<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-738/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0738</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:526">EU:T:2019:526</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190712">12.7.2019</DATE> – Kawża T‑738/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">STIF‑IDF vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Skema ta’ għajnuna implimentata illegalment minn Franza bejn l-1994 u l-2008</KEYWORD><KEYWORD>Sussidji għall-investiment mogħtija mis-STIF-IDF</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens tal-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑738/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Syndicat Transport Île de France (STIF-IDF)</HT>, stabbilit f’Pariġi (Franza), irrappreżentat minn B. Le Bret u C. Rydzynski, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u M. T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE> dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 209, p. 24</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius u U. Öberg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>It-titoli kollha ngħataw format ġdid skont it-tipografija stabbilita għal tliet livelli ta’ titoli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, Syndicat Transport Île de France (STIF-IDF), huwa stabbiliment pubbliku ta’ natura amministrattiva, maħluq bl-ordonnance n<HT TYPE="SUP">o</HT> 59‑151, du <DATE ISO="19590107">7 janvier 1959</DATE>, relative à l’organisation des transports de voyageurs dans la région parisienne (id-Digriet Nru 59‑151 tas‑<DATE ISO="19590107">7 ta’ Jannar 1959</DATE> dwar l-Organizzazzjoni tat-Trasport tal-Passiġġieri fir-Reġjun ta’ Pariġi, JORF tal‑<DATE ISO="19590110">10 ta’ Jannar 1959</DATE>, p. 696), kif emendat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Bħala awtorità li torganizza s-servizzi tat-trasport pubbliku regolari tal-persuni fit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France (Franza), ir-rikorrent jikkoordina u jiffinanzja s-servizzi tat-trasport pubbliku żgurati mir-Régie autonome des transports parisiens (il-Kumpannija Awtonoma tat-Trasport ta’ Pariġi (RATP)), is-Société nationale des chemins de fer français (il-Kumpannija Nazzjonali Franċiża għall-Ferroviji (SNCF)) u l-impriżi privati li jagħmlu parti min-netwerk tal-organisation professionnelle des transports d’Île-de-France (l-Organizzazzjoni Professjonali tat-Trasport ta’ Île-de-France (Optile)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz tad-deliberazzjoni 2006/1161, tat‑<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, ir-rikorrent implimenta żewġ tipi ta’ kuntratti suċċessivi, intiżi sabiex jiddefinixxu organizzazzjoni kuntrattwali ġdida għal-linji kollha tat-trasport pubbliku regolari fit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France. Il-kuntratti tat-tip 1 kienu konklużi għal perijodu massimu ta’ erba’ snin, mill‑2007 sal‑2010 jew l-2011, u l-kuntratti tat-tip 2 (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CT 2<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għall-perijodu li jifdal, sal‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Iċ-CT 2 kienu s-suġġett ta’ negozjati bilaterali bejn ir-rikorrent u l-impriżi privati li kienu jeżerċitaw attivitajiet ta’ trasport pubbliku regolari fit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>benefiċjarji finali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Diversi CT 2 setgħu jiġu konklużi bejn r-rikorrent u l-istess impriża. Kull CT 2 kien jipprevedi, fl-Artikolu 53‑3 tiegħu, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mir-rikorrent lill-impriża firmatarja, bħala kumpens tal-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li din tal-aħħar kienet suġġetta għalihom skont l-Artikolu 5‑2 taċ-CT 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-parti C2 tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mir-rikorrent lill-benefiċjarji finali skont iċ-CT 2 kienet intiża sabiex tkopri l-oneri kollha tal-investiment sostnuti minn dawn tal-aħħar waqt l-eżekuzzjoni ta’ pjan ta’ investiment ivvalidat minn qabel mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20081017">17 ta’ Ottubru 2008</DATE>, tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat allegatament illegali kkostitwiti mill-miżuri ta’ appoġġ implimentati favur ċerti impriżi tat-trasport bix-xarabank, bejn l-1994 u l-2008, mir-Reġjun ta’ Île-de-France, fit-territorju tiegħu, u sussegwentement, mill‑2008, mir-rikorrent, f’dan l-istess territorju, b’mod partikolari f’għamla ta’ kontribuzzjonijiet C2 mogħtija fil-kuntest taċ-CT 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Franċiża bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. Permezz tal-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, C 141, p. 38</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni stiednet lill-persuni kkonċernati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri ta’ għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, ir-Repubblika Franċiża ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-osservazzjonijiet kollha ppreżentati mill-partijiet ikkonċernati, fosthom ir-rikorrent, intbagħtu lir-Repubblika Franċiża, li ma għamlet l-ebda kumment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet nota konġunta min-naħa ta’ erbgħa mis-seba’ partijiet ikkonċernati, intiża sabiex tippreċiża l-pożizzjoni tagħhom wara d-deċiżjoni tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Andersen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑303/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:647">EU:C:2015:647</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fid‑<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-Reġjun ta’ Île-de-France kkompleta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170202">2 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, u adottat id-Deċiżjoni (UE) 2017/1470 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 209, p. 24</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari li l-iskema ta’ għajnuna fformata mill-kontribuzzjonijiet C2, mogħtija mir-rikorrent sabiex jiġu koperti l-oneri tal-investiment imġarrba mill-benefiċjarji finali waqt l-eżekuzzjoni taċ-CT 2 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>iskema ta’ għajnuna kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kienet kompatibbli mas-suq intern. Hija, min-naħa l-oħra, ikkonkludiet li, sa fejn l-għajnuniet mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma ġewx innotifikati u kellhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>għajnuniet ġodda<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, l-imsemmija skema ġiet implimentata illegalment, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikoli 3 u 4 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata għandhom jinqraw kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>L-iskema ta’ għajnuna implimentata illegalment [mir-Repubblika Franċiża] f’għamla ta’ kontribuzzjonijiet C2 mogħtija mill-STIF fil-qafas tas-CT2, hija kompatibbli mas-suq intern.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20171103">3 ta’ Novembru 2017</DATE>, ir-rikorrent, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, ippreżenta dan ir-rikors, intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata biss sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat il-kontribuzzjonijiet C2 mogħtija fil-kuntest taċ-CT 2 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>skema ta’ għajnuna implimentata illegalment<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiddikjara r-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, mingħajr ma qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz ta’ att separat fuq il-bażi tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, talbet l-inammissibbiltà tar-rikors minħabba l-assenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> u ta’ interess ġuridiku tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni. Huwa jafferma li, minkejja li ma huwiex destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata, huwa ammissibbli li huwa jippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-qorti tal-Unjoni Ewropea għandha dritt li tevalwa, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ ineżami, jekk amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tiġġustifikax li r-rikors jiġi miċħud fil-mertu, mingħajr deċiżjoni minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020226">26 ta’ Frar 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs Boehringer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑23/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:118">EU:C:2002:118</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150914">14 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Brouillard vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑420/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:633">EU:T:2015:633</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, il-Qorti Ġenerali tqis li, għall-finijiet tal-ekonomija tal-ġudizzju, hemm lok li tiġi eżaminata qabel kollox il-fondatezza tar-rikors, mingħajr deċiżjoni minn qabel dwar l-ammissibbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka, essenzjalment, żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qieset, bi żball, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx tissodisfa r-raba’ kriterju mill-kriterji stabbiliti fil-punti 88 sa 93 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kriterji ta’ Altmark<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), u kienet taqa’, konsegwentement, taħt il-portata ta’ din id-dispożizzjoni. It-tieni motiv huwa meħud minn ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u jibbaża fuq l-allegazzjoni li skontha l-Kummissjoni ma tatx f’dettall suffiċjenti r-raġunijiet għaliex hija qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li n-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni għandhom l-għan li jiġi stabbilit ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u jeħtieġu, għalhekk, eżami distint, bħala tali, tal-evalwazzjoni tal-ineżattezza tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, fejn l-istħarriġ jaqa’ taħt l-eżami tal-fondatezza ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:768">EU:C:2005:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni motiv, sa fejn huwa intiż sabiex jikkonstata ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jiġi eżaminat qabel l-ewwel motiv, li jirrigwarda l-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma tatx f’dettall suffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-rikorrent jafferma li l-analiżi tar-raba’ kriterju ta’ Altmark mill-Kummissjoni ma huwiex koerenti mal-konstatazzjoni tal-assenza ta’ kumpens żejjed magħmul minn din tal-aħħar fil-kuntest tal-eżami tagħha tat-tielet kriterju ta’ Altmark. Fil-fehma tiegħu, tali assenza ta’ kumpens żejjed timplika neċessarjament li l-kontribuzzjonijiet C2 jirrappreżentaw l-inqas spiża għall-awtorità u li r-raba’ kriterju ta’ Altmark huwa ssodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqis, barra minn hekk, li l-Kummissjoni ma spjegatx kif il-kampjun ta’ impriżi magħżul għall-finijiet tal-analiżi komparattiva tal-ispejjeż ma kienx rappreżentattiv tal-impriżi mmexxija tajjeb fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-premessa 220 tad-deċiżjoni kkontestata, hija affermat, minkejja l-elementi li ġew mgħarrfa lilha, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ma hemm xejn li jindika li l-kampjun magħżul mill-STIF huwa rappreżentattiv ta’ intrapriżi mmexxija kif suppost<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrent. Hija tfakkar li l-erba’ kriterji ta’ Altmark huma distinti minn xulxin. Hija tqis, barra minn hekk, li d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-analiżi relatata mar-raba’ kriterju ta’ Altmark huma mmotivati b’mod suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, l-atti legali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, il-klassifikazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha intiżi fl-Artikolu 107(1) TFUE jkunu issodisfatti. Għalhekk, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat, din id-dispożizzjoni tippreżupponi b’mod partikolari l-eżistenza ta’ vantaġġ mogħti lil impriża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>EasyPay u Finance Engineering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:716">EU:C:2015:716</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, ma jaqax taħt l-Artikolu 107(1) TFUE intervent mill-Istat li huwa meqjus li jikkostitwixxi kumpens inkambju għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex jeżegwixxu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’tali mod li dawn l-impriżi ma jgawdux, fil-fatt, minn vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent ma għandux għaldaqstant bħala effett li jqiegħed lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli meta mqabbla mal-impriżi kompetituri (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>EasyPay u Finance Engineering</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑185/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:716">EU:C:2015:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, f’każ konkret, sabiex tali kumpens ma jiġix ikklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, il-kriterji ta’ Altmark għandhom ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel nett, l-impriża benefiċjarja trid tkun effettivament inkarigata sabiex twettaq obbligi ta’ servizz pubbliku, u tali obbligi jridu jkunu ddefiniti b’mod ċar. Fit-tieni lok, il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b’mod oġġettiv u trasparenti. Fit-tielet lok, il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Fir-raba’ lok, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża medja mmexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li intervent mill-Istat li ma jissodisfax waħda jew iktar mill-kriterji elenkati fil-punt 31 iktar ’il fuq jista’ jiġi kkunsidrat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi kkonstatat li, għall-kuntrarju ta’ dak li jafferma r-rikorrent, il-Kummissjoni tat f’dettall suffiċjenti, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunijiet għaliex hija kienet tqis li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark. B’mod iktar partikolari, fil-premessa 220 tad-deċiżjoni kkontestata, din tal-aħħar indikat li, minkejja li l-analiżi komparattiva tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrent qabel il-konklużjoni taċ-CT 2 tibbaża fuq data numerika speċifikata u tirrifletti għarfien komprensiv tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri, l-imsemmija analiżi kienet intiża sabiex tippreċiża l-varjabbli utli għan-negozjar tal-ispejjeż tal-operat, u mhux sabiex tiżgura li l-ispejjeż koperti mill-kontribuzzjoni C2 kienu jikkorrispondu għal dawk ta’ impriża medja mmexxija tajjeb u adegwatament mogħnija, fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jallega r-rikorrent, dan ir-raġunament tal-Kummissjoni juri b’mod ċar il-motivi li hija bbażata fuqhom il-konklużjoni tagħha li skontha l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kinitx tissodisfa r-raba’ kriterju ta’ Altmark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-rikorrent ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma spjegatx kif il-kampjun ta’ impriżi magħżul għall-finijiet tal-analiżi komparattiva tal-ispejjeż ma kienx rappreżentattiv tal-impriżi mmexxija tajjeb fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi miċħud, peress li l-Kummissjoni kkonstatat, essenzjalment, fil-premessa 220 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ebda element tal-fajl ma kien jippermettilha tikkonkludi li dan il-kampjun jissodisfa tali kriterju u peress li r-rikorrent ma ta l-ebda dettall dwar l-elementi li kellu jagħmel parti minnhom matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrent ikkuntenta ruħu li jafferma, fl-osservazzjonijiet tiegħu bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fid-dawl tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża, li l-analiżi komparattiva tal-ispejjeż twettqet fil-konfront ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>impriżi tal-provinċja li l-kuntratt tagħhom kien ingħata wara sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, u sussegwentement li jikklassifika lil dawn l-impriżi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>impriżi medji, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, mingħajr ma jagħti dettalji dwar l-elementi li setgħu jwasslu għal tali konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li għamlet biss analiżi sommarja tal-kwistjoni jekk il-kampjun ta’ impriżi magħżul mir-rikorrent għall-finijiet tal-analiżi komparattiva tal-ispejjeż ma kienx rappreżentattiv tal-impriżi mmexxija tajjeb fis-sens tal-ġurisprudenza li toriġina mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrent ibbażati fuq l-allegata inkoerenza tar-raġunament tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, għandu jitfakkar li t-tielet u r-raba’ kriterji ta’ Altmark għandhom ċerta rabta stretta sa fejn kull waħda minnhom teżiġi li jiġu ddeterminati l-ispejjeż u d-dħul u benefiċċji relatati mal-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>BUPA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑289/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:29">EU:T:2008:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0246">246</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżistenza ta’ din ir-rabta stretta ma teskludix li l-erba’ kriterji ta’ Altmark jkunu distinti minn xulxin u għandhom jiġu ssodisfatti kumulattivament sabiex il-kumpens ma jaqax taħt il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Abertis Telecom Terrestre u Telecom Castilla-La Mancha vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑37/15 u T‑38/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:743">EU:T:2016:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għandu jiġi kkonstatat, fi kwalunkwe każ, li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma analizzatx l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża fir-rigward tat-tielet kriterju ta’ Altmark. Fil-premessa 218 tad-deċiżjoni kkontestata, din tal-aħħar ikkuntentat ruħha li tindika li, filwaqt li l-konformità tal-kontribuzzjonijiet C2 mal-ewwel kriterju ta’ Altmark ġiet stabbilita, il-konformità tagħhom mat-tieni, it-tielet u r-raba’ kriterju ta’ Altmark kienet għadha trid tiġi vvalutata u li, billi<?PAGE NO="7"?> l-kriterji kienu kumulattivi, il-Kummissjoni llimitat ruħha li turi li r-raba’ kriterju ma kienx issodisfatt sabiex tikkonkludi li dawn il-kontribuzzjonijiet kienu jwasslu għal vantaġġ ekonomiku, qabel ma waslet, għalhekk, għal din il-konklużjoni fil-premessa 221 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tar-rikorrent relatati mal-evalwazzjoni allegatament kontradittorja li għamlet il-Kummissjoni, fir-rigward, minn naħa, tat-tielet kriterju ta’ Altmark u, min-naħa l-oħra, tar-raba’ kriterju ta’ Altmark, jibbażaw fuq qari żbaljat tad-deċiżjoni kkontestata, b’tali mod li dawn ma jistgħux jirnexxu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma wettqitx ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-evalwazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni wettqet diversi żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni, fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, konformement mar-raba’ kriterju ta’ Altmark, meta, f’każ speċifiku, l-impriża li għandha twettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku ma hijiex magħżula permezz ta’ proċedura ta’ kuntratt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-awtorità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawn l-obbligi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-Kummissjoni qieset li r-raba’ kriterju ta’ Altmark ma kienx issodisfatt. B’mod iktar partikolari, hija qieset fid-deċiżjoni kkontestata, li l-ammont tal-kontribuzzjonijiet C2 imħallsa taħt l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża ma kienx ikkalkolat fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-ispejjeż li impriża mmexxija tajjeb fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet iġġarrab sabiex tipprovdi servizzi identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni, fl-ewwel lok, li, għall-kuntrarju ta’ dak li kkonkludiet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, il-kampjun ta’ impriżi li huwa uża għall-finijiet tal-analiżi komparattiva tiegħu tal-ispejjeż kien rappreżentattiv tal-impriżi mmexxija tajjeb fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fehma tiegħu, dan il-kampjun kien jinkludi, minbarra lill-operaturi tat-trasport li magħhom huwa kien ikkonkluda l-kuntratti tat-tip 1, impriżi tat-trasport pubbliku inkarigati minn kompiti komparabbli ta’ servizz pubbliku barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France, mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kellha tqis li l-analiżi komparattiva tiegħu tal-ispejjeż kienet tippermetti li jiġi ggarantit li l-oneri relatati mal-investiment imġarrba mill-benefiċjarji finali kienu jikkorrispondu għal dawk ta’ impriża medja mmexxija tajjeb u adegwatament mogħnija fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrent iqis li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-għodod u l-metodi li huwa uża qabel l-iffissar tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet C2, sabiex jivverifika li dan l-ammont ma kienx jaqbeż dak tal-oneri mġarrba minn impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrent jafferma li l-Kummissjoni ma tatx importanza suffiċjenti lill-kontrolli <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> li huwa wettaq tal-benefiċjarji finali. F’dan ir-rigward, huwa jippreċiża li ċ-CT 2 kienu jipprevedu sistema ta’ kontroll kostanti tal-oneri mġarrba mill-benefiċjarji finali, li kienet tippermetti li jiġu vverifikati l-eżistenza, il-firxa u l-konformità tal-vetturi li x-xiri tagħhom kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet C2 imħallsa taħt iċ-CT 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-ħames lok, ir-rikorrent jikkritika lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni studju tas-suq prodott matul il-proċedura amministrattiva (Anness A 7 tar-rikors), li minnu kien jirriżulta li l-ispiża kilometrika medja mġarrba mill-benefiċjarji finali kienet komparabbli ma’ dik tal-impriżi li kienu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tafferma li ħadet inkunsiderazzjoni kif xieraq l-analiżi komparattiva tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrent qabel il-konklużjoni taċ-CT 2. Hija tqis madankollu li l-ebda element tal-fajl ma kien jippermettilha tikkonkludi li l-kampjun miżmum mir-rikorrent kien rappreżentattiv tal-impriżi medji, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, hija tqis li l-valuri medji tal-prestazzjoni użati fil-kuntest ta’ din l-analiżi ma kinux jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-oneri marbuta mal-operat tal-materjal u dawk b’rabta mal-investiment relatat ma’ dan l-istess materjal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-għodod metodoloġiċi użati mir-rikorrent qabel l-iffissar tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet C2, sabiex jitmexxew tajjeb in-negozjati taċ-CT 2, kif ukoll il-kontrolli <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> differenti li huwa wettaq sabiex jivverifika l-investimenti magħmula mill-benefiċjarji finali, ma humiex rilevanti jew, fi kwalunkwe każ, suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat, konformement mar-raba’ kriterju ta’ Altmark, jekk l-ammont tal-kumpens ġiex iffissat fuq il-bażi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku kienet tagħmel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għodod metodoloġiċi użati mir-rikorrent kienu intiżi biss sabiex jiġu żgurati n-negozjati tajba taċ-CT 2 u jiġu kkontrollati l-ispejjeż effettivament imġarrba mill-benefiċjarji finali. B’mod iktar partikolari, ir-rikorrent jippreċiża, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-għodod metodoloġiċi użati qabel l-iffissar tal-ammont tal-parti C2 tal-kontribuzzjonijiet imħallsa kienu jippermettu t-twettiq ta’ analiżi tal-ispejjeż għal kull wieħed min-netwerks issussidjati, matul in-negozjati magħmula fil-kuntest taċ-CT 2. Huwa ma jistabbilixxix madankollu li dawn l-istess għodod kienu jippermettulu jiżgura li l-ammont tal-kumpens imħallas lill-imsemmija benefiċjarji jkun konformi mar-rekwiżiti previsti mir-raba’ kriterju ta’ Altmark. Fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> implimentata mir-rikorrent sabiex jiżgura l-produttività u l-kwalità tas-servizz ipprovdut mill-benefiċjarji finali, għandu jiġi kkonstatat li din ma hijiex rilevanti sabiex jiġi vverifikat jekk l-ammont tal-parti C2 tal-kontribuzzjonijiet imħallsa minn qabel ta’ dan il-kontroll kienx iffissat fuq il-bażi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex tkun tista’ tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku kienet tagħmel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat il-fatt li r-rikorrent ma jipproduċix provi oħra preċiżi b’mod suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li huwa għamel il-verifiki neċessarji sabiex jiżgura li l-impriżi ta’ referenza użati fil-kuntest tal-analiżi komparattiva tiegħu tal-ispejjeż setgħu jitqiesu bħala mmexxija tajjeb u adegwatament mogħnija fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Bħalma tirrileva ġustament il-Kummissjoni, ir-rikorrent iqis, essenzjalment, li, sa fejn l-impriżi stabbiliti barra mit-territorju tar-Reġjun ta’ Île-de-France li huwa għażel għall-finijiet tal-analiżi komparattiva tiegħu tal-ispejjeż kienu suġġetti għal proċedura ta’ sejħa għal offerti konformi mar-rekwiżiti tal-loi n<HT TYPE="SUP">o</HT> 93‑122, du <DATE ISO="19930129">29 janvier 1993</DATE>, relative à la prévention de la corruption et à la transparence de la vie économique et des procédures publiques (il-Liġi Nru 93‑122 tad‑<DATE ISO="19930129">29 ta’ Jannar 1993</DATE> dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u dwar it-Trasparenza tal-Ħajja Ekonomika u tal-Proċeduri Pubbliċi, JORF tat‑<DATE ISO="19930130">30 ta’ Jannar 1993</DATE>, p. 1588, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>il-Liġi Sapin<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), dawn għandhom jitqiesu, qabel kollox, bħala impriżi mmexxija tajjeb fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, ħlief fil-każ fejn l-għażla tal-impriża benefiċjarja ssir fil-kuntest ta’ proċedura ta’ kuntratt pubbliku, ir-raba’ kriterju ta’ Altmark jirrikjedi li l-parametri meħuda inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-kumpens għandhom ikunu bbażati fuq l-eżempju ta’ impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Viasat Broadcasting UK vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑125/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:687">EU:T:2015:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tfittxija għal tali impriża hija intiża li tottimizza l-ammont tal-kumpens meqjus bħala neċessarju sabiex jitwettaq il-kompitu ta’ servizz pubbliku mogħti u sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż għoljin ta’ impriża ineffiċjenti jittieħdu bħala referenza għall-kalkolu tal-ammont ta’ dan il-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, minkejja li r-rikorrent jippreċiża li huwa bbaża l-analiżi komparattiva tiegħu tal-ispejjeż fuq il-valuri jew il-proporzjonijiet medji tal-impriżi li, lil hinn minn sempliċi parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti prevista mil-Liġi Sapin, rebħu kuntratti li oriġinaw minn din il-proċedura, huwa ma jipprovdix informazzjoni preċiża dwar il-modalitajiet ta’ din il-proċedura u jikkuntenta ruħu li jindika li din tal-aħħar tkun viċin, permezz tal-effetti tagħha u tal-għan tagħha, tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, ir-rikorrent jafferma li l-proċedura ta’ sejħa għal offerti prevista mil-Liġi Sapin kellha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>effetti pożittivi murija fit-tnaqqis tal-prezzijiet u l-kontroll tal-prezzijiet tad-[delegi ta’ servizz pubbliku] fis-setturi kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Madankollu, huwa ma jistabbilixxix preċiżament kif din il-proċedura u, b’mod partikolari, il-kriterji ta’ selezzjoni użati f’dan il-kuntest kienu jippermettu grad ta’ sejħa għal offerti komparabbli għal dak li jikkaratterizza l-proċeduri ta’ sejħa għal offerti għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Huwa, barra minn hekk, ma jagħti l-ebda dettall dwar it-tnaqqis tal-prezzijiet allegat u ma jispjegax kif tali tnaqqis ippermettielu jiżgura li l-kuntratti mogħtija fi tmiem il-proċedura prevista mil-Liġi Sapin kienu eżegwiti mill-impriżi li rebħu dawn il-kuntratti b’inqas spiża għall-awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ma’ dan jiżdied il-fatt li d-data meħuda inkunsiderazzjoni mir-rikorrent, jiġifieri, b’mod partikolari, dik relatata mal-ispiża kilometrika medja (Anness A 7 tar-rikors), ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn l-oneri relatati mal-investiment, li huma l-uniċi rilevanti fil-kuntest ta’ paragun mal-ammont allokat taħt il-kontribuzzjoni C2, u oneri oħra imposti fuq l-impriżi magħżula sabiex titwettaq l-analiżi komparattiva tal-ispejjeż. Ir-rikorrent jippreċiża, inċidentalment, f’dan ir-rigward, li l-kuntratti tal-impriżi li kienu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom barra mit-territorju tar-Reġjun tal-Île-de-France li huwa analizza ma kinux jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>bla dubju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> l-oneri kollha rrelatati mal-investiment u, b’mod iktar partikolari, mal-akkwist tal-materjal fuq ir-roti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni qieset ġustament, fil-premessa 220 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-analiżi komparattiva tal-ispejjeż tar-rikorrent kienet tirrigwarda essenzjalment il-varjabbli tal-operat, bħall-veloċità kummerċjali tax-xarabanks jew in-numru ta’ sigħat ta’ sewqan għal kull vettura, ċertament ta’ siwi għan-negozjati tal-ispejjeż tal-operat u għad-definizzjoni tal-kontribuzzjoni C1 (mogħtija wkoll fil-kuntest taċ-CT 2 u intiża preċiżament sabiex tikkumpensa l-oneri tal-operat imġarrba), iżda li ma kinux jippermettu li jiġi żgurat li l-oneri tal-investiment koperti<?PAGE NO="10"?> mill-kontribuzzjoni C2 ikunu jikkorrispondu għal dawk ta’ impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li l-provi prodotti mir-rikorrent ma jippermettux li jiġi stabbilit li l-evalwazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża magħmula mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark hija vvizzjata minn żball ta’ liġi jew ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-kriterji stabbiliti mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:415">EU:C:2003:415</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li huma kumulattivi, kien ikun suffiċjenti li l-Kummissjoni turi li wieħed biss minn dawn il-kriterji ma kienx issodisfatt sabiex tikkonkludi li l-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża kienet tagħti lill-benefiċjarji finali vantaġġ ekonomiku u kienet tikkostitwixxi, konsegwentement, skema ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-ewwel motiv, l-istess bħal dan ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk tal-Kummissjoni, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-Syndicat Transport Île de France (STIF-IDF) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="11"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0003"><P>Il-werrej ġie aġġornat.</P></NOTE></P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-evalwazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna kontenzjuża fir-rigward tar-raba’ kriterju ta’ Altmark</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>