|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2636 |
9.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2636
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194 rigward ir-responsabbiltajiet tal-operaturi professjonisti u l-mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ ta’ Clavibacter sepedonicus (Spieckermann & Kotthoff 1914) Nouioui et al. 2018
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a) sa (h) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1194 (2) jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tal-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann & Kotthoff 1914) Nouioui et al. 2018 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194, pjanti speċifikati deżinjati bħala infettati mill-pest speċifikat ma għandhomx jitħawlu. L-awtorità kompetenti trid tiżgura li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew jintremew b’xi mod ieħor, dment li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli li jinfirex il-pest speċifikat. |
|
(3) |
Peress li l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jaċċedu faċilment il-postijiet rispettivi kollha, dawk il-miżuri jistgħu jitwettqu b’mod aktar effettiv mill-operaturi professjonisti, taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti, milli mill-awtoritajiet kompetenti nnifishom. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 3(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jwettqu stħarriġiet annwali bbażat fuq ir-riskju għall-preżenza ta’ dak il-pest u jridu jirrappurtaw kull sena r-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri jridu jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament biex jirrappurtaw dawk ir-riżultati. |
|
(5) |
Waqt l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194, ġie nnutat li dan il-mudell jenħtieġ li jiġi emendat biex jittejbu l-użu prattiku u l-effikaċja tiegħu. |
|
(6) |
B’mod partikolari, ir-rapportar tad-data dwar il-kampjunar tat-tuberi għajr it-tuberi għat-taħwil u għajr il-patata għall-konsum u għall-ipproċessar, ma jipprovdi l-ebda informazzjoni notevoli għall-fini tal-istħarriġ. |
|
(7) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jkun ċar jekk l-ittestjar fil-laboratorju sarx mill-kampjunar tat-tuberi maħżuna jew tat-tuberi matul l-ispezzjoni viżivi tal-għelejjel li qed jikbru. |
|
(8) |
L-għadd ta’ spezzjonijiet viżivi pożittivi jista’ jiġi rreġistrat biss wara li jinkisbu r-riżultati mill-ittestjar fil-laboratorju. Għalhekk, jenħtieġ li l-kolonna rispettiva tiġi trasferita taħt it-taqsimiet dwar it-testijiet fil-laboratorju. |
|
(9) |
Matul l-ispezzjonijiet viżivi jittieħdu kampjuni sintomatiċi u asintomatiċi. L-infezzjonijiet latenti jinstabu fil-kampjuni asintomatiċi. Minħabba l-importanza tal-infezzjonijiet latenti għall-fehim tat-tixrid possibbli tal-marda u għall-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi evitat dan it-tixrid, jenħtieġ li fil-mudell issir distinzjoni bejn ir-riżultati mill-kampjuni sintomatiċi u dawk asintomatiċi. |
|
(10) |
L-esperjenza wriet li r-rapportar tad-data dwar il-perjodu tal-kampjunar tat-tuberi għall-ittestjar fil-laboratorju ma jipprovdi l-ebda informazzjoni notevoli għall-fini tal-istħarriġ. |
|
(11) |
Ir-rekwiżiti għad-daqs tal-kampjun huma previsti fil-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194. Għalhekk, ir-rekwiżit għall-indikazzjoni fil-mudelli tad-data dwar id-daqs tal-lottijiet f’tunnellati ma għadhiex aktar meħtieġa u toħloq biss piż amministrattiv żejjed. |
|
(12) |
Barra minn hekk, fl-ewwel sentenza tal-Anness II jeħtieġ jiġi ċċarat li l-mudell huwa għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġ mill-ħsad tal-patata tas-sena qabel is-sena tar-rapportar sabiex tiġi evitata konfużjoni min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti dwar is-sena kkonċernata u biex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni konsistenti tar-riżultati rispettivi mid-diversi awtoritajiet kompetenti. |
|
(13) |
Għalhekk ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-pjanti speċifikati deżinjati bħala infettati mill-pest speċifikat skont l-Artikolu 5(5), il-punt (a) ma għandhomx jitħawlu. L-operaturi professjonisti, taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti, għandhom jiżguraw li l-pjanti speċifikati infettati jinqerdu jew jintremew b’mod ieħor, f’konformità mal-punt 1 tal-Anness V, dment li jiġi stabbilit li ma hemm l-ebda riskju identifikabbli li l-pest speċifikat jinxtered.”; |
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1194 tal-11 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda tal-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann & Kotthoff 1914) Nouioui et al. 2018 u għall-prevenzjoni tat-tifrix tiegħu (ĠU L 185, 12.7.2022, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1194/oj).
ANNESS
“ANNESS II
Mudell tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3(3)
Mudell għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-istħarriġiet dwar it-taħsir ċirkulari mwettqa matul is-sena kalendarja ta’ qabel is-sena tar-rapportar.
|
Stat Membru |
Kategorija |
Żona ta’ kultivazzjoni (ha) |
Spezzjonijiet viżivi tal-għelejjel li jkunu qed jikbru |
Spezzjonijiet viżivi tal-lottijiet tat-tuberi maħżuna (1) |
||||||||
|
Żona li ġiet soġġetta għal spezzjoni viżiva (ha) |
Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi (3) |
Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi fejn ġew osservati s-sintomi (4) |
Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi meħuda (5) |
Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi meħuda (5) |
Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi (3) |
Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi fejn ġew osservati s-sintomi (6) |
Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi meħuda (5) |
Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi meħuda (5) |
||||
|
|
Tuberi tal-patata għat-tħawwil (2) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Tuberi tal-patata għajr dawk għat-tħawwil |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Stat Membru |
Kategorija |
Testijiet fil-laboratorju relatati ma’ spezzjonijiet viżivi tal-għelejjel li jkunu qed jikbru |
Testijiet fil-laboratorju relatati mal-ispezzjonijiet tal-lottijiet tat-tuberi |
Numru/i tan-notifika tat-tifqigħat notifikati, kif applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715 |
Informazzjoni addizzjonali |
|||||||
|
Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi li ttestjaw pożittivi |
Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi li ttestjaw pożittivi |
Għadd ta’ spezzjonijiet viżivi pożittivi (7) |
Għadd ta’ kampjuni sintomatiċi li ttestjaw pożittivi |
Għadd ta’ kampjuni asintomatiċi li ttestjaw pożittivi |
Għadd ta’ lottijiet pożittivi |
|||||||
|
|
Tuberi tal-patata għat-tħawwil (b) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|||
|
Tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
|
Tuberi tal-patata għajr dawk għat-tħawwil |
|
|
|
|
|
|
|
|
||||
(1) Trid timtela biss għar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa fuq il-pjanti speċifikati li tkabbru u nħasdu f’pajjiżek.
(2) Ħlief it-tuberi tal-patata maħsuba biex jitħawlu fil-post tal-produzzjoni tagħhom.
(3) Inkluż l-għadd ta’ spezzjonijiet viżivi multipli mwettqa fl-istess għalqa jew fuq l-istess lott, jekk applikabbli.
(4) Is-sintomi misjuba fuq it-tuberi jew il-pjanti maqtugħin, u l-kampjuni meħuda għall-ittestjar fil-laboratorju.
(5) Preparazzjoni tal-kampjun kif deskritta fl-Anness I.4.
(6) Is-sintomi nstabu fuq it-tuberi maqtugħin u l-kampjuni ttieħdu għall-ittestjar fil-laboratorju.
(7) Għadd totali ta’ spezzjonijiet viżivi li għalihom il-kampjuni ttestjaw pożittivi għall-preżenza tas-C. sepedonicus.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2636/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)