis-cpue użat għall-istabbiliment tal-fattur standard ta’ korrezzjoni, l-Istat Membru konċernat jista’ japplika fattur ta’ korrezzjoni differenti.
5. L-adattamenti tal-isforz tas-sajd wara trasferiment tal-isforz għandhom ikunu validi għal staġun tas-sajd wieħed biss.
6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 5, fejn parti mill-flotta għaddiet minn bidla strutturali permanenti fl-attivitajiet tas-sajd tagħha, it-trasferiment tal-isforz tas-sajd jista’ jkun ta’ natura permanenti. Trasferiment bħal dan għandu jsir biss bejn il-gruppi tal-isforz li ġew affettwati minn din il-bidla. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-fattur ta’ korrezzjoni użat għandu jkun abbażi tas-cpue tal-gruppi ta’ rkaptu donatur u riċevitur.
Artikolu 9
Kalkolu tal-qabda għal kull unità tal-isforz
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 9, il-qabda għal kull unità tal-isforz għandha tkun abbażi ta’ qabdiet inkluż ir-rimi lura kif sostnut minn evidenza xjentifika. Għandha tkun ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-formula li ġejja, fejn il-qabdiet u l-isforz għandhom jittieħdu bħala l-medja fuq l-aħħar tliet snin:
cpue = qabda grupp tal-isforz [1]/sforz tas-sajd grupp tal-isforz [1].
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn dejta dwar ir-rimi lura għaż-żewġ gruppi ta’ rkaptu li jkun se jsir paragun bejniethom hija disponibbli biss għal ċertu perjodu, is-cpue għandha tkun ibbażata fuq dak il-perjodu. Għall-bqija tal-perjodu, għandu jsir paragun tad-dejta dwar il-ħatt l-art.
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn tnaqqis fil-qabdiet tal-grupp ta’ rkaptu riċevitur jista’ jkun attribwit lill-miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni tal-qbid tal-merluzz kif imsemmija fl-Artikolu 13(2) (a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 introdotti f’dak il-grupp ta’ rkaptu fl-aħħar tliet snin, is-cpue jista’ jkun ibbażat biss fuq parti aktar reċenti tal-perjodu ta’ tliet snin, sakemm id-dejta tal-qbid li tirriżulta minn dik il-parti tal-perjodi tkun rappreżentattiva għall-grupp ta’ rkaptu b’mod ġenerali.
Artikolu 10
Obbligi tar-rappurtar
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol, f’format elettroniku u f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe adattament għall-isforz massimu permess tas-sajd imsemmi fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri sabiex jipprovdu dejta addizzjonali bħal dejta diżaggregata dwar qabdiet tal-merluzz u totali, rimi lura tal-merluzz, l-isforz tas-sajd, l-irkaptu u ż-żona għall-irkaptu donatur u riċevitur u l-metodoloġija użata għall-kalkolu tas-cpue.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, it-22 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Kontenut u format tat-talbiet għall-esklużjoni
|
1. |
It-talbiet għall-esklużjoni għandhom ikollhom deskrizzjoni dettaljata tal-grupp ta’ bastimenti u l-attivitajiet jew il-karatteristiċi tekniċi tiegħu li jwasslu għall-qabdiet tal-merluzz ta’ anqas minn 1,5 % tal-qbid totali tagħhom kif stipulat fil-Tabelli 1, 3 u 5. |
|
2. |
Jekk it-talba tirrigwarda grupp ta’ bastimenti li jistadu biss b’irkaptu regolat li l-attributi tekniċi tiegħu jirriżultaw f’qabdiet ta’ merluzz, inkluż ir-rimi lura, ta’ anqas minn 1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp, għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni dettaljata dwar l-attributi tekniċi tal-irkaptu u l-evidenza xjentifika disponibbli li tikkonferma s-selettività tiegħu. |
|
3. |
Jekk it-talba tirrigwarda grupp ta’ bastimenti li jistadu f’ċertu parti ta’ żona ġeografika li fiha l-użu ta’ rkaptu regolat iwassal għal qabdiet ta’ merluzz, inkluż ir-rimi lura, ta’ anqas minn 1,5 % tal-qabdiet totali ta’ dak il-grupp, minħabba l-fatt li din il-parti taż-żona ġeografika tinsab barra ż-żona ta’ distribuzzjoni tal-merluzz, għandha jkollha l-evidenza disponibbli li turi li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti kkonċernati huma ristretti għaż-żona magħżula. |
|
4. |
It-talba għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ li se jiġu applikati lill-grupp ta’ bastimenti li se jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-reġim tal-isforz sabiex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa għar-rappurtar annwali. It-talba għandha tirreferi wkoll għas-sistema għall-kontroll tal-grupp ta’ bastimenti. Informazzjoni dettaljata hija meħtieġa fejn l-Istat Membru jrid jiżgura li l-attività tal-grupp se tkun ristretta għal partijiet ta’ żona ġeografika. |
|
5. |
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tista’ tippermetti lill-STECF tivvaluta jekk il-grupp ta’ bastimenti konċernat jikkonformax mal-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 tista’ tingħata mill-Istati Membru. |
|
6. |
Il-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti. |
Tabella 1
Attivitajiet tal-grupp ta’ bastimenti
|
Pajjiż |
(1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sena |
(2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Grupp tal-isforz |
(3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nru CFR |
kW |
Xahar |
Irkaptu regolat |
Daqs tal-malja |
Ġeografika |
Subżona |
Medda tal-fond tas-sajd li operaw fih |
Ħatt l-art tal-merluzz |
Rimi lura tal-merluzz |
Qbid totali |
Sforz |
|
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
(14) |
(15) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Totali: |
|
|
|
|
Tabella 2
Format tad-dejta għal Tabella 1
|
Isem il-kaxxa |
Għadd massimu ta’ karattri/ċifri |
Allinjament L(Xellug)/R(Lemin) |
Definizzjonijiet u kummenti |
||||||||||||||||||
|
3 |
R |
L-Istat Membru li qed jippreżenta t-talba jew ir-rapport. |
||||||||||||||||||
|
4 |
L |
Is-sena li għaliha hija ppreżentata t-talba, li trid tkun waħda mill-aħħar sentejn li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha l-Istat Membru qed jitlob l-esklużjoni. |
||||||||||||||||||
|
8 |
R |
L-ikkombinar flimkien tal-gruppi tal-irkaptu u tal-gruppi taż-żoni ġeografiċi kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li minnhom jagħmel parti l-grupp ta’ bastimenti. |
||||||||||||||||||
|
12 |
R |
In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment. |
||||||||||||||||||
|
4 |
R |
Il-kapaċità espressa f’kW li għandha tkun konsisteni mas-CFR. |
||||||||||||||||||
|
2 |
L |
Għal kull xahar tal-istaġun tas-sajd kopert minn din it-talba. |
||||||||||||||||||
|
3 |
R |
Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin
|
||||||||||||||||||
|
3 |
L |
Id-daqs tal-malja għandu jikkorrispondi mal-malja reali użata mill-grupp ta’ bastimenti. |
||||||||||||||||||
|
9 |
R |
Waħda miż-żoni ġeografiċi li ġejjin kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008:
|
||||||||||||||||||
|
10 |
R |
Fejn meħtieġ: Speċifika s-subżona li fiha jseħħu l-operazzjonijiet tas-sajd. |
||||||||||||||||||
|
8 |
R |
Din il-kolonna għandha timtela biss fejn japplika l-punt 3 ta’ dan l-Anness. |
||||||||||||||||||
|
7 |
L |
Il-ħatt l-art tal-merluzz relatat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti li għalihom qed tintalab l-esklużjoni. |
||||||||||||||||||
|
7 |
L |
L-ammont tar-rimi lura tal-merluzz. |
||||||||||||||||||
|
7 |
L |
Il-qbid totali (il-ħatt l-art u r-rimi lura) skont il-piż tal-merluzz u tal-ħut l-ieħor, tal-krustaċji u l-molluski kollha skont il-bastiment. |
||||||||||||||||||
|
7 |
L |
L-ammont tal-isforz tas-sajd espress f’jiem kilowatt użat sabiex jinkiseb il-qbid totali (13). |
Tabella 3
Format tat-talba għall-esklużjoni fejn hija użata dejta minn skemi abbord jew programmi oħra ta’ kampjunar
|
1. |
Fejn id-dejta dwar ir-rimi lura għal kull bastiment mhijiex disponibbli, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni miġbura minn skemi ta’ osservazzjoni abbord jew programmi oħra ta’ kampjunar. Id-dejta ppreżentata għandha tkun rilevanti għall-grupp ta’ bastimenti. Sabiex ikun ivvalutat il-proporzjon tal-merluzz fil-qabda matul l-attività tal-grupp ta’ bastimenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
L-intensità tal-kampjunar għandha ssegwi l-pjanijiet ta’ kampjunar stabbiliti skont il-Qafas Komunitarju għall-Ġbir tad-Dejta fejn jittieħdu kampjuni mill-grupp ta’ bastimenti bħala métier skont dak il-qafas. Fejn grupp ta’ bastimenti mhuwiex kopert mill-Qafas Komunitarju għall-Ġbir tad-Dejta, l-istrateġija ta’ kampjunar għandha ssegwi l-metodu żviluppat bħala parti mill-programm nazzjonali stabbilit skont dak il-programm. |
Tabella 4
Format tad-dejta għal Tabella 3
|
Isem il-kaxxa |
Għadd massimu ta’ karattri/ċifri |
Allinjament L(Xellug)/R(Lemin) |
Definizzjonijiet u kummenti |
||||||||||||||||||||
|
3 |
L |
Numerazzjoni konsekuttiva. |
||||||||||||||||||||
|
12 |
R |
In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment. |
||||||||||||||||||||
|
(3) |
kapaċità |
LOA |
5 |
L |
Il-kapaċità tal-bastiment individwali użat għall-iskemi abbord jew programmi ta’ kampjunar. Għandha tkun konsistenti mad-dejta fis-CFR. |
||||||||||||||||||
|
(4) |
TG |
6 |
L |
||||||||||||||||||||
|
(5) |
kW |
6 |
L |
||||||||||||||||||||
|
3 |
R |
Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
3 |
L |
Id-daqs tal-malja għandu jikkorrispondi mal-malja reali użata mill-grupp ta’ bastimenti. |
||||||||||||||||||||
|
8 |
R |
Waħda miż-żoni ġeografiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
5/5 |
L |
Fejn meħtieġ: Speċifika l-fond jew il-medda ta’ fondijiet li fihom qed iseħħu l-operazzjonijiet tas-sajd. |
||||||||||||||||||||
|
2 |
L |
Id-dejta dwar il-qbid u l-isforz għandha tkun mogħtija skont il-bastiment skont ix-xahar tas-sena u għat-[tliet] snin tal-kalendarju l-aktar reċenti. |
||||||||||||||||||||
|
7 |
R |
Il-kodiċi Alpha-3 tal-ispeċijiet kif stipulati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 (1). |
||||||||||||||||||||
|
5 |
L |
L-ammont tal-ħatt l-art tal-merluzz. |
||||||||||||||||||||
|
5 |
L |
L-ammont ta’ rimi lura tal-merluzz skont il-pjan ta’ kampjunar rappreżentattiv tal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti. Id-dejta dwar ir-rimi lura jista’ jirreferi għall-partijiet tal-grupp ta’ bastimenti. |
||||||||||||||||||||
|
6 |
L |
Il-qabdiet (il-ħatt l-art u r-rimi lura) skont il-piż tal-merluzz u tal-ħut l-ieħor, tal-krustaċji u tal-molluski kollha. |
||||||||||||||||||||
|
7 |
L |
L-ammont tal-isforz tas-sajd espress f’jiem kilowatt użat sabiex jinkiseb il-qbid totali (12). |
||||||||||||||||||||
|
7 |
L |
L-isforz totali tal-grupp ta’ bastimenti matul l-istaġun tas-sajd. |
||||||||||||||||||||
|
3 |
L |
Il-proporzjon tal-isforz skont il-kampjuni mal-isforz magħmul mill-grupp ta’ bastimenti matul l-istaġun tas-sajd. |
||||||||||||||||||||
Tabella 5
Sforz tas-sajd assoċjat mal-attività tal-grupp ta’ bastimenti użat matul il-perjodu ta’ referenza
|
Nru CFR |
Żona Ġeografika |
Irkaptu |
Irkaptu (pjan tal-merluzz) |
Jiem kilowatt |
|||
|
2004 |
2005 |
2006 |
2007 |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
|
|
|
|
Medja: |
(9) |
(10) |
||
Tabella 6
Format tad-dejta għal Tabella 5
|
Isem il-kaxxa |
Għadd massimu ta’ karattri/ċifri |
Allinjament L(Xellug)/R(Lemin) |
Definizzjonijiet u kummenti |
||||||||||||||||||
|
12 |
R |
In-numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità tal-bastiment. |
||||||||||||||||||
|
8 |
R |
Waħda miż-żoni li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
5 |
R |
Kif definit fl-Anness IIA tar-Regolamenti tal-Opportunitajiet tas-Sajd 2004-2007. |
||||||||||||||||||
|
3 |
R |
Wieħed mit-tipi ta’ rkaptu li ġejjin:
|
||||||||||||||||||
|
(5), (6), (7) u (8) |
9 |
L |
L-ammont tal-isforz tas-sajd f’jiem kilowatt assoċjat mal-attività jew il-karatteristiċi tekniċi tal-grupp ta’ bastimenti matul il-perjodu ta’ referenza. Is-snin 2004-2005 jew 2006-2007 biss għandhom jimtlew. |
||||||||||||||||||
|
(9) jew (10) |
9 |
L |
L-isforz medju f’jiem kilowatt matul is-snin 2004-2006 u 2005-2007. |
ANNESS II
Lista ta’ bastimenti fil-pussess ta’ permessi speċjali għas-sajd
|
Isem il-bastiment(i) |
Nru CFR |
Eskluż(i) mir-reġim tal-isforz tas-sajd (Iva/Le) |
kW |
Irkaptu/i |
Żona/i ġeografika/ċi |
Il-grupp tal-isforz |
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-lista għandha tkun f’format tal-Excel jew ekwivalenti jew is-sit tal-Internet konċernat għandu jħalli li d-dejta titniżżel f’format tal-Excel jew ekwivalenti. Id-dejta fil-lista għandha tkun konsistenti mad-dejta fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità. Id-deskrizzjoni tal-irkaptu u ż-żona tas-sajd għandhom ikunu konsistenti mal-gruppi tal-irkaptu u ż-żoni ġeografiċi mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008.
ANNESS III
Kontenut u format tan-notifika ta’ kapaċità massima
Tabella 1
Listi ta’ bastimenti użati għall-istabbiliment tal-kapaċità massima
|
[sena] |
kW |
Żona ġeografika |
|||
|
Nru CFR |
a |
b |
c |
d |
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Kapaċità massima tal-bastimenti f’kW għal kull waħda miż-żoni
|
[Data] |
Żona ġeografika |
|||
|
Kapaċità f’kW |
a |
b |
c |
d |
|
Bidu |
|
|
|
|
|
Adattat |
|
|
|
|
|
1. |
Fl-adattament tal-kapaċità massima, għandha tiġi applikata l-formula li ġejja:
kWmc = kW2006 or 2007 – kW1 – kW2 + kW3 Fejn:
|
|
2. |
Il-lista tal-bastimenti u t-tabella tal-kapaċità massima għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti. |
ANNESS IV
Notifika ta’ fattur ta’ korrezzjoni differenti
|
Fattur standard ta’ korrezzjoni |
CPUE tal-grupp tal-isforz donatur |
CPUE tal-grupp tal-isforz riċevitur |
|
|
|
|
It-talba għandu jkollha wkoll l-informazzjoni stipulata fit-Tabelli 4 u 5 tal-Anness V.
ANNESS V
Format u kontenut tan-notifiki
|
1. |
It-tabelli 1, 3 u 4 għandhom jintbagħtu sabiex il-Kummissjoni tkun notifkata bl-adattament tal-isforz tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1) u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
|
2. |
It-Tabelli 4 u 5 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex tkun notifikata bit-trasferimenti tal-isforz tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. |
|
3. |
In-notifiki għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’format Excel jew ekwivalenti. |
Tabella 1
Notifika dwar l-adattament tal-isforz tas-sajd
|
Pajjiż |
Bażi legali |
Grupp ta’ sforz |
cpue |
Ammont tal-kwota soġġett għall-iskambju |
Ammont tal-isforz soġġett għall-adattament |
Sforz tas-sajd massimu permess inizjali |
Sforz tas-sajd massimu permess adattat |
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
Tabella 2
Format tad-dejta għal Tabella 1
|
Isem il-kaxxa |
Għadd massimu ta’ karattri/ċifri |
Allinjament L(Xellug)/R(Lemin) |
Definizzjonijiet u kummenti |
||
|
3 |
R |
Il-pajjiż li qed jippreżenta n-notifika |
||
|
8 |
R |
L-Artikolu 16(1)(a) 16(1)(b) 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 |
||
|
10 |
R |
L-ikkombinar flimkien tal-gruppi tal-irkaptu u tal-gruppi taż-żoni ġeografiċi li minnhom jagħmel parti l-grupp ta’ bastimenti kif imniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Żona ġeografika/irkaptu |
||
|
5 |
L |
Il-qbid għal kull unità tal-isforz tal-grupp tal-isforz konċernat |
||
|
7 |
L |
L-ammont tal-kwota soġġett għall-iskambju jew il-qtugħ tal-kontinwità tal-iskambju |
||
|
7 |
L |
L-isforz f’jiem kilowatt li jikkorrispondi mal-ammont irkuprat tal-kwota u kkalkulat abbażi tas-cpue tal-grupp tal-isforz ikkonċernat |
||
|
7 |
L |
L-isforz tas-sajd massimu permess tal-grupp tal-isforz konċernat għas-sena ta’ notifika f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill annwali li jistabbilixxi l-isforz tas-sajd massimu permess. |
||
|
7 |
L |
L-ammont tal-isforz tas-sajd massimu permezz wara l-adattament għall-grupp tal-isforz konċernat |
Tabella 3
Informazzjoni dwar l-iskambju tal-kwota
|
Data tat-trasferiment |
Pajjiż |
Speċijiet |
Żona ġeografika |
Ammont |
||
|
minn |
għal |
minn |
għal |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 4
Notifika tas-cpue
|
[grupp tal-isforz] |
[sena 1] |
[sena 2] |
[sena 3] |
Medja |
|
Ħatt l-art tal-merluzz |
|
|
|
|
|
Rimi lura tal-merluzz |
|
|
|
|
|
Totali tal-jiem kilowatt |
|
|
|
|
|
|
|
|
CPUE (*1) |
|
Tabella 5
Notifika tat-trasferiment tal-isforz tas-sajd
|
[Pajjiż] |
Grupp tal-isforz donatur |
Grupp tal-isforz riċevitur |
|
Grupp tal-isforz |
|
|
|
Sforz fil-bidu f’jiem kilowatt |
|
|
|
CPUE |
|
|
|
Fattur standard ta’ korrezzjoni |
|
|
|
Sforz trasferit f’jiem kilowatt |
– |
+ |
|
Sforz tas-sajd massimu permess adattat f’jiem kilowatt |
|
|
(*1) Għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 9.