2012R0742 — MT — 17.08.2012 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 742/2012 tas-16 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 219, 17.8.2012, p.1) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 742/2012
tas-16 ta’ Awwissu 2012
li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012 ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/478/PESK tas-16 ta’ Awwissu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja ( 2 ), għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-entità elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan miżjuda fil-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
Entità
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
|
1. |
Drex Technologies Holding S.A. |
Irreġistrata fil-Lussemburgu taħt in-numru B77616, preċedentament stabbilita fl-indirizz li ġej: 17, rue Beaumont L-1219 Lussemburgu. |
Is-sid benefiċjarju ta' Drex Technologies Holding S.A. huwa Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is- sanzjonijiet tal-UE talli pprovda appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. |
►C1 17.8.2012 ◄ |
( 1 ) ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.
( 2 ) Ara paġna 21 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.