12.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 10043 — CDC/PBB/Capveriant)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 83/05)

1.   

Fl-4 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CAPVERIANT GmbH (“Capveriant”, il-Ġermanja);

—

Deutsche Pfandbriefbank AG (“PBB”, il-Ġermanja); kif ukoll

—

Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza).

PBB u CDC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Capveriant.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Capveriant: pjattaforma diġitali li tgħaqqad l-entitajiet tas-settur pubbliku li jeħtieġu finanzjamenti u mutwanti li joffru self u bonds, imnedija minn PBB fis-suq Ġermaniż fl-2018 u fis-suq Franċiż fl-2019. Hija toffri wkoll ftit servizzi anċillari.

—

PBB: il-kumpanija azzjonista tal-grupp PBB, li hija attiva fis-settur bankarju finanzjarju u b’mod aktar speċifiku fis-servizzi ta’ finanzjament tal-proprjetà immobbli kummerċjali u tas-settur pubbliku. PBB prinċipalment jipprovdi servizzi ta’ self.

—

CDC: stabbiliment pubbliku Franċiż bi status speċjali, li, flimkien mas-sussidjarji tiegħu jiffurmaw grupp pubbliku li jaqdi l-interess ġenerali u l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Dan il-grupp iwettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali b’appoġġ għall-politiki pubbliċi mmexxija mill-Istat Franċiż u mill-awtoritajiet lokali. Huwa għandu żewġ oqsma ewlenin ta’ attivitajiet: (i) attivitajiet ta’ servizz pubbliku / interess ġenerali, u (ii) attivitajiet ta’ negozju fis-suq miftuħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10043 – CDC/PBB/Capveriant

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.