|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5875 |
4.11.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/5875)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Spoleto”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0848-AM03 - 5.8.2025
1. Isem il-prodott
Spoleto
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
IĠP |
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IG |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbid |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija — Dipartiment tas-Sovranità tal-Ikel u l-Isport Ekwestri — Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari — PQA I
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu.
Hu ddikjarat li din l-emenda taqa’taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” imsemmija fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143, billi:
|
— |
ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li xxejjen r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
It-tneħħija tal-kategorija Spoleto abjad
Deskrizzjoni
Il-kategorija Spoleto Bianco tneħħiet mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2, 4, 6 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 6 “Karatteristiċi organolettiċi” u 7.2 “Rendimenti massimi” tad-Dokument Uniku
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
It-tneħħija tal-kategorija Spoleto Trebbiano spoletino superiore
Deskrizzjoni
Il-kategorija Spoleto Trebbiano spoletino superiore tneħħiet mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, 7 u 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 6 “Karatteristiċi organolettiċi” u 7.2 “Rendimenti massimi” tad-Dokument Uniku
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
L-inklużjoni tal-ispeċifikazzjoni VSQ
Deskrizzjoni
L-ispeċifikazzjoni QSV iddaħħlet biex tindika b’mod inekwivoku l-kategorija ta’ Spumante prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
L-inklużjoni tal-kategorija Spoleto Trebbiano spoletino riserva
Deskrizzjoni
Żdiedet il-kategorija Spoleto Trebbiano Spoletino Riserva, b’perjodu obbligatorju ta’ maturazzjoni ta’ mill-inqas 18-il xahar, li jinkludu mill-inqas 3 xhur fil-flixkun.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2, 4, 5, 6, u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 6 “Karatteristiċi organolettiċi” u 7.2 “Rendimenti massimi” tad-Dokument Uniku
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
It-tneħħija tal-kwoti medja massima tad-dwieli
Deskrizzjoni
Għall-finijiet ta’ eliġibbiltà, tħassret l’esklużjoni tad-dwieli li jkunu aktar minn 400m metru ’l fuq mil-livell tal-baħar.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
Id-definizzjoni tad-data dwar id-derogi għall-vinifikazzjoni u l-ibbottiljar
Deskrizzjoni
għall-operazzjonijiet ta’ vinifikazzjoni, tidbil, maturazzjoni u bbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni, japplikaw derogi għal kull min juri li wettqu tali operazzjonijiet fit-tliet snin ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. It-test ġie modifikat bl-inseriment tad-data speċifika tad-dħul fis-seħħ tal-ispċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
korrezzjoni tar-referenzi normattivi
Deskrizzjoni
Xi wħud mir-Referenzi normattivi ġew korretti bl-espressjonijiet aktar gereriċi: “il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea u, “il-leġiżlazzjoni eżistenti”.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
Maċerazzjoni bil-qoxra
Deskrizzjoni
Għall-kategoriji Spoleto Trebbiano spoletino u Spoleto Trebbiano spoletino riserva iddaħħlet il-possibiltà li ssir maċerazzjoni bil-qoxra.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
Ir-rilaxx għall-konsum tar-riserva
Deskrizzjoni
Mad-dħul tal-kategorija ġdida Spoleto Trebbiano spoletino riserva, ġew speċifikati r-regoli tar-rilaxx għall-konsum ta’ din il-kategorija.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
Emenda tal-karatteristiċi organolettiċi
Deskrizzjoni
Mad-dħul tal-possibbiltà li l-maċerazzjoni ssir bil-qxur, ġie modikfikat id-deskrizzjoni tal-kulur ta’ Spoleto Trebbiano spoletino
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 6 “Karatteristiċi organolettiċi” tad-Dokument Uniku
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Isem ġeografiku usa’ “Umbria”
Deskrizzjoni
Iddaħħlet il-possibbiltà li jintuża fuq it-tabella u l-preżentazzjoni tal-inbejjed l-isem ġeografiku usa’ “Umbria”, u ġew iddeterminati r-regoli tal-użu.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 11 “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
imballaġġ
Deskrizzjoni
Il-modifikazzjoni tipprevedi:
|
— |
it-tneħħija tal-possibbiltà li jintużaw kontenituri għajr il-ħġieġ; |
|
— |
it-tneħħija tal-volum minimu permess ta’ 0,187 litri; |
|
— |
l-elevazzjoni tal-volum massimu permess ta’ 18-il litru; |
|
— |
it-tneħħija tal-użu tat-tappijiet |
|
— |
it-tneħħija tar-referenza “forma ta’ faqqiegħ” għat-tappijiet tal-ispumanti |
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
It-tneħħija tal-paragrafu dwar il-preżenza ta’ strixxi tat-tabellar fuq il-kontenituri
Deskrizzjoni
Tneħħa l-paragrafu b’referenza għall-bżonn tal-preżenza ta’ strixxa jew, minflok, biċċa attribwita għall-korp delegat, qabel ir-rilaxx għall-konsum kummerċjali.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
Titolu
It-tneħħija tar-referenza għall-korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
L-artikolu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jipprevedi referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u ssostitwixxa din l-informazzjoni b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Spoleto”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0848-AM03 - 5.8.2025
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Spoleto
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IG |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
(1) |
Inbid |
|
(5) |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Spoleto Trebbiano spoletino
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
kulur: isfar lewn it-tiben jagħti fl-isfar dehbi
Aroma
riħa: ta’ dwieli, karatteristika
Togħma
togħma: xotta, friska, kultant aċiduża
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Speċifikazzjonijiet analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
- |
|
Aċidità totali minima |
5.0 |
|
Aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
qawwa alkoħolika totali minima: 11,50 % tal-volum
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l
Prodott tad-dwieli
Spoleto Trebbiano spoletino riserva
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
kulur: isfar lewn it-tiben jagħti fl-isfar dehbi xi ftit jew wisq intens
Aroma
riħa: ta’ dwieli, karatteristika
Togħma
togħma: xotta, friska, kultant aċiduża
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Speċifikazzjonijiet analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
- |
|
Aċidità totali minima |
5,0 |
|
Aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
qawwa alkoħolika totali minima: 12,00 % tal-volum;
estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.
Prodott tad-dwieli
Spoleto Trebbiano spoletino spumante
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
kulur: isfar lewn it-tiben, kultant bi ħjiel ta’ aħdar;
Ragħwa: fina u dejjiema
Aroma
riħa: ta’ dwieli, karatteristika
Togħma
togħma: xotta, friska, kultant aċiduża
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Speċifikazzjonijiet analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
- |
|
Aċidità totali minima |
6,0 |
|
Aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
qawwa alkoħolika totali minima: 11,00 % tal-volum
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l
Prodott tad-dwieli
Spoleto Trebbiano spoletino passito
Karatteristiċi organolettiċi
Apparenza viżiva
kulur: isfar dehbi jagħti fl-ambra
Aroma
riħa: intensa, etereali, bi ħjiel ta’ frott misjur
Togħma
togħma: miftuħa u bellusija
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Speċifikazzjonijiet analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
- |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
- |
|
Aċidità totali minima |
4,0 |
|
Aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
qawwa alkoħolika totali minima: 17,00 % vol li minnhom mill-inqas 14,00 % qawwa alkoħolika attwali;
estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid
“maritate”
Tip ta’ prattika enoloġika
Prattika kulturali
Deskrizzjoni
F’kull każ, ir-rendimenti massimi mid-dwieli mkabbra fl-istil “maritate” ma jistgħux jaqbżu l-50 Kg għal kull pjanta.
7.2. Rendimenti massimi
L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha
Trebbiano Spoletino
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
11,000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha
Trebbiano Spoletino Spumante
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
12,000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha
Spoleto Trebbiano Spoletino Passito
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
11,000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
L-inbejjed / kategoriji / varjetajiet / tipi kollha
Trebbiano Spoletino Riserva
Rendiment massimu:
|
Rendiment massimu: |
11,000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
Italia - Trebbiano spoletino B. - Trebbiano
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
L-għeneb intiżi biex jipproduċu l-inbid bid-DOP Spoleto jridu jkunu prodotti ġewwa ż-żona deskritta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li jinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalità ta’ Montefalco u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Campello sul Clitunno, Castel Ritaldi, Foligno, Spoleto u Trevi.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
(1) |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
It-territorju huwa fil-parti l-kbira ċatt u minnu tgħaddi x-xmara Clitunno, u għadd ta’ nixxigħat u t-tributarji. L-elevazzjoni tat-territorju kkonċernat hija bejn 200 u 550 m ’l fuq mil-livell tal-baħar, bi klima li hija influwenzata sew mill-għoljien tal-wied tal-madwar. L-Appennino Umbro-Marchigiano fil-Lvant infatti jfisser li r-riħ dominanti huwa dak mill-Punent. L-ammont tax-xita jilħaq madwar 800 mm fis-sena (klima moderata bi sjuf xotti). L-oriġini tat-Trebbiano spoletino mhumiex magħrufa, imma nistgħu ngħidu bla dubju li ġej mit-territorju demarkat, meta wieħed iqis il-kultivazzjoni tiegħu minn ċerti sorsi diġà fis-seklu 19.

11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Użu tal-isem ġeografiku usa’ “Umbria” fuq it-tabelli u l-preżentazzjoni tal-inbejjed
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali fit-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Fit-tikkettar u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed tad-DOP “Orvieto”, huwa permess l-użu tal-isem ġeografiku usa’ Umbria.
L-isem Umbria għandu jiġi sseparat mill-isem ġeografiku tad-denominazzjoni u mill-isem “Denominazione di Origine Controllata” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata].
Il-karattri tal-isem Umbria għandhom ikunu aktar baxxi mill-karattri li jiffurmaw l-isem Spoleto u jrid ikollhom l-istess tipa, stil, spazjar, prominenza, kulur u intensità kolorimetrika.
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23399
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5875/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)