<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑48/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0048</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:45">EU:C:2016:45</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻA C‑48/15</P><P>NN (L) INTERNATIONAL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑48/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">État belge</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">NN (L) International, li qabel kienet ING International SA, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi ta’ ING Dynamic SA</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell, Brussell, il-Belġju)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa annwali fuq impriżi ta’ investiment kollettiv (IIK)</KEYWORD><KEYWORD>Fattur ta’ konnessjoni għal finijiet ta’ taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Ammonti netti sottoskritti permezz ta’ intermedjarji residenti</KEYWORD><KEYWORD>Komparabbiltà ta’ IIK barranin u Belġjani</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjoni speċifika applikabbli għal IIK barranin</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Mill-1993 lil hawn, inġabret fil-Belġju taxxa annwali fuq impriżi ta’ investiment kollettiv (IIK) abbażi tal-valur nett tal-assi ta’ dawn l-impriżi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>it-taxxa annwali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Fiż-żmien meta ddaħħlet, IIK Belġjani biss kienu suġġetti għat-taxxa annwali. Madankollu, fl-2003, l-awtoritajiet Belġjani mmodifikaw il-kriterju tat-taxxa. Huma ssuġġettaw għat-taxxa annwali mhux lil IIK Belġjani biss, iżda wkoll lil IIK barranin li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju. Għaż-żewġ tipi ta’ IIK, it-taxxa annwali titħallas fuq it-total tal-ammonti netti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>investiti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fil-Belġju, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. Minbarra li mmodifikaw il-kriterju tat-tassazzjoni fl-2003, l-awtoritajiet Belġjani introduċew ukoll sanzjoni ġdida speċifika għal IIK barranin li jonqsu milli jħallsu ammonti li jsiru dovuti fir-rigward tat-taxxa annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari saret fi proċeduri bejn NN (L) International, IIK irregolata mid-dritt tal-Lussemburgu, u l-État belge (l-Istat Belġjan). Il-proċeduri jikkonċernaw ir-rifjut tal-awtoritajiet tat-taxxa Belġjani li jirrimborsaw l-ammont tat-taxxa annwali mħallsa minn NN (L) International għas-sena 2005. Il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix l-applikazzjoni tat-taxxa annwali għal IIK barranin u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni speċifika fuq IIK barranin li jonqsu milli josservaw dan l-obbligu fiskali. Id-domandi rrinvijati jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni tad-Direttiva 69/335/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11). Din id-direttiva kienet tħassret bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="046" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU L 46, p. 11</REF.DOC.OJ>). Madankollu, għal finijiet ta’ din il-kawża, id-Direttiva 69/335 tibqa’ l-liġi applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</P></NOTE>,<?PAGE NO="2"?> tad-Direttiva 85/611/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/661/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) [IIKTT] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 39). Din id-direttiva, wara li kienet emendata diversi drabi, kienet issostitwita bid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) [IIKTT] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2009">ĠU L 302, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE>, li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) [IIKTT] fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="186" DATE.PUB="2014">ĠU L 257, p. 186</REF.DOC.OJ>). Għal darba oħra, għall-finijiet ta’ din il-kawża, hija d-Direttiva 85/611 li kienet tapplika fiż-żmien rilevanti.</P></NOTE>, tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u tal-moviment liberu tal-kapital. Dawn id-domandi għal darba oħra jagħtu lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tindirizza t-tensjoni bejn is-sovranità fiskali tal-Istati Membri u l-obbligi tal-Istati Membri li jkunu konformi mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva 69/335 huwa li jitneħħew l-ostakli għall-moviment liberu tal-kapital billi jiġu armonizzati taxxi fuq il-ġbir tal-kapital fl-Istati Membri. Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jimponu ħlas ta’ dazju kapitali armonizzat fuq kontribuzzjonijiet ta’ kapital lil kumpaniji ta’ kapital. L-Artikolu 4 tad-Direttiva 69/335 jistabbilixxi żewġ listi li jenumeraw dawk l-operazzjonijiet li għandhom u dawk li jistgħu jkunu suġġetti għal dazju kapitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-aħħar premessa tagħha d-Direttiva 69/335 tipprovdi wkoll għat-tneħħija ta’ taxxi oħra indiretti li għandhom l-istess karatteristiċi bħal dazju kapitali jew taxxa tal-boll. Dawk it-taxxi huma elenkati fl-Artikolu 10 tad-direttiva li tipprovdi li, minbarra dazju kapitali, l-Istati Membri ma jkunu jistgħu jimponu ebda taxxa: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(a) fir-rigward tal-operazzjonijiet [tranżazzjonijiet] imsemmija fl-Artikolu 4; (b) fir-rigward ta’ kontribuzzjonijiet, self jew il-provvista ta’ servizzi, li jsiru bħala parti mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4; u (c) fir-rigward ta’ reġistrazzjoni jew kull formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta’ negozju li għalih kumpanija, ditta, assoċjazzjoni, jew persuna ġuridika li taħdem għall-profitt tista’ tkun soġġetta għar-raġuni tal-forma ġuridika tagħha<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 69/335 jipprekludi lill-Istati Membri milli jimponu kull forma ta’ tassazzjoni fuq: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(a) il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għall-kwotazzjoni fil-borża, li jagħmlu disponibbli fis-suq jew li jittrattaw fi stocks, ishma jew sigurtajiet [titoli] oħrajn ta’ l-istess tip, jew taċ-ċertifikati li jirrappreżentaw dawn is-sigurtajiet [it-titoli] minn min ikun; (b) self, inklużi bonds tal-gvern, miġbura bil-ħruġ ta’ debentures jew titoli negozzjabbli oħrajn, maħruġa minn min ikun, jew xi formalitajiet li jirrelataw għalihom, jew il-ħolqien, il-ħruġ, l-ammissjoni għal kwotazzjoni fil-borża, li jsiru disponibbli fis-suq jew l-ittrattar f’dawn id-debentures jew titoli negozjabbli oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva 85/611, kif espress fit-tieni premessa, huwa li l-liġijiet nazzjonali li jirregolaw impriżi ta’ investiment kollettiv għandhom ikunu kkoordinati bl-iskop tal-approssimazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn dawk l-impriżi fil-livell tal-Komunità, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni iktar effettiva u iktar uniformi għat-titolari ta’ unitajiet. Kif huwa ddikjarat fir-raba’ premessa, id-direttiva tistabbilixxi regoli bażiċi komuni għall-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza, l-istruttura u l-attivitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv fir-rigward ta’ titoli trasferibbli (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>IIKTT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) fl-Istati Membri, u l-informazzjoni li huma obbligati li jippubblikaw.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 85/611, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>UCITS [IIKTT] li tiqiegħed fis-suq [li jqiegħdu fis-suq] l-unitajiet tagħha [tagħhom] fi Stat Membru ieħor għandha tikkonforma [għandhom jikkonformaw] mal-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat li ma jidħlux fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Barra minn dan, skont l-Artikolu 44(3) tad-direttiva, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44(1) għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri mingħajr diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>It-taxxa annwali fuq IIK kienet iddaħħlet fil-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni (Code des droits de succession) bil-Liġi tat-<DATE ISO="19930722">22 ta’ Lulju 1993</DATE> dwar tassazzjoni u dispożizzjonijiet finanzjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Loi portant des dispositions fiscales et financières (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19930726">26 ta’ Lulju 1993</DATE>, p. 17350).</P></NOTE>. Sussegwentement il-Liġi-programm tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Loi-programme (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20031231">31 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 62160).</P></NOTE>, li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, emendat it-taxxa annwali billi estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Abbażi ta’ din l-emenda, IIK barranin li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju bdew ikunu suġġetti wkoll għat-taxxa annwali skont l-Artikolu 161(3) tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni fil-verżjoni applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Dwar dak li jikkonċerna l-ammont taxxabbli, l-Artikolu 161a tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>(1) Fir-rigward tal-impriżi tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 161(1) u (2) [jiġifieri, IIK Belġjani], it-taxxa għandha titħallas fuq it-total tal-ammonti netti investiti fil-Belġju, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. […] (2) Fir-rigward tal-impriżi tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 161(3) [jiġifieri IIK barranin], it-taxxa għandha titħallas fuq it-total, sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti, tal-ammonti netti investiti fil-Belġju, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħhom mal-Kummissjoni għall-Banek, Finanzi u Assigurazzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, ir-rata tat-taxxa annwali fl-2006 kienet 0.07 % tal-ammonti taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 162 tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni jestendi l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fl-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi tat-taxxa stabbilita bl-Artikolu 161. B’mod partikolari, l-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi, fil-verżjoni tiegħu li tapplika fiż-żmien rilevanti, jistabbilixxi sanzjoni speċifika għal IIK barranin: jistgħu jiġu pprojbiti, b’ordni ta’ qorti, milli jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju fil-futur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi rrinvijati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>NN (L) International (il-konvenuta) hija kumpannija ta’ investiment b’sehem kapitali varjabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ġeneralment magħrufa bħala SICAV (société d’investissement à capital variable).</P></NOTE>. L-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fil-Lussemburgu. Skont id-digriet tar-rinviju sottomess mill-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell, Brussell), il-konvenuta kienet debitament ippreżentat id dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tagħha għall-ammonti netti investiti fil-Belġju fl-2005. Il-konvenuta kienet ħallset ukoll it-taxxa fiż-żmien preskritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri fl-ewwel istanza, il-konvenuta kkontestat il-legalità tat-taxxa annwali u talbet ir-rimbors mill-ġdid ta’ dik it-taxxa li kienet tammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">185739.34</FT>. Il-konvenuta sostniet li t-taxxa annwali kienet tikser id-Direttiva 69/335 u d-Direttiva 85/611, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u l-moviment liberu tal-kapital. Bħala alternattiva, il-konvenuta sostniet li t-taxxa annwali kienet tikser l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni ffirmata mill-Belġju u mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu fis-<DATE ISO="19700917">17 ta’ Settembru 1970</DATE> sabiex tiġi evitata taxxa doppja u sabiex jiġu rregolati ċerti affarijiet oħra fir-rigward ta’ taxxa fuq dħul u kapital (iktar ’il quddiem<?PAGE NO="4"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Il-qorti tal-ewwel istanza laqgħet it-talba alternattiva. Hija qalet li t-taxxa annwali kienet tikser l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja, billi qisitha bħala taxxa fuq il-ġid. Konsegwentement hija ddikjarat li t-taxxa annwali ma kellhiex titħallas minn NN (L) International. Madankollu, il-qorti tal-ewwel istanza ddikjarat li t-talba bbażata fuq il-ksur tad-Direttiva 69/335 kienet infondata. Hija ma ddeċidietx dwar it-talbiet l-oħra bbażati fuq il-ksur tat-Trattat u tad-Direttiva 85/611.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa Belġjana ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni tal-ewwel istanza. Hija sostniet li t-taxxa inkwistjoni ma kinitx koperta mill-Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja u li l-Artikolu 160 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni kien kompatibbli mad-dispożizzjonijiet diġà msemmija tad-dritt tal-Unjoni. NN (L) International talbet għal konferma tad-deċiżjoni tal-ewwel istanza u ppreżentat appell inċidentali, bħala alternattiva, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li tiċħad it-talba bbażata fuq il-ksur tad-Direttiva 69/335 u sabiex ma tingħatax deċiżjoni dwar it-talbiet ibbażati fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell, Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tirrinvija d-domandi li ġejjin għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KE [...], li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital u b’mod iktar preċiż l-Artikoli 2, 4, 10 u 11 flimkien tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikoli 161 u 162 tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, emendati bil-Liġi-programm tat-<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar it-taxxa fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv, sa fejn l-imsemmija taxxa tiġi imposta b’mod annwali fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fil-forma ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju fi Stat Membru ieħor u li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju, fuq l-ammont totali tal-ishma tagħhom sottoskritti fil-Belġju mnaqqas bl-ammont tax-xiri mill-ġdid jew tar-rimborsi ta’ tali sottoskrizzjonijiet, bil-konsegwenza li s-somom miġbura fil-Belġju minn tali impriżi ta’ investiment kollettiv jiġu suġġetti għall-imsemmija taxxa sakemm dawn jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-imsemmija impriżi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 sa 55 u 56 sa [60] tat-Trattat KE, jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li Stat Membru jemenda b’mod unilaterali l-kriterju ta’ rabta ta’ taxxa bħal dak previst fl-Artikoli 161 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni sabiex il-kriterju ta’ rabta <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> bbażat fuq ir-residenza tal-persuna taxxabbli u stabbilit mid-dritt fiskali internazzjonali jiġi ssostitwit permezz ta’ allegat kriterju ta’ rabta reali li ma huwiex stabbilit mid-dritt fiskali internazzjonali fid-dawl tal-fatt li sabiex tiġi stabbilita s-sovranità fiskali tiegħu, l-Istat Membru jadotta sanzjoni speċifika bħal dik prevista fl-Artikolu 162(3) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, fir-rigward tal-operaturi barranin biss?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE, jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq, li, sa fejn bl-ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni t-taxxi li diġà huma imposti, fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom, fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor, tirrappreżenta oneru pekunjarju addizzjonali ta’ natura li jxekkel il-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma tagħhom fil-Belġju?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 85/661/KE [...], dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, jekk ikun il-każ moqrija flimkien mal-Artikolu 10 u mat-tieni inċiż tal-Artikolu 293 tat-Trattat KE, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq sa fejn din tippreġudika l-għan prinċipali tad-direttiva li tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni tal-ishma ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv fl-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-oneri amministrattivi maħluqa mill-impożizzjoni ta’ taxxa bħal dik deskritta iktar ’il fuq, fuq l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni sa fejn din id-dispożizzjoni tissuġġetta għal sanzjoni speċifika l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkummerċjalizzaw l-ishma tagħhom fil-Belġju, jiġifieri l-projbizzjoni, ordnata minn qorti, li fil-futur jitqiegħdu ishma fil-Belġju fil-każ li jonqsu milli jissottomettu d-dikjarazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa deskritta iktar ’il fuq?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub kienu ppreżentati minn NN (L) International, mill-Gvern Belġjan u mill-Kummissjoni Ewropea. Il-partijiet li pparteċipaw fl-istadju bil-miktub ippreżentaw sottomissjonijiet orali fis-seduta tat-<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ammissibbiltà tad-domandi rrinvijati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub il-Gvern Belġjan jissottometti li r-raba’, il-ħames u sitt domanda rrinvijati lill-Qorti tal-Ġustizzja huma inammissibbli. Fir-rigward tar-raba’ domanda, il-Gvern Belġjan huwa tal-fehma li d-deċiżjoni tar-rinviju tonqos milli tagħti raġunijiet speċifiċi li għalihom it-taxxa annwali għandha titqies li tmur kontra d-Direttiva 85/611. Dwar il-ħames domanda l-Gvern Belġjan jikkontendi li l-qorti tar-rinviju ma indikat ebda dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi oneri amministrattivi u, barra minn hekk, li ma tat ebda informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni li tirriżulta fir-rigward ta’ IIK barranin. Dan l-aħħar argument isir ukoll mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, għalkemm ma tikkontestax formalment l-ammissibbiltà tad-domanda. Barra dan, il-Gvern Belġjan iqis il-ħames domanda bħala irrilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Fl-aħħar nett, il-Gvern Belġjan isostni wkoll l-inammissibbiltà tas-sitt domanda abbażi li l-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta-tilwima quddiem il-qorti nazzjonali. Hija ma għandhiex rilevanza fuq l-għan tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Barra dan, l-applikazzjoni ta’ sanzjoni kontra NN (L) International fil-futur hija purament ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, reċentement, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pujante Rivera</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑422/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:743">EU:C:2015:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni rrinvijati minn qrati nazzjonali jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi dwar domanda rrinvijata minn qorti nazzjonali biss meta jkun tassew ovvju li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda relazzjoni mal-fatti attwali jew mal-għan tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex quddiemha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi utilment għad-domandi li jkunu sarulha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Filwaqt li napplika dawn il-kriterji għal din il-kawża, jiena tal-opinjoni li l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà tar-raba’ u s-sitt domanda għandhom jiġu miċħuda. Naqbel, madankollu, mal-Gvern Belġjan li l-ħames domanda għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Huwa minnu li r-raba’ domanda, kif ifformulata mill-qorti tar-rinviju, ma tidentifika ebda dispożizzjoni speċifika tad-Direttiva 85/611 li għaliha qed tintalab interpretazzjoni. Tagħmel riferiment biss għad-direttiva bħala tali u għall-għanijiet tagħha. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Haug-Adrion</NAME.CASE> (<NO.CASE>251/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:397">EU:C:1984:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arcaro</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:363">EU:C:1996:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Teckal</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑107/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:562">EU:C:1999:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ČEZ</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑115/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:660">EU:C:2009:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, meta domandi ma jkunux ifformulati bi kliem preċiż, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li toħroġ mill-informazzjoni kollha mogħtija lilha mill-qorti nazzjonali u mill-proċess tat-tilwima fil-kawża prinċipali l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jkun jeħtiġilhom interpretazzjoni, meqjus is-suġġett tat-tilwima. F’din il-kawża, il-fatt li d-domanda tagħmel biss riferiment ġenerali għad-Direttiva 85/611 ma jostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jkunu jistgħu jgħinuha biex tiddeċiedi dwar il-kawża li hija adita biha. .</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitt domanda, ma jistax jiġi sostnut li hija irrilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. NN (L) International tikkontesta fil-proċeduri fil-kawża prinċipali l-legalità tal-Artikolu 160 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, jiġifieri, id-dispożizzjonijiet li għandhom is-sistema applikabbli għat-taxxa annwali skont id-dritt Belġjan. Il-qorti tar-rinviju qiegħda, għalhekk, tintalab tagħti deċiżjoni f’tilwima li tikkonċerna l-legalità tas-sistema fiskali annwali, inklużi s-sanzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu imposti fuq IIK mhux residenti skont l-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni. Din id-domanda ma tistax, għalhekk, titqies li hija ipotetika jew li ma għandhiex rilevanza għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-fatt li ma kinux imposti sanzjonijiet stabbiliti mid-dritt nazzjonali fuq il-fatti speċifiċi ta’ kawża ma ostakolax lill-Qorti tal-Ġustizzja milli fil-passat tagħti risposta għal domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>P u S</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:369">EU:C:2015:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-konklużjonijiet tiegħu f’din il-kawża, l-Avukat Ġenerali Szpunar qal li kien evidenti kemm mid-digriet tar-rinviju kif ukoll mill-osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet li ma kienet imposta ebda multa fuq ir-rikorrenti (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑579/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:39">EU:C:2015:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja sikwit kellha tħabbat wiċċha ma’ domandi li kellhom elementi li kienu jagħmlu riferiment għal ġrajjiet inċerti jew għal sitwazzjonijiet li jseħħu eventwalment u ddikjarat li dawn id-domandi kienu ammissibbli sakemm kellhom interess għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, u b’analoġija, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X u Y</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:566">EU:C:1999:566</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bosman</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:463">EU:C:1995:463</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’mod metaforiku, jekk il-mertu tat-tilwima jkun attwali u reali, il-qorti tar-rinviju għandha tkun intitolata tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ dak il-mertu. Dan huwa minnu <HT TYPE="ITALIC">a fortio</HT>ri jekk dawn l-implikazzjonijiet ikunu inċiżivi, bħal fil-każ ta’ sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, għandhom jiġu miċħuda l-argumenti tal-Gvern Belġjan dwar l-ammissibbiltà tar-raba’ u s-sitt domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-ħames domanda tippreżenta sitwazzjoni differenti. Skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mulders</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑548/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:249">EU:C:2013:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u konformement mal-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħtieġa li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din il-qorti tiddefinixxi l-kuntest fattwali u legali tad-domandi magħmula minnha jew li, minn tal-inqas, tispjega ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom ikunu bbażati dawn id-domandi. L-informazzjoni li jkun hemm fid-deċiżjoni tar-rinviju għandha sservi mhux biss sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti risposti utli, iżda wkoll sabiex tippermetti lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lil partijiet interessati oħra jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mlamali</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑257/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ma hemm xejn fid-digriet tar-rinviju li jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tidentifika eżatt x’suppost huma dawn l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>oneri amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> msemmija mill-qorti nazzjonali fil-ħames domanda. L-istess inċertezza hija riflessa fl-osservazzjonijiet tal-partijiet: il-Gvern Belġjan jippreżumi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>oneri amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jirreferi għall-obbligu tal-preżentata ta’ dikjarazzjoni fiskali<?PAGE NO="7"?> mal-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni taqbel ma’ din is-suppożizzjoni. Min-naħa l-oħra, NN (L) International, li ma tesprimi ebda opinjoni dwar din il-kwistjoni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, qalet fil-qosor fis-seduta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>oneri amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-ispejjeż interni għall-ġbir tal-informazzjoni rilevanti dwar l-identità u l-post ta’ residenza ta’ titulari ta’ unitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kollox ma’ kollox, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex quddiemha la l-kuntest fattwali u lanqas dak leġiżlattiv sabiex tanalizza l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>oneri amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Il-partijiet ma analizzawx korrettement din il-kwistjoni. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li jiena nemmen li l-ħames domanda għandha tiġi ddikjarata bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni tad-domandi magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Qabel kollox, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell, Brussell) għamlet is-sitt domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja qabel ma tiddeċiedi dwar il-klassifika tat-taxxa għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja. Il-Qorti tal-Ġustizzja, għalhekk, ma hijiex qiegħda tintalab toffri interpretazzjoni dwar il-klassifika tat-taxxa annwali. L-analiżi li qed issir tat-taxxa f’dawn il-konklużjonijiet biex tiġi ddeterminata l-kompatibbiltà tagħha mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni ma tippreġudikax id-determinazzjoni tan-natura tat-taxxa għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar it-Taxxa Doppja. Dan huwa kompitu tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni fil-mertu tad-domandi rrinvijati hija kif ġej: fl-ewwel lok, ser nindirizza l-kompatibbiltà tat-taxxa annwali mad-dritt derivat tal-Unjoni (l-ewwel u r-raba’ domanda). Fit-tieni lok, ser nanalizza t-taxxa annwali dwar il-kompatibbiltà mad-dritt primarju, jiġifieri, il-libertajiet fundamentali stabbiliti mit-Trattati (it-tieni u t-tielet domanda). Fit-tielet lok, ser inqis is-sanzjonijiet speċifiċi imposti biss fuq IIK barranin u l-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt primarju tal-Unjoni (is-sitt domanda).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda: id-Direttiva 69/335</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell, Brussell) tistaqsi jekk l-Artikoli 2, 4, 10 u 11 tad-Direttiva 69/335 għandhomx jiġu interpretati bħala li jipprekludu l-ġbir ta’ taxxa fuq IIK barranin, bħalma hija t-taxxa annwali Belġjana. Il-partijiet kollha li ssottomettew osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jaqblu li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fin-negattiv minħabba li d-Direttiva 69/335 ma tapplikax għat-taxxa annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Naqbel ma din il-perspettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva 69/335 huwa li jitneħħew taxxi indiretti, minbarra d-dazju kapitali, li għandhom l-istess karatteristiċi bħal ta’ dan id-dazju, jiġifieri dawk applikati għat-tranżazzjonijiet koperti minn din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Optiver <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑22/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:143">EU:C:2005:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-bażi tat-taxxa annwali jikkonsisti fl-ammonti netti investiti fil-Belġju sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. Huwa evidenti mix-xogħlijiet parlamentari msemmija fl-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Belġjan li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ammonti netti investiti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandu jinftiehem bħala li jagħmel riferiment għall-assi totali ta’ IIK, bit-tnaqqis tal-għadd ta’ riakkwisti.<?PAGE NO="8"?> Il-kunċett ta’ ammonti investiti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>fil-Belġju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jagħmel riferiment għal trasferimenti (sottoskrizzjonijiet, bejgħ) magħmula fil-Belġju permezz ta’ istituzzjoni finanzjarja intermedjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Chambre des représentants de Belgique, Projet de loi-programme, 2003-2004, 51-0473/001, p. 157.</P></NOTE>. Il-Gvern Belġjan josserva wkoll li l-valur nett tal-assi ta’ IIK huwa influwenzat ukoll minn fatturi bħall-għadd ta’ sottoskrizzjonijiet, rimborsi u djun, bidliet fil-valur ta’ assi , dħul u spejjeż sottostanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa ċar li taxxa bħal din ma taqa’ f’ebda wieħed mit-tipi ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għal dazju kapitali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 69/335. Kif diġà ġie indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, dawn it-tranżazzjonijiet kollha jinvolvu t-trasferiment ta’ kapital jew assi lil kumpannija ta’ kapital fl-Istat Membru li jiġbor it-taxxa, jew jirriżultaw f’żieda effettiva fil-kapital jew fl-assi tal-kumpannija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nonwoven</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑4/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:507">EU:C:1998:507</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bl-istess mod it-taxxa annwali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni stabbilita mill-Artikolu 10 tad-direttiva, sa fejn ma tikkorrispondix għal ebda waħda mit-tranżazzjonijiet taxxabbli elenkati fl-Artikolu 4 li għalihom jagħmel riferiment l-Artikolu 10(a) u (b) tad-direttiva. Bl-istess mod it-taxxa annwali ma hijiex konnessa ma’ reġistrazzjoni jew ma’ xi formalità oħra meħtieġa qabel il-bidu ta’ negozju, skont l-Artikolu 10(c) tad-direttiva. Fl-aħħar nett, it-taxxa annwali wkoll ma hijiex relatata ma’ ebda waħda mill-operazzjonijiet koperti mill-Artikolu 11 tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa, għalhekk, evidenti li t-taxxa annwali ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva 69/335. Id-Direttiva 69/335 ma hijiex, għalhekk, applikabbli għall-każ li hija adita biha l-qorti tar-rinviju. Għalhekk nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fin-negattiv: id-Direttiva tal-Kunsill 69/335, ma tipprekludix il-ġbir ta’ taxxa fuq IIK stabbiliti fi Stat Membru ieħor bħalma hija t-taxxa annwali fuq IIK inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-raba’ domanda: id-Direttiva 85/611</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tfittex li taċċerta ruħha dwar jekk id-Direttiva 85/611 għandhiex tiġi interpretata bħala li tipprekludi l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħat-taxxa annwali, minħabba li tippreġudika l-għan ewlieni tad-Direttiva 85/611 li tiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>IIKTT<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Dwar din il-kwistjoni NN (L) International issostni li t-taxxa annwali timpedixxi t-twettiq tal-għanijiet tad-Direttiva 85/611. Għall-kuntrarju, il-Gvern Belġjan jissottometti li d-Direttiva 85/611 tħalli s-setgħat tal-Istati Membri mhux mittiefsa fil-qasam tat-tassazzjoni. Bl-istess mod il-Kummissjoni ssostni li d-Direttiva 85/611 ma fiha ebda dispożizzjoni fiskali u, għalhekk, ma għandha ebda rilevanza għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Naqbel mal-fehma espressa mill-Kummissjoni u mill-Gvern Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/611 tikkoordina l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw IIKTT. L-għan tagħha huwa li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv fl-Unjoni Ewropea. Il-livell ta’ koordinazzjoni maħsub mid-direttiva huwa, madankollu, limitat. Hija tistabbilixxi biss regoli bażiċi komuni dwar l-awtorizzazzjoni, is-sorveljanza, l-istruttura u l-attivitajiet ta’ IIKTT fl-Istati Membri, kif ukoll l-informazzjoni li huma għandhom jippubblikaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-premessi 2, 3 u 4 tad-Direttiva 85/611.</P></NOTE>. B’mod partikolari, id-Direttiva 85/611 kienet adottata abbażi tal-Artikolu 57(2) tat-Trattat KEE (li sar, wara li kien emendat, l-Artikolu 53 TFUE). Dan tal-aħħar ma jirrigwardax it-tassazzjoni ta’ IIKTT mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 44 tad-Direttiva 85/611 jgħid li IIKTT li jqiegħdu fis-suq l-unitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi fis-seħħ f’dawn l-Istati Membri li ma jaqgħux fil-qasam irregolat minn din id-direttiva. Barra minn dan, skont l-Artikolu 44(3) tad-direttiva, tali dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri mingħajr diskriminazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tad-direttiva jfakkar fil-projbizzjoni ġenerali u superjuri tad-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta’ inkorporazzjoni. Madankollu ma jistax jinftiehem bħala li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tad-Direttiva 85/611.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-Artikolu 44 għandu jinqara fil-kuntest tad-Direttiva 85/611 kollha kemm hi: billi l-koordinazzjoni stabbilita minn din id-direttiva hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ kontroll mill-pajjiż ta’ oriġini u tar-rikonoxximent reċiproku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gruslin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑88/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:79">EU:C:2014:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Artikolu 44(1) jirrikonoxxi u jippreserva s-setgħat ta’ Stati Membri ospitanti fl-oqsma li ma jkunux koperti mid-direttiva. F’dan l-isfond l-Artikolu 44 jista’ jinftiehem l-aħjar bħala li jikkonferma s-setgħat tal-Istat Membru f’dawk l-oqsma kollha li ma jkunux koperti espressament mid-direttiva, inkluża t-tassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u prinċipalment, minkejja l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 44(1), ir-regola tan-nondiskriminazzjoni li hemm fl-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 85/611, li għaliha NN (L) International tagħmel riferiment, tista’ titqies bħala dikjarazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni diġà pprovdut fit-Trattati. Għalhekk, l-analiżi dwar jekk it-taxxa annwali u s-sanzjoni speċifika għal IIK mhux residenti tinvolvix diskriminazzjoni għandha minflok issir fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat b’rabta mal-libertajiet fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 85/611, għalhekk, ma tistax tiġi invokata utilment f’din il-kawża. L-obbligu ġenerali u, skont id-definizzjoni, pjuttost astratt, ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 10 TKE (issostitwit, essenzjalment, bl-Artikolu 4(3) TUE), ma jbiddilx din il-konklużjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, għal dan il-fini, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Deutsche Grammophon Gesellschaft</NAME.CASE> (<NO.CASE>78/70</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:59">EU:C:1971:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Riseria Geddo</NAME.CASE> (<NO.CASE>2/73</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:89">EU:C:1973:89</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Levy u Sebbag</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:581">EU:C:2012:581</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>3M Italia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑417/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:184">EU:C:2012:184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Lanqas ma jbiddilha l-Artikolu 293 TKE (abrogat bit-Trattat ta’ Lisbona). Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex maħsuba li tistabbilixxi regola legali direttament applikabbli bħala tali, iżda sempliċement tfassal il-qafas ta’ negozjati li l-Istati Membri għandhom jidħlu fihom ma’ xulxin sakemm ikun meħtieġ. F’din il-linja ta’ argumentazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament qalet li, anki jekk it-tneħħija ta’ taxxa doppja tkun inkluża fost l-għanijiet tat-Trattat, din id-dispożizzjoni fiha nfisha ma tistax tagħti drittijiet, lil individwi li jkunu jistgħu jinvokawhom fuqhom quddiem il-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Levy u Sebbag</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:581">EU:C:2012:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalhekk nipproponi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għar-raba’ domanda għandha tkun li d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli għandha tiġi interpretata bħala li ma tipprekludix l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħat-taxxa annwali fuq IIK inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet domanda: il-kompatibbiltà tat-taxxa annwali mal-libertajiet fundamentali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domanda, li nqis xieraq li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-impożizzjoni tat-taxxa annwali fuq IIK barranin hijiex prekluża mid-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat li jikkonċernaw il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi u l-moviment liberu tal-kapital, moqrija flimkien mal-Artikoli 10 u 293 KE. Id-dubji tal-qorti tar-rinviju ġejjin, b’mod partikolari, mill-fatt li l-awtoritajiet Belġjani bidlu l-kriterju tat-tassazzjoni li qabel kien ibbażat fuq ir-residenza ta’ min iħallas it-taxxa ma’ kriterju bbażat fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>konnessjoni attwali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Barra dan, l-awtoritajiet Belġjani introduċew sanzjoni speċifika applikabbli biss għal operaturi barranin.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-libertà applikabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tagħmel riferiment fid-domandi tagħha għall-Artikoli 49 sa 55 u għall-Artikoli 56 sa 60 TKE (illum l-Artikoli 56 sa 62, l-Artikoli 63 sa 66 u l-Artikolu 75 TFUE), mingħajr ma tispeċifika kif kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet hija applikabbli għall-każ fil-kawża prinċipali. Madankollu, kif tinnota l-Kummissjoni, jidher li d-dispożizzjonijiet rilevanti li kienu applikabbli fiż-żmien rilevanti huma l-Artikoli 49, 56 u 58 TKE (illum l-Artikoli 56, 63 u 65 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi ddeterminat f’liema kamp ta’ applikazzjoni ta’ libertà fundamentali taqa’ l-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jitqies l-għan tal-leġiżlazzjoni kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑35/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:707">EU:C:2012:707</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wagner-Raith</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑560/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:347">EU:C:2015:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxi taxxa annwali fuq IIK abbażi tal-valur nett tal-assi tagħhom immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet sottoskritti fl-Istat Membru li jkun qiegħed jintaxxa. It-taxxa annwali tista’, għalhekk, titqies li tkun tista’ tfixkel kemm il-moviment liberu tal-kapital, kif ukoll il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-miżura kkontestata inkwistjoni b’rabta ma’ waħda biss minn dawn il-libertajiet, jekk ikun jidher li waħda minnhom tkun għalkollox sekondarja għall-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dijkman u Dijkman-Lavaleije</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑233/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:397">EU:C:2010:397</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fidium Finanz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:631">EU:C:2006:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Sabiex tagħmel din l-analiżi, fin-nuqqas ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ “moviment ta’ kapital’ fit-Trattat KE, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Anness I tad-Direttiva 88/361<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE> għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (abrogat mit-Trattat ta’ Amsterdam) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10).</P></NOTE> għandu lista mhux eżawrjenti li hija ta’ valur indikattiv minħabba li tiċċita tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu l-moviment ta’ kapital<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wagner-Raith</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑560/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:347">EU:C:2015:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għall-finijiet ta’ din il-kawża, tajjeb jiġi nnotat li l-akkwist minn residenti ta’ unitajiet ta’ impriżi barranin innegozjati jew mhux innegozjati f’borża jinsab elenkat fost il-movimenti ta’ kapital imsemmija fit-parti A tas-Taqsima IV ta’ dak l-Anness, li espliċitament tagħmel riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[o]perazzjonijiet [tranżazzjonijiet] f’unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VBV ‑ Vorsorgekasse</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑39/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:327">EU:C:2012:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wagner-Raith</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑560/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:347">EU:C:2015:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’din il-kawża huwa evidenti li t-taxxa annwali hija marbuta mal-akkwist minn residenti ta’ unitajiet ta’ investiment kollettiv fis-sens tan-nomenklatura li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 88/361. Għalhekk, kif NN (L) International issottomettiet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, it-taxxa annwali tista’ titqies li tikkonċerna primarjament il-moviment liberu tal-kapital<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandi</HT>, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wagner-Raith</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:347">EU:C:2015:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena tal-fehma li, fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, għall-finijiet tal-analiżi tal-kompatibbiltà tat-taxxa annwali mat-Trattati, l-analiżi predominanti għandha tkun tal-moviment liberu tal-kapital milli tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Wieħed jista’ jżid li l-analiżi mill-aspett tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi ma twassalx għal konklużjoni differenti fid-dawl tal-uniformità metodoloġika tal-analiżi li jkollha ssir skont dawk il-libertajiet fundamentali. Ara, dwar dan, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gebhard</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑55/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:411">EU:C:1995:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal eżami konġunt ta’ miżuri nazzjonali skont l-Artikoli 21, 45 , 49 , 56 u 63 TFUE, ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Libert <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑197/11 u C‑203/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:288">EU:C:2013:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Ara wkoll, dwar il-libertà tal-istabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Columbus Container Services</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑298/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:754">EU:C:2007:754</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑374/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:773">EU:C:2006:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk it-taxxa tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>NN (L) International issostni li l-fattur ta’ konnessjoni użat mil-leġiżlazzjoni Belġjana applikabbli jinjora l-kriterji aċċettati internazzjonalment għal tassazzjoni. Barra dan, il-konvenuta tissottometti li t-taxxa annwali timplika restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital. Dan huwa minħabba li hija timponi oneru finanzjarju fuq IIK li jista’ jaffettwa l-profitti ta’ titulari ta’ unitajiet. Għalhekk fil-fehma tal-konvenuta, it-taxxa annwali tista’ tfixkel jew tillimita IIK barranin milli jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju, partikolarment meta jitqies li IIK ibbażati fil-Lussemburgu huma diġà suġġetti għal taxxa ta’ sottoskrizzjoni f’dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni, madankollu, issostni li t-taxxa annwali ma tikkostitwixxix trattament diskriminatorju <HT TYPE="ITALIC">per se</HT> minħabba li l-IIK Belġjani huma suġġetti għall-istess trattament fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Il-Kummissjoni tirriżerva l-pożizzjoni tagħha dwar ir-rata ta’ taxxa applikabbli għal ċerti IIK skont l-Artikolu 161b(5), li fir-rigward tiegħu hija ħabbret l-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri ta’ ksur (http://europa.eu/rapid/press-release_IP-14-1144_en.htm). Din id-dispożizzjoni ma hijiex, madankollu, indirizzata mill-qorti nazzjonali u, għalhekk, tibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-kawża.</P></NOTE>. Il-Gvern Belġjan jargumenta li jeħtieġ li jiġi rrikonoxxut il-prinċipju ta’ sovranità ta’ Stat Membru fil-qasam tat-tassazzjoni u jfakkar li taxxa doppja hija konsegwenza tal-eżerċizzju simultanju tas-sovranità fiskali tagħhom. Barra dan, l-għan kollu tal-applikazzjoni tat-taxxa annwali fuq IIK barranin huwa preċiżament li jiġi żgurat li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fost il-prodotti ta’ investiment differenti fis-suq Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi enfasizzat li t-tassazzjoni ta’ IIK ma hijiex armonizzata fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt it-tassazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija diverġenti kunsiderevolment sa ċertu punt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, pereżempju, Adema, R., <HT TYPE="ITALIC">UCITS and Taxation. Towards Harmonization of the Taxation of UCITS</HT>, Kluwer Law International 2009.</P></NOTE>. Meta titqies din ir-realtà, il-punt tat-tluq, kif ukoll il-punt ta’ gwida ewlieni tal-analiżi għandhom ikunu l-għarfien li t-tassazzjoni ta’ IIK taqa’ fil-kompetenza tal-Istati Membri u li, loġikament, ikun hemm differenzi bejn Stat Membru u ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, kif stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑253/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:795">EU:C:2011:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, hemm limitu għal dan l-aspett tal-kompetenza tal-Istati Membri: ir-regoli ta’ taxxa nazzjonali ma jistgħux jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-libertajiet fundamentali. Il-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 56(1) KE (illum l-Artikolu 63(1) TFUE) jiġifieri dawk li jikkostitwixxu restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ kapital, jinkludu dawk li jistgħu jiskuraġġixxu lil persuni mhux residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew jiskuraġġixxu lil residenti ta’ dak l-Istat Membru milli jagħmlu hekk fi Stati oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Caster</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-326/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Meta applikat dawn il-prinċipji fil-qasam speċifiku tat-tassazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja sikwit sabet restrizzjoni pprojbita mill-Artikolu 56(1) KE f’każijiet fejn il-miżuri nazzjonali kienu jimplikaw trattament differenti ta’ residenti u mhux residenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Għal ġurisprudenza reċenti, ara pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Grünewald</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:109">EU:C:2015:109</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bouanich</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑375/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:138">EU:C:2014:138</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DMC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑164/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:20">EU:C:2014:20</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>);u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van Caster</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2269">EU:C:2014:2269</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, meta r-regola tat-taxxa ma kienet tagħmel ebda distinzjoni bejn persuni taxxabbli meqjusa li kienu f’sitwazzjonijiet komparabbli u ma kienet timplika ebda żvantaġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Viacom Outdoor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑134/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:94">EU:C:2005:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ċaħdet l-eżistenza ta’ tali restrizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑686/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:375">EU:C:2015:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Columbus Container Services</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑298/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:754">EU:C:2007:754</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kerckhaert u Morres</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑513/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:713">EU:C:2006:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, jidher li l-leġiżlazzjoni nazzjonali hija, kif issottomettiet il-Kummissjoni, applikata mingħajr distinzjoni għal IIK residenti u mhux residenti. Barra dan, l-applikazzjoni tat-taxxa annwali ma tirriżultax f’IIK barranin iġorru fl-aħħar mill-aħħar oneru ta’ taxxa itqal fil-Belġju minn dak li jġorru IIK Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>NN (L) International tikkontendi, madankollu, li l-applikazzjoni tat-taxxa annwali għal IIK barranin tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita minħabba li s-sitwazzjonijiet ta’ IIK residenti u mhux residenti, li ma humiex f’sitwazzjonijiet komparabbli, jiġu ttrattati b’mod indaqs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ma naqbilx ma’ din il-fehma. Ċertament, huwa minnu li fuq livell ġenerali, sa minn żmien Aristotlu mill-inqas, jitqies li jkun hemm inġustizzja mhux biss meta sitwazzjonijiet simili jiġu ttrattati b’mod differenti, iżda wkoll meta sitwazzjonijiet oġġettivament differenti jiġu ttrattati l-istess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><HT TYPE="ITALIC">Aristotle’s Nicomachean Ethics. A New Translation</HT>, Bartlett, R. C., u Collins, S. D. (University of Chicago Press, 2011), Book V.3. 1131a20.</P></NOTE>. Il-problema hija li fuq livell konkret, u f’dan il-każ partikolari ma jiniex konvint bl-argumenti mressqa minn NN (L) International li jissuġġerixxu li s-sitwazzjonijiet ta’ IIK barranin u Belġjani ma humiex komparabbli fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa annwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ċertament, skont ġurisprudenza stabbilita fil-qasam tat-tassazzjoni diretta bħalma hija t-taxxa fuq id-dħul u t-taxxa fuq il-ġid, fejn differenzi oġġettivi bejn persuni taxxabbli jista’ jkollhom rilevanza, residenti u mhux residenti fl-Istat tat-tassazzjoni sikwit kienu jitqiesu bħala li ma kinux f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ ċerti vantaġġi u sistemi fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Kif dan l-aħħar l-Avukat Ġenerali Wathelet enfasizza fil-konklużjonijiet tiegħu <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Timac Agro Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:533">EU:C:2015:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), każijiet fejn in-nuqqas ta’ komparabbiltà bejn residenti u mhux residenti wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tqis trattament differenzjali bħala li ma kienx diskriminatorju kienu ftit ħafna. Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schumacker</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑279/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:31">EU:C:1995:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>D.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑376/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:424">EU:C:2005:424</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Truck Center</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑282/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:762">EU:C:2008:762</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Madankollu dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ sistemi oħra ta’ taxxa li ma jqisux id-differenzi oġġettivi bejn persuni taxxabbli. Ara, dwar dan, is-sentenzi Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑250/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:793">EU:C:2011:793</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u Il-<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs L-Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑253/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:795">EU:C:2011:795</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu dan ir-raġunament ma jistax jiġi estiż tant li jiġġustifika trattament differenzjali universali bejn operaturi residenti u mhux residenti, sabiex b’hekk l-Istati Membri jiġu mġiegħla jfasslu sistema fiskali speċjali għal persuni mhux residenti. Għalhekk, sabiex jiġi aċċertat jekk is-sitwazzjonijiet ta’ persuni residenti u mhux residenti li jħallsu t-taxxa jkunux komparabbli, jeħtieġ li jiġu analizzati s-sitwazzjonijiet oġġettivi tagħhom fid-dawl tal-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-iskema tat-taxxa inkwistjoni. Il-leġiżlazzjoni Belġjana tissuġġetta l-valur nett tal-assi ta’ IIK ikkummerċjalizzati fit-territorju tagħha fis-sena kalendarja preċedenti għall-istess tip ta’ taxxa. L-impriżi domestiċi u barranin li jkunu jagħmlu l-istess attività ekonomika huma, għalhekk suġġetti għall-istess kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-element li fuqu NN (L) International tibbaża sabiex targumenta li s-sitwazzjonijiet ta’ IIK barranin u Belġjani ma humiex komparabbli huwa l-fatt li IIK residenti fil-Lussemburgu huma diġà suġġetti għal taxxa ta’ sottoskrizzjoni f’dan l-Istat Membru. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddeċidiet li l-iżvantaġġi li joħorġu mill-eżerċizzju parallel ta’ kompetenzi fiskali minn Stati Membri differenti ma jikkostitwixxux restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment tant li tali eżerċizzju ma huwiex diskriminatorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, dwar dan, pereżempju s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kerckhaert u Morres</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑513/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:713">EU:C:2006:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banco Bilbao Vizcaya Argentaria</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑157/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:813">EU:C:2011:813</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Damseaux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:471">EU:C:2009:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, Stati Membri ma humiex obbligati jadattaw is-sistemi fiskali tagħhom għal dawk ta’ Stati Membri oħra sabiex ineħħu taxxa doppja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Block</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑67/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:92">EU:C:2009:92</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑302/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:756">EU:C:2013:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Damseaux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:471">EU:C:2009:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ tassazzjoni ta’ attività ekonomika fit-territorju tal-Belġju, IIK domestiċi u barranin huma għalkollox komparabbli. L-unika differenza hija fir-rigward tal-qasam li tħalla barra espressament: l-eżerċizzju parallel ta’ setgħat ta’ intaxxar tal-Istati Membri. B’hekk, fl-opinjoni tiegħi, is-sistema fiskali kontenzjuża ma tistax tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, filwaqt li jitfakkru l-argumenti diġà mressqa fil-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-użu tal-Artikolu 10 KE (issostitwit, sostanzjalment, bl-Artikolu 4(3) TUE) u bl-Artikolu 293 KE (abroga bit-Trattat ta’ Lisbona) ma jistax iwassal għal konklużjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għalhekk nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta għat-tieni u t-tielet domanda billi tiddikjara li l-Artikolu 56(1) KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta IIK residenti u mhux residenti għal taxxa annwali abbażi tal-ammonti netti sottoskritti fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Is-sanzjoni speċifika applikabbli għal IIK barranin biss</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt domanda tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikoli 49, 56 u 58 KE għandhomx jiġi interpretati bħala li jipprekludu l-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni. Din id-dispożizzjoni timponi sanzjoni speċifika fuq IIK stabbiliti fi Stat Membru ieħor li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju: jekk jonqsu milli jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tad-dħul tagħhom fiż-żmien preskritt jew jekk jonqsu milli jħallsu t-taxxa annwali, huma jistgħu jiġu pprojbiti b’ordni ta’ qorti, milli jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fil-Belġju fil-futur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>NN (L) International u l-Kummissjoni jissottomettu li s-sanzjoni imposta mill-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq il-post ta’ stabbiliment, minħabba li ma teżistix sanzjoni simili għal IIK Belġjani. Il-Kummissjoni qalet fis-seduta li kien biħsiebha tibda proċeduri ta’ ksur dwar din il-kwistjoni. Għall-kuntrarju l-Gvern Belġjan jikkontendi li teżisti sanzjoni ekwivalenti għal IIK nazzjonali. Huwa l-Artikolu 133<HT TYPE="ITALIC">b</HT> tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni li jistabbilixxi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-possibbiltà li jingħalqu l-istabbilimenti ta’ impriża jekk maniġer, membru jew impjegat ta’ dik l-impriża jkun instab ħati ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni. Il-Gvern Belġjan ikkonferma fis-seduta li s-sanzjonijiet tal-Artikolu 133<HT TYPE="ITALIC">ter</HT> jistgħu jiġu applikati wkoll għal IIK barranin. Madankollu, skont il-Gvern Belġjan, huwa diffiċli ħafna li jiġu infurzati dawn is-sanzjonijiet jew oħrajn bħalhom, bħal sanzjonijiet pekunjarji, kontra IIK barranin. Għal din ir-raġuni tqieset li kienet meħtieġa sanzjoni speċifika għal IIK barranin. Dan il-Gvern jikkontendi wkoll li t-trattament differenti għal IIK Belġjani u barranin huwa permess skont l-Artikolu 58 KE u huwa ġġustifikat minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta’ kontroll fiskali u l-irkupru tat-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Is-sanzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni tagħti lil qrati s-setgħa li jipprojbixxu IIK stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jwettqu l-attivitajiet tagħhom fil-Belġju, anki jekk ikunu jistgħu legalment ikomplu bl-istess attivitajiet fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom. Għal din ir-raġuni s-sanzjoni speċifika imposta mill-Belġju fuq IIK barranin biss għandha x’aktarx tiġi eżaminata fid-dawl tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi stabbilita bl-Artikolu 49 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Liga Portuguesa de Futebol Profissional</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:519">EU:C:2009:519</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, jiġifieri, is-sanzjoni applikabbli għal IIK barranin, u s-sanzjonijiet tal-Artikolu 133<HT TYPE="ITALIC">ter</HT> tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, jiġifieri dawk ġeneralment applikabbli, huma differenti fir-rigward tan-natura u l-gravità tagħhom. F-ewwel lok, is-sanzjonijiet tal-Artikolu 133<HT TYPE="ITALIC">ter</HT> tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni jistgħu jiġu imposti biss wara li ċerti persuni jkunu nstabu ħatja ta’ ksur frawdolenti tal-kodiċi. B’kuntrast ma’ dan, sabiex tiskatta s-sanzjoni prevista fl-Artikolu 162(2), ma tkunx meħtieġa l-intenzjoni (frodi) — jidher li n-negliġenza tkun biżżejjed. Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tas-sanzjonijiet, l-Artikolu 133<HT TYPE="ITALIC">ter</HT> jipprovdi li s-sanzjonijiet li hemm f’dan l-artikolu jistgħu jiġu imposti biss, wara sentenza finali ta’ qorti, għal tul ta’ bejn tliet xhur u ħames snin. Madankollu dan ma huwiex il-każ dwar kemm iddum is-sanzjoni li tista’ tiġi imposta skont l-Artikolu 162(2), li għaliha ma hemmx limitu ta’ żmien legali. IIK barranija tista’, għalhekk, tiġi pprojbita milli tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fil-Belġju għal tul indefinit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa manifest li dawn iż-żewġ sistemi ta’ sanzjonijiet huma differenti kunsiderevolment fir-rigward tat-tip ta’ mġiba li huma jirrendu kriminali, kif ukoll tas-severità u tat-tul tal-projbizzjonijiet li jimponu. Konsegwentement, is-sanzjoni msemmija fl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni timplika differenza fit-trattament biss abbażi tal-post ta’ stabbiliment. Għalhekk, hija tammonta għal diskriminazzjoni diretta li hija kontra l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Eżami tad-dispożizzjonijiet nazzjonali Belġjani mill-perspettiva tal-moviment liberu tal-kapital, fir-rigward b’mod partikolari tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 58 KE, li l-Gvern Belġjan jinvoka, ma jwassalx għal konklużjoni differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-Artikolu 58(1)(a) TKE jgħid li l-Artikolu 56 KE huwa bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi fiskali tagħhom li jiddistingwu bejn dawk li jħallsu t-taxxa li ma jkunux fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tal-post ta’ residenza tagħhom. Madankollu, skont l-Artikolu 58(3) TKE, il-miżuri nazzjonali li għalihom din id-dispożizzjoni tagħmel riferiment, ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital. Huwa minnu li tali miżuri jistgħu jkunu ġġustifikati minn raġuni tassew importanti fl-interess pubbliku. Madankollu huma ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet invokati mill-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑478/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:497">EU:C:2000:497</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, sanzjoni li potenzjalment tkun illimitata fiż-żmien ikollha, min-natura tagħha stess, diffikultajiet serji biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-proporzjonalità, b’mod partikolari l-element tan-neċessità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet nissuġġerixxi li l-Artikolu 49 KE fil-fatt jipprekludi sanzjoni bħal dik ipprovduta bl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, li tikkonsisti fi projbizzjoni potenzjali, b’ordni ta’ qorti, fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru fil-futur, li tkun applikabbli biss għal IIK barranin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nirrakkomanda lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi rrinvijati lilha mill-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell ta’ Brussell) kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Id-Direttiva tal-Kunsill 69/335, tas-<DATE ISO="19690717">17 ta’ Lulju 1969</DATE>, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital ma tipprekludix il-ġbir ta’ taxxa fuq IIK stabbiliti fi Stat Membru ieħor, bħat-taxxa annwali fuq IIK inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</P><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli għandha tiġi interpretata bħala li ma tipprekludix l-impożizzjoni ta’ taxxa, bħat-taxxa annwali fuq IIK inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</P><P>L-Artikolu 56(1) KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lil IIK residenti u mhux residenti għal taxxa annwali abbażi tal-ammonti netti sottoskritti fit-territorju tiegħu.</P><P>L-Artikolu 49 KE fil-fatt jipprekludi sanzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 162(2) tal-Kodiċi Belġjan tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, li tkun tikkonsisti fi projbizzjoni potenzjali, b’ordni ta’ qorti, dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ unitajiet fit-territorju ta’ Stat Membru fil-futur, li tkun applikabbli biss għal IIK barranin.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>