31997L0071



Official Journal L 347 , 18/12/1997 P. 0042 - 0044


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/71/KE

tal-15 ta' Diċembru 1997

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċereali, oġġetti ta' l-ikel ta' l-oriġini minn annimali u ċerti prodotti ta' l-oriġini minn pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex rispettivament

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq ċereali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/41/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq oġġetti ta' l-ikel ta' l-oriġini minn l-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/41/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi fi u fuq prodotti ta' l-oriġini minn pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/41/KE, u b'mod partikolari Artikolu 10 tagħha,

Billi d-Direttivi 93/57/KEE [5], 94/29/KE [6], 95/39/KE [7] u 96/33/KE [8] emendaw l-Annessi II tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE biex ikunu stabbiliti livelli massimi ta' residwi għal-listi ta' pestiċidi; billi, b'dana kollu, ċerti posizzjonijiet tħallew miftuħa meta data disponibbli ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi livelli massimi u l-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jiġġeneraw id-data li tonqos f'ħinijiet speċifiċi; billi, jekk il-livelli massimi ma jkunux adottati sad-dati speċifikati fin-noti fil-qiegħ tal-listi miżjuda ma' l-Annessi II tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE mid-Direttivi 93/57/KEE, 94/29/KE, 95/39/KE u 96/33/KE il-limitu xieraq aktar baxx tad-determinazzjoni analitika għandu japplika;

Billi d-Direttivi 93/58/KEE [9], 94/30/KE [10], 95/38/KE [11] u 96/32/KE [12] emendaw l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE biex ikunu stabbiliti livelli massimi għal-listi ta' pestiċidi; billi, b'dana kollu, ċerti posizzjonijiet tħallew miftuħa meta l-informazzjoni disponibbli ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi livelli massimi u l-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jiġġeneraw id-dettalji li jonqsu f'ħinijiet speċifiċi; billi, jekk l-livelli massimi ma jkunux adottati sad-dati speċifikati fin-noti f'qiegħ tal-listi miżjuda ma' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE mid-Direttivi 93/58/KEE, 94/30/KE, 95/38/KE u 96/32/KE il-limitu xieraq aktar baxx ta' l-iffissar analitiku għandu japplika;

Billi l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli massimi ta' residwi meta dawn ma jkunux iffissati mid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE; billi l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-livelli nazzjonali biex jirriflettu l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali tagħhom ta' prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti li fihom is-sustanza attiva relevanti u bbażata fuq dettalji suffiċjenti biex tassigura li l-konsumaturi ma jkunux esposti għal-livelli mhux aċċettabbli ta' residwu ta' pestiċidi;

Billi l-livelli massimi nazzjonali ta' residwi ta' l-Istati Membri li għandhom l-effett li jipprojbixxu jew li jirrestrinġu t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fi Stati Membri oħra huma suġġetti għall-proċedura ta' konċiljazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE u fl-Artikolu 5b tad-Direttiva 90/642/KEE li permezz tagħhom japplikaw disposizzjonijiet eċċezzjonali, inkluż meta possibbli l-iffissar tal-livell massimu temporanju ta' residwi;

Billi, għal ċereali u prodotti ta' l-oriġini minn pjanti, il-livelli massimi ta' residwi jirriflettu l-użu tal-kwantitajiet ta' pestiċidi biex tinkiseb protezzjoni xierqa tal-pjanti, applikati b'dak il-mod li l-ammont ta' residwi huwa l-iżgħar prattikabbli u huwa aċċetabbli tossikoloġikament, b'mod partikolari f'termini ta' teħid ikkalkolat ta' dieta; billi, għall-oġġetti ta' l-ikel ta' l-oriġini minn annimali, livelli massimi ta' residwi jirriflettu l-konsum ta' ċereali u prodotti ta' l-oriġini minn pjanti trattati b'pestiċidi li jirriżultaw f'residwi f'annimali u fil-prodotti ta' l-annimali, kif ukoll jieħdu konsiderazzjoni tal-konsegwenzi diretti ta' l-użu ta' mediċini veterinarji meta xieraq;

Billi għall-pestiċidi elenkati fid-Direttivi 93/57/KEE u 93/58/KEE il-partijiet interessati ntrabtu b'obbligazzjonijiet li jiġġeneraw id-dettalji mitlufa; billi d-dettalji ppreżentati huma studjati mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri bl-għan li jippreparaw l-abbozz meħtieġ biex jemenda d-Direttivi tal-Kummissjoni; billi d-data għall-egħluq tal-posizzjonijiet miftuħa fid-Direttivi 93/57/KEE u 93/58/KEE għandhom ikunu estiżi sal-31 ta' Ottubru 1998 biex jitħalla li jkun iffinalizzat ix-xogħol meħtieġ u l-konsultazzjonijiet;

Billi s-sustanzi attivi kollha tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti diġà fis-suq sentejn wara d-data ta' l-avviż tad-Direttiva 91/414/KEE dwar it-tqegħid ta' prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti fis-suq [13] għandhom ikunu riveduti fl-istruttura tar-ri-evalutazzjonijiet ta' sustanzi attivi li jeżistu li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta' xogħol stabbilit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva msemmija; billi l-ewwel stadju ta' l-eżami tas-sustanzi attivi u l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti formulati magħhom għadhom m'humiex kompluti; billi dawn l-eżamijiet u d-deċiżjonijiet konsegwenzjali li għandhom jittieħdu huwa antiċipat li sejrin ikollhom effetti sinifikanti fuq l-użu awtorizzat u għalhekk fuq il-livelli massimi tar-residwi li għandhom ikunu stabbiliti għal dawn il-pestiċidi; billi għalhekk iż-żminijiet speċifikati fid-Direttivi 94/29/KE, 94/30/KE, 96/32/KE u 96/33/KE għal-limiti xierqa aktar baxxi ta' l-iffissar analitiku li għandhom ikunu applikati meta tħallew miftuħa l-posizzjonijiet għandhom jittawlu sad-data tal-1 ta' Lulju 2000, kif hemm provvediment dwar dan fid-Direttivi tal-Kunsill 95/38/KE u 95/39/KE, sabiex jitħallew l-konsegwenzi tar-ri-evalwazzjoni disponibbli ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-pestiċidi konċernati li għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni, billi meta r-riżultati ta' ri-evalwazzjoni jsiru disponibbli l-Kummissjoni għandha temenda l-livelli massimi stabbiliti għal dawk il-pestiċidi u għandha tiffissa wkoll jew temenda l-livelli massimi għal ċerti pestiċidi qabel l-1 ta' Lulju 2000 meta l-informazzjoni meħtieġa u biżżejjed u l-istudji huma disponibbli u evalwati; billi l-programm ta' xogħol, li għandu jkun ikkomunikat lejn il-partijiet interessati, għandu jkun stabbilit mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 1998, filwaqt li jiddikjara ż-żminijiet li fihom għandha tintbagħat dik l-informazzjoni u l-studji mill-partiijet interessati quddiem il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Billi din id-Direttiva hija bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE:

1. id-data "l-1 ta' Jannar 1998" fin-noti fil-qiegħ (a), (b) u (c) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 93/57/KEE għandha tkun emendata biex tinqara "31 ta' Ottubru 1998";

2. id-data "30 ta' Ġunju 1999" fin-noti fil-qiegħ (a), (b) u (c) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta mid-Direttivi 94/29/KE għandha tkun emendata biex tinqara "mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000";

3. id-data "30 ta' April 2000" fin-noti fil-qiegħ (a) u (b) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 96/33/KE għandha tiġi emendata biex tinqara "mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000".

Artikolu 2

Fl-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

1. id-data "l-1 ta' Jannar 1998" fin-nota fil-qiegħ (a) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 93/57/KEE għandha tkun emendata biex tinqara "31 ta' Ottubru 1998";

2. id-data "30 ta' Ġunju 1999" fin-nota fil-qiegħ (a) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotti bid-Direttiva 94/29/KE għandha tkun emendata biex tinqara "mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000";

3. id-data "30 ta' April 2000" fin-noti fil-qiegħ (a) u (b) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttivi 96/33/KE għandha tkun emendata biex tinqara "mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000".

Artikolu 3

Fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE:

1. id-data "l-1 ta' Jannar 1998" fin-noti f'qiegħ (a), (b), (ċ) u (d) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 93/58/KEE għandha tkun emendata biex tinqara "31 ta' Ottubru 1998";

2. id-data "30 ta' Ġunju 1999' fin-noti fil-qiegħ (a), (b) u (ċ) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 94/30/KE għandha tkun emendata biex tinqara 'mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000";

3. id-data "30 ta' April 2000" fin-noti fil-qiegħ (a), (b), (ċ) u (d) tal-lista tar-residwi tal-pestiċidi introdotta bid-Direttiva 96/32/KE għandha tkun emendata biex tinqara "mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000".

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1997, il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-15 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, pġ. 37.

[2] ĠU L 184, tat-12.7.1997, pġ. 33.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, pġ. 43.

[4] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, pġ. 71.

[5] ĠU L 211, tat-23.8.1993, pġ. 1.

[6] ĠU L 189, tat-23.7.1994, pġ. 67.

[7] ĠU L 197, tat-22.8.1995, pġ. 29.

[8] ĠU L 144, tat-18.6.1996, pġ. 35.

[9] ĠU L 211, tat-23.8.1993, pġ. 6.

[10] ĠU L 189, tat-23.7.1994, pġ. 70.

[11] ĠU L 197, tat-22.8.1995, pġ. 14.

[12] ĠU L 144, tat-18.6.1996, pġ. 12.

[13] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1.

--------------------------------------------------